21.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/63


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ Settembru 2009 — Neophytou vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-22/05 RENV) (1)

(Servizz pubbliku - Rinviju quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wara annullament - Kompetizzjoni ġenerali - Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva - Bord tal-Għażla - Nomina)

2009/C 282/118

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Neophytos Neophytou (Itzig, il-Lussemburgu) (rappreżentant: S. A. Pappas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u H. Krämer, aġenti)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-Kompetizzjoni EPSO/A/1/03, għall-ħolqien ta’ lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ assistenti amministraturi (A 8) ta’ nazzjonalità Ċiprijotta, li ma tinkludix lir-rikorrent fil-lista ta’ riżerva tal-imsemmija kompetizzjoni — Kawża T-43/07 P rinvijata wara appell.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

N. Neophytou għandu jbati nofs l-ispejjeż tiegħu konnessi mal-proċeduri quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u l-Qorti tal-Prim’Istanza.

(3)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati, minbarra l-ispejjeż kollha tagħha konnessi mal-proċeduri quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u l-Qorti tal-Prim’Istanza, nofs l-ispejjeż ta’ N. Neophytou konnessi mal-imsemmija proċeduri.


(1)  ĠU C 155, 25.6.2005, p. 29