|
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/53 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-23 ta’ Settembru 2009 — Transnáutica vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-385/05) (1)
(“Unjoni doganali - Operazzjonijiet ta’ tranżitu Komunitarju estern - Tagħbija tabakk u alkoħol etiliku destinata lejn pajjiżi terzi - Frodi - Talba għal remissjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni - Artikolu 239 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Artikolu 905 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 - Klawżola ta’ ekwità - Eżistenza ta’ sitwazzjoni partikolari - Garanzija globali”)
2009/C 267/90
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Transnáutica — Transportes e Navegação, SA (Matosinhos, il-Portugall) (rappreżentanti: C. Fernández Vicién, I. Moreno-Tapia Rivas, D. Ortigão Ramos u B. Aniceto Silva, avocats)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: X. Lewis u J. Hottiaux, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni REM 05/2004 tas-6 ta’ Lulju 2005 li tirrifjuta l-ħlas lura u r-remissjoni ta’ ċerti dażji doganali.
Dispożittiv
|
1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni REM 05/2004 tas-6 ta’ Lulju 2005 hija annullata. |
|
2) |
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż. |