|
12.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 8/13 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-27 ta' Novembru 2007 — Gateway vs L-UASI — Fujitsu Siemens Computers (ACTIVY Media Gateway)
(Kawża T-434/05) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedura ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ACTIVY Media Gateway - Trade marks Komunitarji u nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti Gateway u GATEWAY - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni - Nuqqas ta' xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament KE Nru 40/94 - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 40/94’)
(2008/C 8/24)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Gateway, Inc. (Irvine, Kalifornja, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: inizjalment C.R. Jones u P. Massey, wara C.R. Jones u E. S. Mackenzie, solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Laporta Insa, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI: Fujitsu Siemens Computers GmbH (Munich, il-Ġermanja)
Suġġett tal-kawża
Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, ta' l-14 ta' Settembru 2005 (kawża R 1068/2004-1) dwar proċedura ta' oppożizzjoni bejn Fujitsu Siemens Computers GmbH u Gateway, Inc.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud |
|
2) |
Gateway Inc. għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI). |