6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2010 — Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-415/05, T-416/05 u T-423/05) (1)

(Għajnuna mill-Istat - Settur tal-ajru - Għajnuna marbuta mar-ristrutturazzjoni u mal-privatizzazzjoni tal-kumpannija tal-ajru nazzjonali Ellenika - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Kontinwità ekonomika bejn żewġ kumpanniji - Identifikazzjoni tal-benefiċjarju effettiv ta’ għajnuna għall-finijiet tal-irkupru tagħha - Kriterju tal-operatur privat - Kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq komuni - Obbligu ta’ motivazzjoni)

2010/C 301/31

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: A. Samoni-Rantou u P. Mylonopoulos, aġenti) (Kawża T-415/05); Olympiakes Aerogrammes AE (Kallithéa, il-Greċja) (rappreżentant: V. Christianos, avukat) (Kawża T-416/05); u Olympiaki Aeroporia Ypiresies AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: P. Anestis, S. Mavroghenis, avukati, S. Jordan, T. Soames, solicitors, u D. Geradin, avukat) (Kawża T-423/05)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u T. Scharf, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Aeroporia Aigaiou Aeroporiki AE (Ateni) (rappreżentanti: N. Keramidas u, fil-Kawża T-416/05, anki N. Korogiannakis, I. Dryllerakis u E. Dryllerakis, avukati) (Kawżi T-416/05 u T-423/05)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 2706 finali, tal-14 ta’ Settembru 2005, dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija lil Olympiaki Aeroporia Ypiresies AE [C 11/2004 (ex NN 4/2003) — Olympiaki Aeroporia — Ristrutturazzjoni u privatizzazzjoni].

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 2706 finali, tal-14 ta’ Settembru 2005, dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija lil Olympiaki Aeroporia Ypiresies AE [C 11/2004 (ex NN 4/2003) — Olympiaki Aeroporia — Ristrutturazzjoni u privatizzazzjoni], huwa annulat.

(2)

L-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni C(2005) 2706 finali huwa parzjalment annulat sa fejn jikkonċerna l-ammont li jikkorrispondi għall-valur tal-assi immaterjali kollha rreġistrati fil-bilanċ ta’ trasformazzjoni ta’ Olympiaki Aeroporia Ypiresies bħala avvjament, għall-valur tal-ajruplani ttrasferiti lil Olympiakes Aerogrammes AE kif ukoll għad-dħul mistenni mill-bejgħ ta’ żewġ ajruplani li għadhom irreġistrati fil-bilanċ ta’ Olympiaki Aeroporia Ypiresies.

(3)

L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni C(2005) 2706 finali huwa annullat sa fejn jikkonċerna l-miżuri inkwistjoni fl-Artikolu 1(1) u (2), sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet huma annullati.

(4)

Il-kumplament tar-rikorsi huwa miċħud.

(5)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha, inklużi dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 22, 28.01.2006.