10.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/20 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-20 ta' Novembru 2008 — L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-185/05) (1)
(“Sistema lingwistika - Regoli dettaljati fir-rigward tar-reklutaġġ fis-servizz pubbliku tal-Unjoni Ewropea - Rikors għal annullament ibbażat fuq l-Artikolu 230 KE - Rikors ippreżentat minn Stat Membru kontra, minn naħa, deċiżjoni tal-Kummissjoni li tippubblika l-avviżi ta' pożizzjonijiet vakanti għall-pożizzjonijiet ta' senior management bil-Ġermaniż, bil-Franċiż u bl-Ingliż u, min-naħa l-oħra, avviż ta' pożizzjoni vakanti ppubblikat mill-Kummissjoni f'dawn it-tliet lingwi sabiex timtela l-pożizzjoni ta' Direttur Ġenerali tal-OLAF - Ammissibbiltà - Terminu sabiex jiġi ppreżentat rikors - Atti li jistgħu jiġu kkontestati - Motivazzjoni - Artikoli 12 KE, 230 KE u 290 KE - Regolament Nru 1 - Artikoli 1d u 27 tar-Regolamenti tal-Persunal - Prinċipju ta' non-diskriminazzjoni’)
(2009/C 6/40)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Italja (rappreżentanti: I. Braguglia u M. Fiorilli, avvocati dello Stato)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Cimaglia u P. Aalto, aġenti)
Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: F. Díez Moreno, abogado del Estado); u Ir-Repubblika tal-Latvja (rappreżentanti: inizjalment E. Balode-Buraka, u sussegwentement L. Ostrovska, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni matul l-1678 laqgħa tagħha, tal-10 ta' Novembru 2004, li l-pubblikazzjonijiet esterni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ta' avviżi ta' pożizzjonijiet vakanti għall-pożizzjonijiet ta' senior management se jsiru bil-Ġermaniż, bl-Ingliż u bil-Franċiż matul perijodu li, bħala prinċipju, kellu jispiċċa fl-1 ta' Jannar 2007 u, min-naħa l-oħra, tal-avviż ta' pożizzjoni vakanti COM/2005/335 għall-pożizzjoni ta' Direttur Ġenerali (Grad A*15/A*16) tal-Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi (OLAF), ippubblikat mill-Kummissjoni fid-9 ta' Frar 2005 (ĠU C 34 A, p. 3).
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni matul l-1687 laqgħa tagħha, tal-10 ta' Novembru 2004, li l-pubblikazzjoni esterni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-avviżi ta' pożizzjoni vakanti għall-pożizzjonijiet ta' senior management għandhom isiru bil-Ġermaniż, bl-Ingliż u bil-Franċiż, għal perijodu li kellu jintemm fl-1 ta' Jannar 2007, hija annullata. |
2) |
L-avviż ta' pożizzjoni vakanti COM/2005/335 għall-pożizzjoni ta' Direttur Ġenerali (Grad A*15/A*16) tal-Uffiċju Ewropew kontra l-Frodi (OLAF), ippubblikat mill-Kummissjoni fid-9 ta' Frar 2005 (ĠU C 34 A, p. 3), huwa annullat. |
3) |
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |