24.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 128/32


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-16 ta' April 2008 — Citigroup u Citibank vs L-UASI — Citi (CITI)

(Kawża T-181/05) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva CITI - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti CITIBANK - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Reputazzjoni - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2008/C 128/69)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Citigroup, Inc., preċedentement Citibank (New York, New York, l-Istati Uniti) u Citibank, NA (New York) (rappreżentanti: l-ewwel V. von Bomhard, A. W. Rencku A. Pohlmann, avukati, u mbagħad V. von Bomhard, A. W. Renck, u H. O'Neil, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: J. García Murillo u D. Botis, aġenti)

Parti oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Citi, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: M. Peris Riera, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI ta' l-1 ta' Marzu 2005 (Każ R 173/2004-1) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Citicorp u Citi SL kif ukoll dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Citibank NA u Citi SL.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) ta' l-1 ta' Marzu 2005 (Każ R 173/2004-1) hija annullata.

2)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Citigroup, Inc. u Citibank, NA, inklużi fosthom dawk sostnuti minnhom fil-proċeduri quddiem il-Bord ta' l-Appell.

3)

Citi, SL għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 171, 9.7.2005.