18.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/24


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-4 ta’ Marzu 2009 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-424/05) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ għajnuna stabbilita mill-awtoritajiet Taljani favur ċerti impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli speċjalizzati fiż-żamma ta’ ishma ta’ kumpanniji b’kapital żgħir jew medju - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Natura selettiva tal-miżura - Effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri u distorsjoni tal-kompetizzjoni - Artikolu 87(3)(c) KE”)

2009/C 90/37

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: P. Gentili, avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunutajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Di Bucci u E. Righini, aġenti)

Suġġett

Annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/638/KE, tas-6 ta’ Settembru 2005, dwar l-iskema ta’ għajnuna li l-Italja għandha l-intenzjoni timplementa favur ċerti impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli speċjalizzati fiż-żamma ta’ ishma ta’ kumpannija b’kapital żgħir jew medju kkwotati fi swieq regolati (ĠU 2006, L 268, p. 1)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud

2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż


(1)  ĠU C 22, 28.1.2006.