12.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 331/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Settembru 2011 — Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-352/05) (1)

(FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - Infiq eskluż mill-finanzjment Komunitarju - Miżuri speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli favur il-gżejjer minuri tal-Baħar Eġew - Frott u ħaxix - Tabakk mhux ipproċessat - Laħam tan-ngħaġ u tal-mogħoż - Nuqqas ta’ osservanza tat-termini għall-ħlas - Proporzjonalità - Żieda fissa fir-rata ta’ korrezzjoni fil-każ ta’ rikorrenza tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu)

2011/C 331/27

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: inizjalment G. Kanellopoulos u S. Charitaki, sussegwentement I. Chalkias u S. Papaïoannou, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Tserepa-Lacombe u L. Visaggio, aġenti, assisti minn N. Korogiannakis, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/579/KE, tal-20 ta’ Lulju 2005, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq magħmul mill-Istati Membri taħt it-Taqsima “Garanzija” tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG) (ĠU L 199, p. 84), sa fejn din teskludi ċertu nfiq li sar mir-Repubblika Ellenika fil-kuntest tal-miżuri speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli favur il-gżejjer minuri tal-Baħar Eġew u fis-setturi tal-frott u tal-ħaxix, tat-tabakk mhux ipproċessat u tal-laħam tan-ngħaġ u tal-mogħoż.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 296, 26.11.2005.