25.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 272/17 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Settembru 2008 — JSC Kirovo-Chepetsky Khimichesky Kombinat vs Il-Kunsill
(Kawża T-348/05) (1)
(“Dumping - Importazzjoni ta' nitrat tal-ammonju li joriġina mir-Russja u mill-Ukraina - Tibdil fid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat - Applikazzjoni ta' miżuri eżistenti għat-tipi l-ġodda tal-prodott’)
(2008/C 272/31)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: JSC Kirovo-Chepetsky Khimichesky Kombinat (Kirovo-Chepetsk, ir-Russja) (rappreżentanti: inizjalment, B. Servais u Y. Melin, imbagħad B. Servais, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, aġent, assistit minn G. Berrisch, avukat)
Parti intervenjenti in sostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Righini u K. Talabér-Ritz, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 945/2005, tal-21 ta' Ġunju 2005, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 658/2002 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjoni tan-nitrat tal-ammonju li joriġina mir-Russja u r-Regolament (KE) Nru 132/2001 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjoni tan-nitrat tal-ammonju li joriġina, inter alia, mill-Ukraina, wara r-reviżjoni interim parzjali skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (ĠU L 160, p.1).
Dispożittiv
1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 945/2005, tal-21 ta' Ġunju 2005, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 658/2002 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjoni tan-nitrat tal-ammonju li joriġina mir-Russja u r-Regolament (KE) Nru 132/2001 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjoni tan-nitrat tal-ammonju li joriġina, inter alia, mill-Ukraina, wara r-reviżjoni interim parzjali skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, huwa annullat. |
2) |
Il-Kunsill għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u dawk sostnuti minn JSC Kirovo-Chepetsky Khimichesky Kombinat. |
3) |
Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |