21.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 44/41 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-18 ta' Diċembru 2008 — Muñiz vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-144/05) (1)
(“Aċċess għad-dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti li jirrigwardaw il-laqgħa tal-grupp ta' xogħol tas-sezzjoni Nomenklatura tat-tariffa u statistika (mekkanika/varji) tal-kumitat tal-kodici doganali - Rifjut għal aċċess - Eċċezzjoni dwar il-ħarsien tal-proċess deċiżjonali’)
(2009/C 44/70)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Pablo Muñiz (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment minn B. Dehandschutter, sussegwentement minn L. Defalque, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira u I. Chatzigiannis, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċizjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Frar 2005, li tirrifjuta li tagħti l-aċċess għal ċerti dokumenti li jirrigwardaw il-laqgħa tal-grupp ta' xogħol ta' Settembru 2004 tas-sezzjoni “Nomenklatura tat-tariffa u statistika (mekkanika/varji)” tal-kumitat tal-kodici doganali.
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Frar 2005 hija annullata safejn tirrifjuta l-aċċess għad-dokumenti “TAXUD/1369/2003”, dwar ċinema fid-dar, “TAXUD/974/2004”, dwar vetturi mħalltin, “TAXUD/1342/2003”, “TAXUD/2465/2004” u “TAXUD/2495/2004”, dwar unitajiet tal-provvista ta' enerġija stabilizzata, “XXI/770/1998”, dwar magni awtomatiċi ta' trattament tal-informazzjoni inkompleta, u dwar il-minuti tal-laqgħa ta' Settembru 2004 tal-grupp ta' xogħol tas-sezzjoni “Nomenklatura tat-tariffa u statistika (mekkanika/varji)” tal-kumitat tal-kodiċi doganali (dokument “TAXUD/3010/2004 — Anness V”). |
2) |
M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq il-kumplament. |
3) |
Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti minn P. Muñiz. |