19.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/19


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-5 ta' Ġunju 2008 — Internationaler Hilfsfonds vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-141/05) (1)

(“Rikors għal annullament - Aċċess għad-dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Rifjut parzjali - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Att purament konfermattiv - Inammissibbiltà’)

(2008/C 183/38)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Internationaler Hilfsfonds eV (Rosbach, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Kaltenecker, avocat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira, S. Fries u C. Ladenburger, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament ta' l-allegata deċiżjoni inkluża fl-ittra tal-Kummissjoni ta' l-14 ta' Frar 2005 li tiċħad lir-rikorrenti l-aċċess għal ċerti dokumenti tal-fajl relattiv għall-kuntratt LIEN 97-2011.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Internationaler Hilfsfonds eV għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 143, 11.6.2005.