|
8.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 64/34 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-30 ta' Jannar 2008 — Il-Kummissjoni vs Environmental Management Consultants
(Kawża T-46/05) (1)
(“Klawżola ta' arbitraġġ - Rimborż ta' somom imħallsa - Imgħaxijiet għal ħlas tardiv - Proċedura in absentia’)
(2008/C 64/54)
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Triantafyllou, aġent, assistit minn N. Korogiannakis, avukat)
Konvenuta: Environmental Management Consultants (Nikosija, Ċipru)
Suġġett
Rikors ippreżentat mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 238 KE bl-għan li jinkiseb ir-rimborż ta' l-ammont ta' EUR 31 965,28 li hija ħallset fil-kuntest ta' l-eżekuzzjoni tal-kuntratt IC18-CT98-0273, bl-imgħaxijiet legali.
Dispożittiv
|
1) |
Environmental Management Consultants Ltd hija kkundannata tirrimborża lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej is-somma ta' EUR 31 965,28, bl-imgħaxijiet:
|
|
2) |
Environmental Management Consultants hija kkundannata tbati l-ispejjeż. |