29.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 79/27


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-14 ta' Frar 2008 — Provinicia di Imperia vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-351/05) (1)

(“Fond Soċjali Ewropew - Għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam ta' miżuri innovattivi skond l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1784/1999 - Sejħa għal proposti - Ċaħda tal-proposta’)

(2008/C 79/53)

Lingwa tal-kawża: Il-Franciż

Partijiet

Rikorrenti: Provinicia di Imperia (l-Italja) (rappreżentanti: S. Rostagno u K. Platteau, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Martin u A. Weimar, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-30 ta' Ġunju 2005, li tirrifjuta l-proposta 2005/VP021/20293 ippreżentata mill-Provinicia di Imperia bħala risposta għall-proposti VP/2003/021, dwar il-“Miżuri innovattivi skond l-Artikolu 6 tar-Regolament dwar il-Fond Soċjali Ewropew: ‘Approċċi ġodda għat-tmexxija tal-bidla’”, u kull att relatat ma' din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Provinicia di Imperia hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 296, 26.11.2005.