29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/32


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-9 ta’ Lulju 2009 — Peugeot u Peugeot Nederland vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-450/05) (1)

(“Kompetizzjoni - Akkordji - Distribuzzjoni ta’ vetturi awtomobilistiċi - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Limitazzjoni tal-esportazzjoni parallela mill-Olanda - Sistema ta’ remunerazzjoni tal-konċessjonarji u pressjonijiet - Ftehim li għandu għan antikompetittiv - Multi - Gravità u tul tal-ksur”)

2009/C 205/56

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Automobiles Peugeot SA (Pariġi, Franza); u Peugeot Nederland NV (Utrecht, l-Olanda) (rappreżentanti: O. d’Ormesson u N. Zacharie, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment A. Bouquet, F. Arbault u A. Whelan, sussegwentement A. Bouquet u M. Kellerbauer, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2005) 3683 finali tal-5 ta’ Ottubru 2005, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każijiet F-2/36.623/36.820/37.275 — SEP et vs Automobiles Peugeot SA) u, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa mogħtija lir-rikorrenti minn din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

L-ammont tal-multa mogħtija lil Automobiles Peugeot SA u lil Peugeot Nederland NV skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2005) 3683 finali tal-5 ta’ Ottubru 2005, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każijiet F-2/36.623/36.820/37.275 — SEP et vs Automobiles Peugeot SA) huwa ffissat għal EUR 44 550 000.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Automobiles Peugeot u Peugeot Nederland huma kkundannati għal 90 % tal-ispejjeż tagħhom kif ukoll għal 90 % tal-ispejjeż tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.

4)

Il-Kummissjoni hija kkundannata għal 10 % tal-ispejjeż tagħha kif ukoll għal 10 % tal-ispejjeż ta’ Automobiles Peugeot u Peugeot Nederland.


(1)  ĠU C 74, 25.03.2006.