KONKLUŻJONIJIET TA’ L-AVUKAT ĠENERALI

DÁMASO RUIZ-JARABO COLOMER

ippreżentati fit-12 ta’ Settembru 2006 1(1)

Kawża C-303/05

Advocaten voor de Wereld VZW

vs

Leden van de Ministerraad

(Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbitragehof tal-Belġju)

“Unjoni Ewropea – Tielet Pilastru – Kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija f’materji kriminali – Deċiżjoni Kwadru 2002/584/JHA, fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri – Bażi ġuridika – Artikolu 2(2) – Abolizzjoni tar-regola ta’ kriminalità doppja – Prinċipji ta’ ugwaljanza u legalità ta’ proċeduri kriminali”





I –    Introduzzjoni

1.        L-għarfien dwar l-iktar regoli ċerti li wieħed jista’ jikseb mid-deċiżjonijiet kriminali jinteressaw il-bnedmin iktar minn kull ħaġa li teżisti fid-dinja(2).

2.        L-Arbitragehof, jew Cour d’arbitrage tal-Belġju (organu ġuridiku kompetenti li jikkontrolla l-kostituzzjonalità tal-liġijiet), skond l-Artikolu 35 UE (3), qed jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi dwar il-validità tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/JHA tat-13 ta’ Ġunju 2002, fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri(4).

3.        Huwa għandu dubji dwar l-armonija bejn din id-deċiżjoni qafas u t-Trattat ta’ l-Unjoni Ewropea fuq żewġ punti, wieħed formali u l-ieħor sostantiv. Fl-ewwel wieħed, li għandu bħala bażi l-Artikolu 34(2)(b) UE, qed titqiegħed fid-dubju l-bażi ġuridika li l-Kunsill awtorizza, u jistaqsi jekk huwa għażilx l-istrument xieraq.

4.        Dan id-dubju jobbliga lill-Qorti tal-Ġustizzja teżamina s-sistema tas-sorsi tat-tielet pilastru ta’ l-Unjoni, filwaqt li tanalizza n-natura tad-deċiżjonijiet Qafas, li jimitaw id-direttivi tal-pilastru Komunitarju. F’dan l-istħarriġ, is-sentenza Pupino(5) tirrappreżenta punt ta’ tluq adegwat.

5.        Fit-tieni lok, l-aspett sostantiv iqiegħed in kwistjoni waħda mill-innovazzjonijiet, forsi l-iktar waħda rilevanti, ta’ dan il-metodu ta’ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri għall-arrest u l-konsenja ta’ persuni: jiġifieri l-projbizzjoni, f’ċerti ipoteżi, li l-mandat ta’ arrest Ewropew ikun suġġett għall-kundizzjoni li l-fatti li fuq il-bażi tagħhom dan kien inħareġ jikkostitwixxi reat ukoll fl-Istat li jeżegwixxi. L-Arbitragehof jixtieq ikun jaf jekk din l-innovazzjoni ssirx skond il-prinċipji ta’ ugwaljanza u ta’ legalità f’materji kriminali u jekk tirrispettax, għalhekk, l-Artikolu 6(2) UE.

6.        Is-soluzzjoni għal din il-problema titlob li jiġi affrontat, mingħajr eżitazzjoni, ir-rwol tad-drittijiet fundamentali f’qasam delikat bħal ma hu dak tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija f’materji kriminali, fid-dawl tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea(6).

7.        L-isfida ma tidhirx faċli, peress illi f’ċerti Stati Membri t-traspożizzjoni tad-deċiżjoni qafas ma kinitx applikata minħabba li kisret garanziji nazzjonali. Fil-Polonja, it-Trybunał Konstytucyjny (Qorti Kostituzzjonali), kompetenti li jeżamina l-liġijiet fid-dawl tal-liġi suprema, iddikjara, fis-sentenza tas-27 ta’ April 2005(7), li l-Artikolu 607t(1) tal-Kodiċi ta’ proċedura kriminali jipprekludi l-Artikolu 55(1) tal-Kostituzzjoni(8) peress li jawtorizza, fuq il-bażi tal-mandat ta’ arrest Ewropew, il-konsenja ta’ ċittadin lill-awtoritajiet ta’ Stat Membru ieħor. Bil-kemm tliet xhur wara, għal raġunijiet simili(9), il-Bundesverfassungsgericht Ġermaniża (Qorti Kostituzzjonali Federali) esprimiet ruħha b’termini simili(10) dwar il-liġi ta’ implementazzjoni tad-deċiżjoni qafas (11). Il-Qorti Suprema ta’ Ċipru mxiet fuq l-istess pass(12), għaliex l-arrest għall-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew ma kienx previst fl-Artikolu 11 tal-Kostituzzjoni. Bil-kontra, l-Ústavní soud (Qorti Kostituzzjonali Ċeka), fis-sentenza tat-3 ta’ Mejju 2006(13), ċaħdet it-talba ta’ inkostituzzjonalità mressqa minn grupp ta’ senaturi u deputati kontra l-liġi ta’ traspożizzjoni tad-deċiżjoni qafas, li lilha attribwixxu l-ksur tal-Kostituzzjoni peress li awtorizzat il-konsenja taċ-ċittadini u abolixxiet il-kontroll inerenti fil-kriterju ta’ kriminalità doppja.

8.        Għandna quddiemna, għalhekk, dibattitu kumpless ħafna dwar eventwali kollużjonijiet bejn il-kostituzzjonijiet u l-liġi ta’ l-Unjoni, li fih il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tipparteċipa, skond il-prominenza li jistħoqqilha, sabiex tistabbilixxi l-interpretazzjoni tal-valuri u tal-prinċipji ta’ informazzjoni dwar is-sistema tagħha fil-parametri kumparabbli ma’ dawk li jeżistu fl-istrutturi nazzjonali(14).

II – Il-kuntest ġuridiku

A –    It-Trattat ta’ l-Unjoni Ewropea

9.        L-Unjoni, li tinkorpora pass ġdid lejn l-integrazzjoni billi jissaħħu r-rabtiet bejn il-popli ta’ l-Ewropa, hija bbażata fuq il-Komunitajiet Ewropej, li jiġu integrati mill-politiki u l-forom ta’ kooperazzjoni stabbiliti fit-Trattat innifsu (Artikolu 1 UE). Hija stabbilita fuq valuri applikati mill-Ewropej, bħal-libertà, id-demokrazija, l-Istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali (Artikolu 6(1) UE).

10.      B’mod partikolari, skond il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, ta’ l-4 ta’ Novembru 1950 (iktar ’il quddiem il-“Konvenzjoni ta’ Ruma”), skond kif jirriżultaw mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri, dawn id-drittijiet huma stabbiliti bħala prinċipji ġenerali tas-sistema legali Komunitarja, li l-ħarsien tagħha, fil-qasam tat-Trattati Kostituttivi tal-Komunitajiet Ewropej u tat-Trattat UE, taqa’ f’idejn il-Qorti tal-Ġustizzja [Artikolu 6(2) UE, rigward l-Artikolu 46(d) UE].

11.      Fost l-għanijiet ta’ l-Unjoni nsibu dak li żżomm u tiżviluppa żona ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja, li fiha jiġi ggarantit il-moviment liberu tal-persuni, filwaqt li tadotta miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ ġlieda kontra l-kriminalità (ir-raba’ subparagrafu ta’ l-Artikolu 2(1) UE), fl-imsemmi tielet pilastru, li jikkonċerna l-kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija f’materji kriminali (Titolu VI UE).

12.      Dan it-tielet pilastru huwa intiż li jipprovdi liċ-ċittadini livell għoli ta’ sigurtà, filwaqt li jiżviluppa politika ta’ prevenzjoni u ta’ ġlieda kontra l-kriminalità, permezz ta’ kooperazzjoni akbar bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji u dawk ta’ l-approssimazzjoni, fejn hemm bżonn, tar-regoli kriminali nazzjonali [Artikoli 31 UE u 32 UE].

13.      L-azzjoni fis-settur ġuridiku tinvolvi, per eżempju, (a) żieda ta’ għajnuna reċiproka fl-ipproċessar tal-kawżi u fl-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet, (b) faċilitar ta’ l-estradizzjoni, (c) kompatibbiltà tar-regoli applikabbli fl-Istati Membri, (d) il-prevenzjoni tal-kunflitti ta’ ġurisdizzjoni, u (e) l-istabbiliment progressiv ta’ regoli minimi dwar l-elementi kostituttivi ta’ reati kriminali u dwar sanzjoni fir-rigward tal-kriminalità organizzata, it-terroriżmu u t-traffikar ta’ droga (Artikolu 31(1) UE).

14.      Għal dan l-iskop, il-Kunsill jista’ jadotta, bl-unanimità [Artikolu 34(2)(a) sa (ċ) UE]:

1)         Pożizzjoni komuni, li tiddefinixxi l-pożizzjoni ta’ l-Unjoni għal xi materja partikolari.

2)         Deċiżjonijiet Qafas, bl-iskop ta’ l-approssimazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali. Bħal fid-direttivi fl-ewwel pilastru, jorbtu fir-rigward tar-riżultat, filwaqt li jħallu f’idejn l-awtoritajiet nazzjonali l-għażla tal-forma u l-metodi. Minn naħa l-oħra, m’għandhomx effett dirett.

3)         Deċiżjonijiet li għandhom għan ieħor konformi ma’ l-għanijiet tat-tielet pilastru, deċiżjonijiet obbligatorji u li ma jistgħux ikollhom effett dirett.

15.      Jista’ wkoll jiffirma konvenzjonijiet internazzjonali, filwaqt li jirrakkomanda l-adeżjoni tagħhom lill-Istati Membri, li jidħlu fis-seħħ meta nofs dawn l-Istati jirratifikawhom [Artikolu 34(2)(d) UE].

B –    Id-Deċiżjoni Qafas 2002/584

16.      Skond l-Artikoli 31(1)(a) u (b) UE, u 34(2)(b) UE, din id-deċiżjoni qafas hija risposta għax-xewqa ta’ l-Unjoni li tneħħi l-proċedura formali ta’ estradizzjoni(15), u tissostitwiha b’sistema ssemplifikata ta’ konsenja forensika ta’ persuni li kontrihom tingħata sentenza jew ikunu ssuspettati, għall-implementazzjoni ta’ sentenzi jew proċeduri kriminali (l-ewwel u l-ħames premessa). Skond dan il-pjan, tissostitwixxi, fir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri, l-istrumenti internazzjonali (Artikolu 31(1)(16), anterjuri jew posterjuri, li, madankollu, jibqgħu applikabbli meta jaqbżu l-għanijiet tad-deċiżjoni qafas jew jikkontribwixxu sabiex jissemplifikaw jew jiffaċilitaw it-twettiq ta’ mandat ta’ arrest Ewropew (Artikolu 31(2)).

17.      Konsegwentement, qed tiġi abbandunata l-assistenza bejn l-Istati, u qed tiġi stabbilita sistema ta’ moviment liberu ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji, li għandha l-bażi tagħha fuq il-fiduċja reċiproka u r-rikonoxximent reċiproku (il-ħames, is-sitt u l-għaxar premessa; Artikolu 1(2)).

18.      Il-Kunsill ta’ l-Unjoni approva d-deċiżjoni qafas filwaqt li żamm mal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u ta’ proporzjonalità, bir-rieda li jirrispetta d-drittijiet fundamentali u l-Artikolu 6 UE (is-seba’ u t-tnax-il premessa ta’ l-Artikolu 1(3)), sal-punt fejn tiġi rrifjutata l-konsenja ta’ individwu(17) meta r-raġunijiet oġġettivi jippermettu li jiġi preżuppost li l-mandat ta’ arrest kien maħruġ sabiex jakkużah, jippenalizzah jew jikkawżalu ħsara, għal raġunijiet ibbażati fuq sess, razza, reliġjon, oriġini etnika, nazzjonalità, lingwa, opinjonijiet politiċi jew l-orjentazzjoni sesswali, kif ukoll meta jkun hemm riskju kbir li jkun suġġett għal mewt kapitali, għat-tortura jew għal trattament ieħor inuman jew degradanti. Barra minn hekk, id-deċiżjoni qafas tħeġġeġ lill-Istati Membri japplikaw ir-regoli kostituzzjonali tagħhom dwar ir-rispett tad-dritt għal proċess legali(18) u l-libertà ta’ assoċjazzjoni, libertà ta’ stampa u libertà ta’ espressjoni (t-tnax u t-tlettax-il premessa). Jassumi wkoll l-obbligazzjoni ta’ protezzjoni ta’ data personali li ssir fl-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni qafas (l-erbatax-il premessa).

19.      L-euromandat huwa riżoluzzjoni ta’ mħallef ta’ Stat Membru, dirett lejn l-awtoritajiet ta’ Stat Membru ieħor sabiex jarrestaw u jżommu għad-dispożizzjoni tagħhom lil xi ħadd, sabiex ikun jista’ jiġi suġġett għall-eżerċizzju ta’ prosekuzzjonijiet kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni (Artikolu 1(1)).

20.      Għandu natura strettament ġudizzjarja. Huwa mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni bejn ġurisdizzjonijiet (Artikoli 1 u 3 sa 6), bla ħsara għas-sostenn, purament prattika u amministrattiva li s-setgħa eżekuttiva tista’ tintalab li tipprovdi (d-disa’ premessa u l-Artikolu 7).

21.      Mandat ta’ arrest Ewropew jista’ jinħareġ għal atti li huma punibbli mil-liġi ta’ l-Istat Membru li joħorġu bi sentenza ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni għal perjodu ta’ mhux inqas minn 12-il xahar jew, fejn sentenza tkun ingħatat jew ordni ta’ detenzjoni jkun inħareġ, għal sentenzi ta’ mhux inqas minn erba’ xhur. (Artikolu 2(1)). L-Istat fejn il-konsenja hija meħtieġa jista’ jissuġġetta l-konsenja għal kundizzjoni li l-atti li għalih il-mandat ikun inħareġ jikkostitwixxu offiża taħt il-liġi tiegħu wkoll (Artikolu 2(4)).

22.      Din ir-regola, magħrufa bħala “kriminalità doppja”, issemmi, skond l-Artikolu 2(2), tnejn u tletin kategorija ta’ aġir, dejjem jekk dawn ikunu punibbli fl-Istat Membru li joħroġ il-mandat b’ħabs għal mhux inqas minn perijodu massimu ta’ tliet snin. Il-lista tinkludi l-forom li ġejjin:

–        il-parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali,

–        it-terroriżmu,

–        it-traffikar ta’ bnedmin,

–        l-isfruttament sesswali ta’ tfal u l-pornografija tat-tfal,

–        it-traffikar illeċitu fi drogi narkotiċi u sostanzi psikotropiċi,

–        it-traffikar illeċitu f’armi, munizzjonijiet u splussivi,

–        il-korruzzjoni,

–        il-frodi, inkluż dak li jaffettwa l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej fis-sens tal-Konvenzjoni tas-26 ta’ Lulju 1995,

–        il-ħasil ta’ flus ġejjin minn reati,

–        l-iffalsifikar ta’ munita, inkluża l-euro,

–        ir-reati konnessi mal-kompjuters,

–        ir-reati ta’ l-ambjent, inkluż it-traffikar illeċitu fi speċi ta’ annimali li huma fil-perikolu u fi speċi u varjetajiet ta’ pjanti li huma fil-perikolu,

–        il-faċilitazzjoni ta’ dħul u residenza mhux awtorizzata,

–        l-omiċidju u offiża gravi fuq il-persuna,

–        il-kummerċ illeċitu f’organi u tessuti tal-bniedem,

–        il-ħtif tan-nies, restrizzjoni illegali u l-ħtif ta’ ostaġġi,

–        ir-razziżmu u l-ksenofobija,

–        is-serq organizzat jew bl-użu ta’ armi,

–        it-traffikar illeċitu f’merkanzija kulturali, inklużi l-antikitajiet u xogħlijiet ta’ l-arti,

–        l-imbrolju,

–        l-intrigi ta’ qerq u l-estorsjoni,

–        il-falsifikazzjoni u l-piraterji ta’ prodotti,

–        il-falsifikazzjoni ta’ dokumenti amministrattivi u l-ittraffikar ta’ dawn,

–        il-falsifikazzjoni ta’ mezzi ta’ pagament,

–        it-traffikar illeċitu f’sustanzi ta’ l-ormoni u affarijiet oħra li jippromovu l-iżvilupp,

–        it-traffikar illeċitu ta’ materjali nukleari jew radjoattivi,

–        it-traffikar ta’ vetturi misruqa,

–        l-istupru,

–        il-ħruq ta’ proprjetà apposta,

–        ir-reati li jaqgħu fil-ġurisdizzjoni tal-Qorti Kriminali Internazzjonali,

–        il-qbid illegali ta’ inġenji ta’ l-ajru u vapuri,

–        is-sabotaġġ.

23.      L-Artikolu 3 jikkunsidra tliet raġunijiet għal nuqqas ta’ eżekuzzjoni obbligatorja tal-mandat u l-Artikolu 4 jikkunsidra seba’ raġunijiet oħra. F’dan il-grupp jaqgħu l-każijiet li fihom l-Istat ta’ eżekuzzjoni, fejn il-persuna mogħtija sentenza tkun ċittadin jew hija residenti, jobbliga ruħu li jwettaq is-sentenza jew ordni ta’ arrest skond il-liġi interna tiegħu [Artikolu 4(6)]. Fuq l-istess linja, l-Artikolu 5(3) jaċċetta f’każijiet bħal dawn li, meta jkun mistenni li tinbeda azzjoni kriminali, il-konsenja tkun suġġetta għal fatt li l-interessat, wara li jinstema’, jirritorna fl-Istat Membru tiegħu sabiex iwettaq il-piena imposta fuqu.

24.      Fil-proċedura, li ssir b’urġenza u f’azzjonijiet barra miż-żmien (Artikoli 17 u 23), il-persuna affettwata għandha d-dritt li tinstema’ (Artikoli 14 u 19), u li tkun assistita minn avukat u minn interpretu (Artikolu 11(2)), kif ukoll li tgawdi l-garanziji propji ta’ detenut u, skond il-każ, il-libertà provviżorja, skond il-leġiżlazzjoni ta’ l-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni (Artikolu 12).

25.      Il-mandat ikun fih l-osservazzjonijiet neċessarji għat-twettiq tiegħu, b’mod partikolari dawk dwar l-identità tal-persuna rikjesta, in-natura u t-tip ta’ reat (Artikolu 8(1)). Id-diffikultajiet li jippreżentaw ruħhom fl-iproċessar huma solvuti permezz ta’ konsulta diretta bejn l-Imħallfin involuti, bil-parteċipazzjoni, jekk ikun hemm bżonn, ta’ l-awtoritajiet amministrattivi ta’ appoġġ ta’ l-Istati membri (Artikolu 10(5)).

26.      It-terminu biex titwettaq id-deċiżjoni qafas skada fil-31 ta’ Diċembru 2003 (Artikolu 34(1)).

III – Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari

27.      Advocaten voor de Wereld, assoċjazzjoni mingħajr għan ta’ lukru, ressqet quddiem l-Arbitragehof il-Wet betreffende het Europees aanhoudingsbevel (liġi dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew), tad-19 ta’ Diċembru 2003(19), li tittrasponi d-deċiżjoni qafas fid-dritt intern, għar-raġuni li din hija inkompatibbli ma’ l-Artikoli 10 u 11 tal-Kostituzzjoni Belġjana meta jinqraw flimkien ma’ l-Artikoli 36, 167(2) u 168, kollha tal-Grondwet (liġi fundamentali Belġjana). Din tallega li l-mandat ta’ arrest Ewropew kellu jiġi rregolat minn konvenzjoni internazzjonali u li l-Artikolu 5(5) tal-Liġi, li huwa traspożizzjoni ta’ l-Artikolu 2(2) tad-deċiżjoni qafas, jikser il-prinċipju ta’ ugwaljanza, kif ukoll l-eżiġenza ta’ lex certa fil-qasam ta’ kriminalità.

28.      Minħabba t-termini li bihom jiżvolġi l-każ, l-imsemmija talba kostituzzjonali qablet(20), qabel ma tagħti deċiżjoni, li tressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi li ġejjin:

“1) Id-deċiżjoni qafas 2002/584 [...] hija kompatibbli ma’ l-Artikolu 34(2)(b) UE, li jgħid li d-deċiżjonijiet Qafas jistgħu jiġu adottati biss għall-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali u regolatorji ta’ l-Istati Membri?

2) L-Artikolu 2(2) tad-deċiżjoni qafas 2002/584/JHA [...], fil-każ fejn ineħħi l-verifika tar-rekwiżit ta’ kriminalità doppja għar-reati li ssemmi, huwa konformi ma’ l-Artikolu 6(2) UE, b’mod partikolari, mal-prinċipju ta’ legalità f’materji kriminali jew ma’ dak ta’ ugwaljanza u nuqqas ta’ diskriminazzjoni, iggarantiti minn din il-liġi?”

IV – Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja

29.      Id-domanda preliminari mibgħuta mill-Arbitragehof kienet tniżżlet fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fit-2 ta’ Awwissu 2005. Advocaten voor de Wereld, il-Kummissjoni, il-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea, kif ukoll il-Gvern Belġjan, Ċek, Spanjol, Finlandiż, Ingliż, Latvjan, Litwan, Olandiż u Pollakk għamlu osservazzjonijiet bil-miktub, wara li dehru fis-seduta tal-11 ta’ Lulju 2006, sabiex jesponu l-osservazzjonijiet orali tagħhom, ir-rappreżentanti ta’ Advocaten voor de Wereld, tal-Gvernijiet Belġjan, Ċek, Spanjol, Franċiż, Olandiż u Ingliż, kif ukoll dawk tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.

V –    Analiżi tad-domandi preliminari

A –    Il-bażi ġuridika (l-ewwel domanda)

30.      Mhuwiex qed jiġi diskuss jekk id-deċiżjoni qafas għandhiex kontenut proprju tat-tielet pilastru ta’ l-Unjoni Ewropea lanqas, għalhekk, il-kompetenza tal-Kunsill li jirregolah(21). Il-polemika tirrigwarda s-sors ta’ liġi użata, peress li fil-proċedura tal-bidu hemm dubju jekk deċiżjoni qafas hijiex l-istrument adegwat, għal żewġ raġunijiet. Minn naħa waħda, minħabba li dan mhuwiex każ ta’ approssimazjoni ta’ liġijiet nazzjonali preeżistenti, peress illi l-mandat ta’ arrest Ewropew huwa mezz ġdid li nħoloq; minn naħa l-oħra, għaliex, ma tistax issir deroga mill-konvenzjonijiet preċedenti internazzjonali dwar l-estradizzjoni permezz ta’ deċiżjoni qafas.

31.      Peress li d-dibattitu kien jirrigwarda dawn it-termini, għandha tiġi ddefinita t-tifsira sostantiva tal-mandat ta’ arrest Ewropew, sabiex tiġi eżaminata n-natura tiegħu u sabiex jiġi vverifikat jekk ir-regoli ta’ armonizzazzjoni li jikkaratterizzaw deċiżjoni qafas jistgħux japplikaw għalih. Fil-każ ta’ risposta pożittiva, jaqbel li ninvestigaw jekk dan is-suġġett kienx ipprojbit għal din il-kategorija ta’ att, skond il-prinċipju contrarius actus, minħabba li kien ġie kkunsidrat fil-passat permezz ta’ ftehim internazzjonali.

32.      L-ewwel nett, qabel ma nkompli niddiskuti, għandi nressaq soluzzjoni għat-talba li għamel il-Gvern Ċek sabiex ma tkunx aċċettata din id-domanda inizjali bħala ammissibbli.

1.      Fuq l-ammissibbiltà

33.      Dan il-Gvern isostni illi l-analiżi tal-kapaċità ta’ deċiżjoni qafas li tirregola l-mandat ta’ arrest Ewropew tirrikjedi li l-Qorti tal-Ġustizzja teżamina propożizzjoni tad-dritt Komunitarju [l-Artikolu 34(2)(b) UE] “li ma taqax fil-kontroll tagħha”, u li b’hekk hija m’għandhiex kompetenza li tagħti deċiżjonijiet dwar dan is-suġġett. Dan l-approċċ huwa fundamentalment żbaljat, preċiżament għaliex waħda mill-kompetenzi essenzjali ta’ din l-Istituzzjoni hija preċiżament li tinterpreta t-Trattati u li tassigura d-difiża quddiem il-leġiżlazzjoni sekondarja, missjoni li għandha natura Kostituzzjonali għolja(22).

34.      Is-setgħat kollha ta’ l-Unjoni huma magħqudin u suġġetti għall-ordnijiet maħruġa mill-“kostitwent Ewropew”, iżda l-Qorti tal-Ġustizzja tobbligahom ukoll jippreżervaw l-integrità tagħhom u li jassiguraw l-effettività, filwaqt li tipproteġihom mid-devjazzjonijiet li jinkorru l-atturi Komunitarji l-oħra. L-Arbitragehof ma jitlobha xejn ta’ barra minn hawn, ħlief li, filwaqt li teżerċita l-attribuzzjonijiet tagħha, tevalwa jekk previżjoni tal-leġiżlatur ta’ l-Unjoni taqbilx ma’ regola tat-Trattat(23), analiżi li hija għandha minnufih tinterpreta r-regola stabbilita u tiddetermina portata, obbligu li hija ma tistax taħrab minnu.

35.      Dan il-Gvern jinsisti, madankollu, fuq il-fatt li din l-ewwel domanda hija inammissibbli u jsostni li d-deċiżjoni tar-rinvju mhijex ċara għal dak li jikkonċerna l-motivi li jinvalidaw id-deċiżjoni qafas. Huwa jispjega li, fil-każ fejn l-assoċjazzjoni rikorrenti titlob li l-liġi Belġjana ta’ traspożizzjoin tiġi ddikjarata mhux Kostituzzjonali għar-raġuni li din id-deċiżjoni qafas mhijiex l-istrument xieraq għall-approssimazzjoni tal-liġijiet nazzjonali, hija għanda ssostni l-allegazzjoni tagħha fuq raġunamenti rilevanti u li l-qorti tar-rinviju għandha tirriproduċihom fid-deċiżjoni tagħha.

36.      L-informazzjoni mogħtija mill-imħallfin nazzjonali tista’ tagħti l-possibbiltà għall-intervjenti f’din il-proċedura preliminari li jagħmlu osservazzjonijiet li jipprovdu lill-Qorti tal-Ġustizzja elementi sabiex tkun tista’ tagħti risposta utli(24). Dan l-għan huwa sodisfatt f’dan il-każ, u għalhekk huwa ċar li l-kontroversja hija dwar jekk id-deċiżjoni qafas tistax tistabbilixxi l-mandat ta’ arrest Ewopew, filwaqt li tressaq il-liġijiet interni flimkien. Hekk kienu fehmuha t-tnax-il partijiet l-oħra li ppreżentaw osservazzjonijiet f’din il-proċedura ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja bħal ma fehem bl-istess mod il-Gvern Ċek, li, għalkemm ilmenta dwar in-nuqqas ta’ kjarezza ta’ l-Arbitragehof, ma sab ebda ostaklu sabiex ikun inkluż f’dan is-suġġett(25).

37.      Wara li bdejt it-triq li twassal għal mistoqsija ta’ bażi, issa għandi nanalizza dan l-istrument ġdid ta’ kolloborazzjoni fil-materja kriminali bejn l-Istati l-Membri l-ġodda.

2.      Il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-estradizzjoni

38.      Uħud iddefendew l-idea li l-mandat ta’ arrest Ewropew huwa kategorija sussidjarja ta’ l-estradizzjoni. Id-duttrina ddeskriviet lid-deċiżjoni qafas bħala tentattiv sabiex “tiffaċilita” l-estradizzjoni bejn l-Istati Membri(26), f’verżjoni moderna(27), sui generis(28), taħt isem differenti(29). Il-leġiżlatur komunitarju kkontribwixxa mal-konfużjoni, billi rrikorra għall-Artikolu 31(1)(b) UE. Xi organu ġurisdizzjonali nazzjonali importanti wkoll ikkontribwixxa għall-iżball, bħat-Trybynał Konstytucyjny, billi ddeskriva l-konsenja li ssir b’eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew bħala varjant ta’ estradizzjoni(30), għalkemm għamel dan sabiex jissuġġettah għall-istess kundizzjonijiet bħall-estradizzjoni fir-rigward tal-ħarsien tad-drittijiet fundamentali ggarantiti mill-Kostituzzjoni Pollakka. Il-Bundesverfassungsgericht għamel l-istess ħaga meta taċitament assimila dawn iż-żewġ strumenti(31).

39.      Barra minn hekk, dawn id-dissimiltudnijiet kienu ġew enfasizzati sew fuq livell leġiżlattiv(32), duttrinali(33) u ġurisprudenzjali(34).

40.      Il-pożizzjonijiet mhumiex daqshekk diverġenti peress li dawn jiddependu mill-perspettiva magħżula. Meta l-attenzjoni tkun fuq ir-riżultat, il-koinċidenzi jkunu komuni, iżda d-differenzi jispikkaw jekk jiġu kkunsidrati mal-fundamenti ta’ dan il-mod ta’ kollaborazzjoni u l-forma li tiżviluppa.

41.      Il-pożizzjoni mill-estradizzjoni sa mandat ta’ arrest Ewropew jimplika direzzjoni opposta. Huwa ovvju li t-tnejn li huma jservu għall-istess skop, li huwa li akkużat jew persuna mogħtija sentenza tiġi kkonsenjata lill-awtoritajiet ta’ Stat ieħor, sabiex tgħaddi minn proċess ġuridiku jew sabiex twettaq piena; iżda hemmhekk jispiċċa x-xebh.

42.      Fl-estradizzjoni jidħlu f’kuntatt żewġ Stati sovrani, l-Istat Membru rikjedenti u l-Istat li jirċievi l-mandat, li jaġixxu minn pożizzjonijiet awtonomi: l-ewwel wieħed jitlob il-kollaborazzjoni ta’ l-ieħor, li jiddeċiedi każ b’każ li jilqa’ jew le l-mandat billi jieħu in kunsiderazzjoni l-motivi li jmorru lil hinn mill-ambjent strettament ġuridiku u jidħlu fil-qasam tar-relazzjonijiet internazzjonali, fejn il-prinċipju ta’ opportunità għandu rwol sinjifikattiv. Din hija r-raġuni għalfejn l-intervent finali tal-politiċi responsabbli u kriterji bħal dik ta’ reċiproċità jew dik ta’ kriminalità doppja huma ġġustifikati peress li ġejjin minn ambiti differenti.

43.      Is-sitwazzjoni tinbidel meta l-għajnuna hija mitluba u mogħtija ġewwa sistema legali supranazzjonali ta’ integrazzjoni, li fiha l-Istati, filwaqt li jirrinunzjaw parzjalment għas-sovranità tagħhom, jittrasferixxu l-kompetenzi għal istanzi li huma barranin għalihom u li għandhom setgħa normattiva. Din l-approssimazzjoni, ta’ l-ewwel pilastru ta’ l-Unjoni(35) tapplika wkoll fit-tielet pilastru, li hija intergovernattiva iżda għandha kapaċità “Komunitarja” evidenti, kif uriet is-sentenza Pupino(36), li ttrasferiet lid-deċiżjonijiet qafas ċerti kategoriji ta’ l-ewwel pilastru u xi parametri karatteristiċi tad-direttivi(37).

44.      Il-konnessjoni ma tinsabx bejn f’żoni magħluqa, iżda tirrikjedi verifika ad casum, sabiex tivverfika li għajnuna ma tiksirx il-bażi ta’ l-organizzazzjoni soċjali. Għall-kuntrarju, l-iskop hu li tipprovdi sostenn ma’ min għandu l-istess prinċipji, valuri u dmirijiet(38), filwaqt li tibni bażi istituzzjonali, bis-sorsi partikolari tagħha ta’ dritt, ta’ saħħa differenti, iżda, fl-aħħar mill-aħħar, li jorbtu, sabiex jipprevjenu u jiġġieldu l-kriminalità, f’żona waħda ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja, filwaqt li tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-Istati u tarmonizza l-liġijiet kriminali tagħhom.

45.      F’dan il-kuntest, permezz tal-fiduċja reċiproka, is-sostenn għall-kooperazzjoni ma joriġinax mill-għaqda tal-volontajiet ta’ oriġini differenti, iżda minn regola komuni – id-deċiżjoni qafas - fejn huwa deskritt l-aġir li jħeġġeġ il-kollaborazzjoni. Il-metodi differenti li jirrikjedu verifika individwali sabiex tiġi ggarantita r-reċiproċità(39) jew il-kunċetti li jagħtu valur assolut għall-kriminalità doppja b’hekk huma antikwati peress li bejn l-eventwali parteċipanti, l-aġir li huwa fl-oriġini tat-talba huwa wkoll kundannabbli u li talba f’sens oppost hija wkoll ikkunsidrata. F’dan is-sens, kull kunsiderazzjoni ta’ opportunità tinħass irrilevanti, peress li l-kontroll jitnaqqas sa l-aspett strettament ġuridiku; fi kliem ieħor, l-awtoritajiet politiċi għandhom iħallu dan il-kontroll f’idejn l-awtoritajiet ġudizzjarji u l-evalwazzjoni partikolari ta’ kull każ għandha ssir skond evalwazzjoni ta’ natura ġenerali, minħabba li din ir-regola komuni hija bbażata fuq il-kompetenza tal-qrati nazzjonali sabiex jibdew proċeduri kontra reati li hija telenka. Fil-qosor, ma jeżistux Strati sovrani fejn huwa plawżibbli li dawn jikkooperaw f’każijiet individwali, iżda jeżistu membri ta’ l-Unjoni Ewroepa li għandhom l-obbligu li jipprovdu għajnuna reċiproka, sa mill-mument meta jitwettqu reati ta’ interess komuni(40).

46.      Naħseb, allura, li l-estradizzjoni u l-mandat ewropew ta’ arrest u konsenja huma skemi assjomatiċi li għandhom biss għan komuni. Billi abolixxiet l-estradizzjoni u ssostitwietha b’sistema ta’ konsenja bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji bbażata fuq ir-rikonoxximent reċiproku(41) u fuq il-moviment liberu ta’ deċiżjonijiet tagħhom, li huwa żvilupp ta’ livell għoli ta’ fiduċja [kunfidenza] bejn l-Istati Membri (l-ewwel, il-ħames, is-sitt u l-għaxar premessi), id-deċiżjoni qafas tinsab f’din il-linja. Hija għalihekk tippreżupponi r-reċiproċità u l-kriminalità doppja għal ċerta aġir, fost l-aktar persuni kkundannati, u tillimita l-motivi ta’ rifjut ta’ għajnuna mingħajr ma tħalli l-inqas marġni ta’ setgħa diskrezzjonali politika (Artikoli 3 u 4)(42).

47.      Din il-konklużjoni tidher li tikkonferma l-argument ta’ dawk li jallegaw li, peress li kien metodu ġdid ta’ proċedura, ma kien hemm xejn li kellu jiġi armonizzat, b’tali mod li l-mandat ta’ arrest Ewropew ma setax jiġi rregolat permezz ta’ deċiżjoni qafas. Din l-inferenza, li hija wisq simplistika, madankollu ma tirrispettax in-natura ta’ dan is-sors tal-liġi u l-essenza ta’ dan il-mekkaniżmu.

3.      Id-deċiżjoni qafas bħala sors ta’ armonizzazzjoni

48.      Dan l-approċċ jikser l-ikbar premessa, għalhekk iċ-ċirkustanza li fiha l-mandat ta’ arrest Ewopew u l-konsenja huma distinti mill-estradizzjoni ma jfissirx li ta’ l-ewwel sistema hija kompletment ġdida u li fis-sistemi legali nazzjonali ma kellhiex preċedenti li wieħed japplika.

49.      Il-mandat Eworpew, li huwa mezz indispensabbli għall-istabbiliment ta’ spazju ta libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja (Artikoli 2 UE u 29 UE), huwa manifestazzjoni ta’ għajnuna ġudizzjarja. Din hija deċiżjoni li permezz tagħha mħallef ifittex li jikseb l-arrest u l-konsenja ta’ persuna minn awtorità ġudizzjarja barranija, għall-eżerċizzju ta’ prosekuzzjonijiet kriminali jew sabiex jikseb l-eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ kustodja (Artikolu 1(1) tad-deċiżjoni qafas). B’hekk il-mandat ta’ arrest Ewropew huwa deċiżjoni magħmula permezz tad-dritt tal-proċedura ta’ l-Istat Membru li joħroġ sentenza li, skond il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku, huwa assimilat ma’ deċiżjoni nazzjonali fl-Istati Membri oħra, b’mod li ftehim legali jsir indispensabbli. Il-mandati ta’ arrest jidħlu fit-tradizzjoni tal-Kodiċi ta’ proċedura kriminali nazzjonali u d-deċiżjoni qafas tagħtihom, f’ċerti ċirkustanzi u f’ċerti kundizzjonijiet, effetti li japplikaw lil hinn mill-fruntieri, iżda li teżiġi għal dan il-għan li jkun hemm ftehim bejn is-sistemi nazzjonali. Is-sistema stabbilita mid-deċiżjoni qafas isservi proprju għal dan l-iskop, peress li tarmonizza l-modi u l-kontentut tad-deċiżjoni, il-forom u t-termini ta’ trażmissjoni u ta’ eżekuzzjoni tal-mandat, il-motivi ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni u l-garanziji li jipproteġu lid-detenut matul il-proċedura kollha kif ukoll l-effetti tal-konsenja.

50.      Għaldaqstant, ma nħolqitx istituzzjoni li qabel ma kinitx eżistenti u lanqas ma huma approssimati d-diversi liġijiet dwar l-estradizzjoni; huma armonizzati l-forom ta’ arrest u ta’ konsenja fis-seħħ f’kull Stat Membru bil-għan ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji(43).

51.      Dak li huwa fiċ-ċentru tad-diskussjoni ta’ din id-domanda preliminari, mhuwiex il-potenzjalitajiet armonizzanti tad-deċiżjoni qafas, iżda l-kreattività tagħha, imma anki hawn hemm ekwivoku, għaliex bħal ma jiena ser nirreferi għalih, filwaqt li jiddistingwi ruħu mill-estradizzjoni, il-mandat ta’ arrest Ewropew mhuwiex skoperta mingħajr paragun fil-liġijiet nazzjonali.(44) Bi kwalunkwe mod, anke jekk ħadd ma jallega dan, fin-neċessità ta’ approssimazzjoni legali, xejn ma jimpedixxi li jsir rikors għal din it-tip ta’ norma peress li t-Trattat UE ma jipprojbixxix l-użu tiegħhu f’ċirkustanzi simili.

4.      Is-sistema ta’ sorsi fit-tielet pilastru: b’mod partikolari, ir-relazzjonijiet bejn id-deċiżjonijiet qafas u l-konvenzjonijiet

52.      L-Artikolu 32(2) UE jelenka erba’ sorsi ta’ dritt tat-tielet pilastru u, kif jikkjarifikaw il-Kunsill, il-Kummissjoni, il-Pajjiżi Baxxi u l-Belġju, ma jistabbilixxi ebda ġerarkija jew tqassim, fosthom, li iżda jirriżerva materja partikolari għal kull tip ta’ norma. Ma jimpurtax liema minn dawn is-sorsi japplika fuq kollox, sabiex jirrispetta l-limiti imposti min-natura ta’ l-istrument u l-għan indikat, limiti li fl-intern 1tagħhom il-leġiżlatur igawdi libertà ta’ għażla.

53.      Dan it-tnaqqis diskrezzjonali jibqa’ eżenti minn stħarriġ ġudizzjarju, b’tali mod li jkunu xi jkun il-kontenut tiegħu, id-deċiżjoni li ma taqbiżx dawn il-limiti hija legalment korretta.

54.      Il-Kunsill għażel f’din l-okkażjoni deċiżjoni qafas, b’hekk jaqbel li ssir analiżi billi jiġi vverifikat jekk, fid-dawl ta’ l-iskop mixtieq u tal-passi meħudha sabiex wasal għalih, setax jirrikorri għal kategorija oħra ta’ normi. Li jkun hemm pożizzjoni komuni ma tantx hija rrakkomandata. Tali poiżizzjonijiet, utli fil-qasam tar-relazzjonijiet internazzjonali ta’ l-Unjoni u ta’ l-Istati Membri sabiex jistabbilixxu l-opinjoni tagħhom fuq kawża partikolari (Artikolu 37), huma naturalment imsejħa sabiex jużaw il-potenzjalitajiet tagħhom ukoll fit-tieni pilastru, flimkien ma’ l-azzjoni komuni (Artikolu 12 UE)(45).

55.      Is-sorsi l-oħra – deċiżjonijiet qafas, deċiżjonijiet u konvenzjonijiet – huma stumenti awtorizzati għal mizuri li jirrikjedu traspożizzjoni fis-sistemi legali nazzjonali(46), iżda li mhuwiex possibbli li jiġu kkunsidrati d-deċiżjonijiet li għalihom jirreferi l-Artikolu 34(2)(c) f’dan il-każ, peress li dawn jeskludu kull idea ta’ armonizzazzjoni, indispensabbli għall-funzjonament korrett tal-mandat Ewropew.

56.      Għaldaqstant, l-unika alternattiva li tista’ tinagħżel minfok deċiżjoni qafas hija l-konvenzjoni. Il-marġni ta’ evalwazzjoni tal-leġiżlatur tasal fl-għażla bejn dawn iż-żewġ tipi ta’ normi, b’mod li għandu jiġi miċħud l-argument li l-mandat Ewropew, li “jilħaq minflok” l-estradizzjoni, għandu jiġi rregolat permezz ta’ ftehim internazzjonali minħabba li, tradizzjonalment, l-estradizzjoni bejn l-Istati Membri dejjem kienet saret b’dan il-mod. Dawk li jsostnu dan l-argument jsemmu li dak li huma jsejħu “ffriżar ta’ grad” tar-regola skond il-prinċipju contrarius actus.

a)      Nuqqas ta’ vijabbiltà tal-prinċipju ta’ contrarius actus

57.      Ir-regola segwenti li l-materja diġà ġiet irregolata taħt il-forma ta’ normattiva partikolari għandha dejjem tiġi ttrattata permezz normi ta’ l-istess grad, mingħajr ma jkun possibbli li tintuża norma ta’ grad inferjuri, m’għandhiex karattru assolut, minħabba li tirrappreżenta garanzija għaċ-ċittadini fir-relazzjonijiet bejn poter sovran – il-poter leġiżlattiv – u ieħor – il-poter eżekuttiv – essenzjalmet subordinat, u l-atti rispettivi tagħhom, jiġifieri l-liġi u r-regolament. Meta l-Parlament jirregola materja, il-Gvern ma jistax jintervjeni ħlief fil-każ fejn il-kamra tar-rappreżentati tawtorizzah jikkompleta jew jintegra dak li ġie deċiż mingħajr ma ebda att governattiv ikun jista’ jinterferixxi u jissostitwixxi r-rieda tat-“titolari tal-poter”, sakemm ikun hemm “delegalizzazzjoni”, li tawtorizza lil dan ta’ l-aħħar bil-kundizzjoni li ma jkunx hemm riżerva kostituzzjonali ta’ liġi(47).

58.      Id-dibattitu f’dan l-aspett, għalhekk, ma jagħmilx sens minħabba li s-sorsi għandhom l-istess oriġini u jgħaddu mill-istess proċedura, kemm jekk dawn huma deċiżjonijiet qafas jew konvenzjonijiet internazzjonali, li huma approvati b’unanimità mill-Kunsill, fuq proposta ta’ Stat Membru jew tal-Kummissjoni, wara li jikkonsulta mal-Parlament Ewropew (Artikolu 34(2) UE, flimkien ma’ l-Artikolu 39(1) UE)(48).

59.      Il-prattika tikkonferma l-analiżi ġuridika minħabba li l-Istati Membri ta’ spiss issostitwixxew miżuri ta’ natura konvenzjonali b’oħrajn li huwa adatti għall-istrutturi ta’ integrazzjoni. Eżempju tipiku huwa l-Konvenzjoni tas-27 ta’ Settembru 1968 dwar il-kompetenza ġudizzjarja u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet fil-materja ċivili u kummerċjali(49), magħrufa bħala l-“Konvenzjoni ta’ Brussell”, li ġiet issostitwita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 (Artikolu 68)(50).

60.      F’dawn iċ-ċirkustanzi, jaqbel li jiġi kkunsidrat jekk il-formula tal-konvenzjoni internazzjonali tiffaċilitax ir-rispett lejn il-prinċipji ta’ sussidjarjetà u ta’ proporzjonalità, u jekk il-leġiżlatur Komunitarju għandux l-obbligu li jutilizzaha.

b)      Il-prinċipji ta’ sussidjarjetà u ta’ proporzjonalità

61.      Dawn iż-żewġ prinċipji, stabbiliti mill-Artikolu 5 KE, huma applikabbli fit-tielet pilastru: dak tas-sussidjarjetà skond l-Artikolu 2 UE, in fine; dak ta’ proporzjonalità bħala strument għas-servizz tas-sussidjarjetà(51).

62.      Fis-seba’ premessa ta’ l-espożizzjoni tal-motivi tad-deċiżjoni qafas, il-leġiżlatur jiddikjara li huwa jirrispetta dawn il-prinċipji u jagħmel sew peress li, fir-rigward ta’ l-eżekuzzjoni tal-mandati ta’ arrest barranin fit-territorju nazzjonali, fi spazju komuni bbażat fuq fiduċja reċiproka u fuq ir-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji, ikun aħjar li dan ir-rwol jiġi affrontat b’viżjoni magħquda sa mill-istrutturi ta’ l-Unjoni milli kull Stat Membru jitħalla jagħmel dan separatament, anki jekk b’koordinazzjoni ma’ Stati Membri oħrajn. B’hekk hemm bżonn li jsir intervent fuq livell unitarju. B’hekk il-prinċipju ta’ sussidjarjetà huwa rrispettat.

63.      Dan kien ikun ukoll il-każ jekk il-Kunsill kien għażel ftehim internazzjonali, iżda s-setgħa diskrezzjonali tal-leġiżlatur ta’ l-Unjoni tippermettilu li jirrikorri għal deċiżjoni qafas. Il-proporzonalità indispensabbli ma timponi fuqu li jagħżel formula oħra għaliex, kif jiena ser nesponi iktar ’il quddiem, l-esperjenza dedotta mill-falliment tat-Trattati konklużi fil-passat tirrakkomanda li jipproċedi b’dan il-mod. Jekk l-adegwatezza ta’ l-għanijiet u tal-motivi teżiġi li l-Unjon tintervjeni biss sabiex tilħaq għanijiet iddikjarati, jidher assolutament neċessarju li jsir rikors għal stument li jobbliga l-Istati Membri jiksbu r-riżultati f’ċertu terminu ta’ żmien.

64.      Dan ifisser li, la l-imsejħa ffriżar tal-grad tan-norma li tradizzjonalment irregolat il-konsenja ta’ ċittadin minn Stat Membru għal ieħor sabiex jiġi pproċessat, jew sabiex titwettaq is-sentenza tiegħu, lanqas il-prinċipju ta’ sussidjarjetà ma jnaqqas il-marġni ta’ manuvra tal-leġiżlatur Ewropew. Bil-kontra, anki jekk jiġi ammess ostaklu għal din il-marġni ta’ manuvra, id-deċiżjoni qafas hija l-mezz xieraq skond il-prinċipju ta’ proporzjonalità li ġie ċċitat diversi drabi, kif ukoll l-effett utli tad-dritt Ewropew, li japplika wkoll fit-tielet pilastru, kif ġie dedott fis-sentenza Pupino ċċitata iktar ’il fuq.

c)      It-talba għal effettività aktar kbira

65.      Id-deċiżjoni qafas kontroversjali mhijiex l-ewwel tentattiv sabiex ittejjeb il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali fl-Unjoni. Il-Konvenzjonijiet ta’ l-1995 u l-1996 jikkostitwixxu l-preċedenti immedjati tagħha, għalkemm ma rnexxewx. It-tnejn ġew approvati fuq il-bażi ta’ l-Artikolu K.3 tat-Trattat ta’ l-Unjoni Ewropea, iżda llum dawn m’għadhomx fis-seħħ fl-Istati Membri kollha minħabba li fosthom hemm min qatt ma rratifikhom(52).

66.      Huma preċiżament il-limitazzjonijiet inerenti fit-trattati internazzjonali li ffavorixew l-inkorporazzjoni ta’ tip ġdid fil-katalogu ta’ sorsi tad-dritt, li jippermettu li jevitaw id-diffikultajiet imqajma mil-libertà ta’ l-Istati Membri fil-qasam ta’ ratifika(53). Il-Kunsill ta’ Tampere espliċitament wera l-intenzjoni li jikkonverti l-Unjoni fi spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, filwaqt li “jutilizza pjenament il-possibilitajiet li joffri t-Trattat ta’ Amsterdam”(54). Il-proposta tal-Kummissjoni tirriżulta rivelatriċi ħafna peress li tindika li, minħabba raġunijiet ta’ effiċjenza, hija għażlet deċiżjoni qafas minħabba r-riżultati medjokri tal-konvenzjonijiet preċedenti.(55)

67.      L-Istati Membri u l-Istituzzjonijiet għandhom iwettqu l-għanijiet ta’ l-Artikolu 2 UE u, għalhekk, jiggarantixxu u jiżviluppaw spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja li huma diġà ta’ spiss evokati. Biex jagħmlu dawn, huma għandhom l-obbligu li jużaw l-istrumenti l-iktar adegwati. Huma għandhom l-obbligu li jassiguraw l-effetti kollha tad-dritt Komunitarju in ġenerali(56) u dak tad-dritt ta’ l-Unjoni b’mod partikolari(57) għal dak li l-Kunsill mhux biss seta’, iżda kien obbligat jistabbilixxi l-mekkaniżmu tal-mandat ta’ arrest Ewropew u ta’ konsenja permezz ta’ deċiżjoni qafas (58). B’hekk ma jistax jiġi akkużat telaq it-triq li huwa segwa(59).

68.      Nissuġġerixxi, għaldaqstant, lill-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għall-ewwel domanda preliminari li d-Deċiżjoni Qafas 2002/584 ma tiksirx l-Artikolu 34(2)(b) UE.

B –    Id-Deċiżjoni Qafas 2002/584 u d-drittijiet fundamentali (it-tieni domanda)

69.      Din id-deċiżjoni qafas tirrigwarda l-garanziji tas-suġġett li huwa d-destinatarju ta’ mandat ta’ arrest, filwaqt li tirrendi espliċita l-intenzjoni li tipproteġi d-drittijiet fundamentali tiegħu. Fil-punti 18 u 24 ta’ dawn il-konklużjonijiet ikkontemplajt approċċ tal-kooperazzjoni kriminali li tmur lil hinn mis-sempliċi relazzjoni bipolari bejn l-Istati, li tieħu t-tielet dimensjoni, dik tad-drittijiet inerenti għall-persuna affettwata(60).

70.      L-Artikolu 1(3) għandu f’dan ir-rispett dikjarazzjoni solenni, li, kieku ma kinitx inkluża, kienet tiftiehem, peress li wieħed mill-elementi fundamentali ta’ l-Unjoni huwa dak tar-rispett lejn id-drittijiet umani u l-libertajiet fundamentali (Artikolu 6(1) UE), peress li dawn id-drittijiet u libertajiet kienu ġew stabbiliti bħala prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju skond il-Konvenzjoni ta’ Ruma u t-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri (Artikolu 6(2))(61).

71.      Din ir-riflessjoni twassalna għall-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem fl-Unjoni u r-rwol li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja.

1.      Il-ħarsien tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea

72.      In-nuqqas ta’ lista ta’ drittijiet fundamentali fit-Trattati oriġinarji ma jfissirx li kienu ma ddaħlux fis-sistema legali Komunitarja. Il-Komunitajiet, b’riżultat ta’ ftehim bejn l-Istati strutturati madwar is-sistema demokratika, bdew bix-xewqa li jiġu kkostitwiti f’organizzazzjonijiet suġġetti għad-dritt. Iż-żerriegħa tħawlet f’art fertili u biż-żmien id-drittijiet suġġettivi bażiċi żdiedu permezz tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.

73.      Dan ix-xogħol pretorjan irriżulta fi drittijiet espressament irrikonoxxuti, bħall-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni ta’ paga għal raġunijiet ta’ sess, imsemmija fl-Artikolu 119 tat-Trattat KE (attwalment l-Artikolu 141 KE)(62), iżda wkoll għall-benefiċċju ta’ drittjiet oħra li m’għandhomx bażi diretta fis-sistema Komunitarja, bħall-invjolabbiltà tar-residenza(63), il-libertà ta’ espressjoni(64) jew, iktar viċin ta’ l-iskop ta’ dan ir-rinviju preliminari, il-prinċipju ta’ nullum crimen, nulla poena sine lege(65).

74.      Il-Qorti tal-Ġustizzja nqdiet minn silloġiżmu sempliċi u loġiku: ir-regoli komuni għal-liġijiet nazzjonali huma prinċipji ġenerali tas-sistema ġuridika tal-Komunità u, kwantu tali, jistħoqqilhom jiġu rrispettati, b’tali mod li d-drittijiet fundamentali, li huma garanziji komuni għal kulħadd, jiffurmaw parti mill-imsemmija prinċipji u għandhom jiġu protetti(66). F’dan ir-rigward, il-missjoni ta’ integrazzjoni ma tidhirx li tista’ tiġi kkontestata u tieħu minn sorsi barranin mid-dritt komunitarju(67): il-prinċipji ġenerali ta’ l-Istati Membri(68), l-elementi komuni għat-tradizzjonijiet kostituzzjonali tagħhom(69) u l-istrumenti nazzjonali ta’ protezzjoni ta’ drittijiet(70), b’mod partikolari, il-Konvenzjoni ta’ Ruma (71).

75.      Il-leġiżlatur Komunitarju ġabar l-evidenza, inkorpora din il-ġurisprudenza fl-Artikolu 6 UE mit-Trattat ta’ Amsterdam, u attribwixxa l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali lill-Qorti tal-Ġustizzja [Artikolu 46 (d) UE].

76.      Fis-sena 2000 seħħ fatt li diffiċilment ma jsirx riferiment għalih: il-proklamazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea. Dan id-dokument m’għandux saħħa obbligatorja, minħabba l-ineżistenza ta’ deċiżjoni li għandha l-effett li tilqa’ l-kontenut tagħha(72). Dik il-proklamazzjoni hija artikolata permezz ta’ sempliċi dikjarazzjoni politika, mingħajr valur ġuridiku(73).

77.      Iżda din il-verifika ma twassalx għal ħsieb li xejn ma nbidel, bħallikieku l-Karta kienet mingħajr sinjifikat. L-ewwel nett, ma toħroġx minn vojt jew mingħajr kuntest; għall-kuntrarju, hija inkluża fi stadju ta’ proċess evoluttiv li jiena esponejt, minħabba li hija tikkodifika u tafferma mill-ġdid, skond kif iddikjaraw l-awturi fil-preambolu tagħha(74), ċerti drittijiet li huma dderivati mit-tradizzjoni komuni ta’ l-Istati Membri, fuq livell nazzjonali u internazzjonali(75), u għalhekk l-Unjoni għandha tirrispettahom u l-Qorti tal-Ġustizzja tipproteġihom, kif jistabbilixxu l-Artikoli 6 UE u 46(d) UE, tkun xi tkun in-natura ġuridika u l-effetti legali tat-test approvat f’Diċembru 2000(76).

78.      Fit-tieni lok, il-Karta tinsab fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, peress illi l-Avukati Ġenerali interpretawha, filwaqt li marru lil hinn min-natura tagħha purament programmatika u dikjarattiva(77); barra minn hekk, il-Qorti tal-Prim’Istanza użatha f’ċerti deċiżjonijiet tagħha(78). Apparti dan, fis-sentenzi tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja rarament irreferiet għall-Karta(79), lanqas sabiex tirrifjuta l-pożizzjoni ta’ l-avukati ġenerali tagħha, u kien biss fid-dati l-iktar reċenti, minn bilkemm xahrejn ilu, meta s-sentenza Il-Parlament vs Il-Kunsill(80) ħabbret direzzjoni oħra, u ddeċidiet li, ladarba mhijiex strument ġuridiku validu, madankollu għandha tiġi ddikjarata l-importanza tagħha (punt 38).

79.      Hemm bżonn li jitneħħa, għalhekk, dan is-silenzju, u l-Karta tiġi applikata bħala strument interpretattiv ċentrali fid-difiża tal-garanziji nazzjonali taċ-ċittadini li huma parti mill-patrimonju ta’ l-Istati Membri. L-isfida għandha tkun affrontata bi prudenza, iżda wkoll bis-saħħa u bil-konvinzjoni li, jekk il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali għandha natura indispensabbli fit-tielet pilastru minħabba n-natura tagħha stess, hija tista’ jkollha impatt fuq l-aspett essenzjali tal-libertà personali, li tippreżupponi l-oħrajn kollha.

80.      Forsi dan il-ftuħ jippermetti li tiġi evitata repetizzjoni tan-nuqqas ta’ ftehim li fixkel ir-relazzjonijiet ma’ l-istanzi nazzjonali, li kienu ftit li xejn konvinti mill-kapaċità ta’ l-Istituzzjonijiet ta’ l-Komunità li tipproteġi d-drittijiet fundamentali(81).

81.      Din il-missjoni ta’ protezzjoni titwettaq fuq tliet livelli differenti(82), dak nazzjonali, dak tal-Kunsill ta’ l-Ewropa u dak ta’ l-Unjoni Ewropea. Dawn il-livelli differenti madankollu jiżviluppaw parzjalment simultanjament u, dak li huwa l-aktar importanti, għandhom valuri identiċi. Hemm ħafna punti li ma jaqblux u li jissovrapponu lil xulxin, iżda dan ma jfissirx li hemm ostaklu insormontabbli jekk wieħed jirrispetta l-kompetenzi rispettivi bil-konvinzjoni li kull wieħed jeżerċithom b’mod sħiħ u b’garanziji sħaħ għas-sistema ta’ għixien flimkien. Id-djalogu bejn l-interpreti kostituzzjonali supremi fl-Ewropa jippermetti t-tisħiħ ta’ diskors komuni.

82.      B’hekk, fil-kawża li tressqet quddiemha, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tikkonforma man-natura ta’ l-Artikoli 20 u 49 tal-Karta, li jipproklamaw, rispettivament, il-prinċipji ta’ ugwaljanza quddiem il-liġi u ta’ legalità tar-reati, ampjament irrikonoxxuti fl-orizzonti kostituzzjonali ta’ l-Istati Membri, filwaqt li tirreferi, fejn neċessarju, għall-ġurisprudenzi nazzjonali u għas-sentenzi li l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem iddeċidiet fuq l-Artikoli 14 u 17 tal-Konvenzjoni ta’ Ruma.

2.      L-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584 u l-prinċipju ta’ ugwaljanza

a)      L-ugwaljanza quddiem il-liġi

83.      L-Arbitragehof jixtieq ikun jaf jekk id-dispożizzjoni li tgħid li mhuwiex neċessarju, sabiex jiġi eżegwit mandat ta’ arrest Ewropew, li jiġi vverifikat jekk l-aġir imsemmi fl-Artikolu 2(2) tad-deċiżjoni qafas ikun stabbilit bħala ksur fiż-żewġ Stati Membri kkonċernati filwaqt li l-eżiġenza tal-kriminalità doppja li tapplika għal ksur ieħor hijiex kompatibbli ma’ dan id-dritt fundamentali għall-ugwaljanza quddiem il-liġi.

84.      Sabiex nanalizzaw dan il-qasam tar-rinviju, jaqbel li nieqfu fuq l-istruttura ta’ l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni qafas, bl-iskop li jiġi ċċarat l-ekwivoku li jinstab kemm fid-digriet stess kif ukoll f’ċerti osservazzjonijiet li ġew ippreżentati f’din il-proċedura ta’ talba għal deċiżjoni preliminari. Sabiex mandat ta’ arrest Ewropew ikun jista’ japplika, huwa biżżejjed li l-aġir inkriminanti jkun punibbli b’sanzjoni ta’ ċertu żmien fl-Istat Membru li joħroġ is-sentenza ta’ priġunerija (paragrafu 1), minkejja li l-konsenja tista’ tkun suġġetta għall-kundizzjoni li l-atti inkriminanti jitqiesu li huma ksur fl-Istat Membru li jeżegwieh (paragrafu 4). Madankollu din il-possibbiltà ma teżistix għat-32 tip ta’ aġir elenkati fil-paragrafu 2(83).

85.      Konsegwentement, jidher li mhuwiex korrett li jiġi sostnut li bl-eċċezzjoni ta’ l-aġir imsemmi fl-Artikolu 2(2), is-sistema tal-mandat ta’ arrest Ewropew hija bbażata fuq il-prinċipju ta’ kriminalità doppja. Bil-kontra, l-unika kundizzjoni hija li l-atti li għalihom qed issir prosekuzzjoni fl-Istat li jkun ħareġ il-mandat kif ukoll l-Istati Membri, meta jittrasponu d-deċiżjoni qafas (84) jew il-ġurisdizzjoni tagħhom meta jeżegwixxu mandat ta’ arrest partikolari(85) jistgħu jissuġġettaw l-eżekuzzjoni tal-mandat għall-kundizzjoni li l-atti li għalihom qed issir prosekuzzjoni kienu ġew stabbilit bħala ksur skond is-sistema legali tagħhom, fakultà li huma għandhom fil-każ tal-ksur imsemmija fil-paragrafu 2 li kien diġà ġie ċċitat diversi drabi(86).

86.      F’dan il-punt kritiku, id-domanda ta’ l-Arbitragehof hija diretta lejn istanza mhux kompetenti, peress li t-trattament mhux ugwali kkontestat mhuxiex imputabbli lil-leġiżlatur ta’ l-Unjoni, imma lil leġiżlazzjoni nazzjonali jew id-deċiżjoni ġudizzjarja nazzjonali, skond il-każ, fejn l-istħarriġ tiegħu ma jaqas taħt il-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.

87.      Anki jekk wieħed għandu jifhem li, b’mod jew ieħor, il-kawża remota tal-ksur issib l-għeruq tagħha fid-deċiżjoni qafas, minħabba li ġiet stabbilita sistema differenti skond in-natura tal-fatti, il-kwistjoni hija xorta waħda mingħajr rilevanza.

88.      B’din il-formulazzjoni, id-dubju huwa limitat għall-ugwaljanza astratta quddiem il-liġi, filwaqt li l-applikazzjoni tagħha tibqa’ għal xi żmien barra mid-dibattitu, bl-istess mod bħall-projbizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni marbuta ma’ ċirkustanzi personali jew soċjali(87).

89.      Il-liġi għandha tittratta liċ-ċittadini b’mod ugwali, peress li hu pprojbit li tittratta sitwazzjonijiet simili b’mod differenti u li tissottometti dawk differenti għal sistemi identiċi. Madankollu, il-leġiżlatur għandu marġni wiesgħa ta’ konfigurazzjoni li jippermettulu jittratta b’mod differenti s-sitwazzjonijiet li jixxiebħu bil-kundizzjoni li jipprovdi spejgazzjoni oġġettiva u prudenti. F’dan l-impenn, il-ġustifikazzjoni tgħaqqad dawn il-kwalitajiet jekk il-finalità u l-effetti mfittxija huma leġittimi, u jekk jeżisti rapport ta’ proporzjonalità adegwat bejn l-ewwel kwalità u dawk ta’ wara li jimpedixxu li konsegwenzi partikolarment gravi u eċċessivi jkunu jistgħu jirriproduċu ruħhom(88).

90.      Għalhekk, jien ta’ l-opinjoni li f’din il-kawża t-termini differenti mhumiex kumparabbli. Minn naħa, dawn jirrigwardaw fatti u l-attenzjoni tirrigwarda mhux l-istatus personali, iżda n-natura ta’ konvenzjoni, b’mod li ma jkunx hemm diskriminazzjoni suġġettiva. Minn naħa l-oħra, m’hemmx paragun fil-perspettiva tal-persekuzzjoni kriminali bejniethom, bejn l-individwi li jkunu ħatja ta’ diversi atti ta’ importanza mhux ugwali u n-natura ħatja diversa; id-differenzi fil-gravità bejn il-ksur jimpedixxu li jiġu kkumparati.

91.      L-opinjoni tiegħi ma tinbidilx jekk, fl-evalwazzjoni ta’ l-implementazzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew (arrest, konsenja, proċess kriminali, eżekuzzjoni ta’ sentenza), wieħed jinnota li l-persuni kkonċernati jinsabu f’pożizzjoni simili, ikun xi jkun il-ksur li huwa fl-oriġini tal-priġunerija tagħhom. B’hekk id-differenza ta’ trattament tirriżulta oġġettiva, raġonevoli, ġusta u proporzjonata

92.      Hija oġġettiva għax tirrispondi għal kriterji esterni mill-individwu, ta’ natura awtonoma, li jitkejlu b’parametri astratti u ġenerali, filwaqt li tiġi evitata kull rieda ta’ selettività: in-natura tal-kontravenzjoni u s-sentenza li hija assenjata.

93.      Hija wkoll raġonevoli u ġġustifikata għax hija orjentata lejn wieħed mill-għanijiet ta’ l-Unjoni Ewropea: il-ġlieda kontra l-kriminalità fi spażju ta’ sigurtà, ġustizzja u libertà (ir-raba’ subinċiż ta’ l-Artikolu 2 UE li jinqara’ ma’ l-Artikolu 29 UE). Il-lista ta’ l-Artikolu 2(2) tad-deċiżjoni qafas tinkludi forom ta’ reat li, kif josserva l-Gvern Spanjol fl-osservazzjonijiet kunsiderevoli bil-miktub tiegħu (paragrafu 121), jaffettwaw gravement elementi ġuridiċi li jieħtieġu protezzjoni speċjali fl-Ewopa, peress li l-kundizzjoni kienet li dawn ir-reati jkunu punibbli b’sentenzi ta’ ċerta’ saħħa fl-Istat li joħroġ il-mandat ta’ arrest(89). Dawn huma prattiċi li għalihom m’hemmx għalfejn tiġi kkonstatata l-kriminalità doppja minħabba li dawn mhumiex aċċettabbli fl-Istati Membri kollha(90).

94.      Fl-aħħar nett, il-proporzjonalità tal-miżura tirriżulta inkontestabbli, peress li s-sistema partikolari m’għandhiex importanza ikbar milli tassigura l-konsenja tal-persuna li qed tiġi pproċessata jew li tkun ngħatatilha sentenza għal reat gravi lill-awtoritajiet ġudizzjarji ekwivalenti dak ta’ l-Istat li jirċievi l-mandat, sistema li tirrispetta l-prinċipji ta’ l-Istat ta’ dritt u tiggarantixxi lill-persuna interessata r-rispett tad-drittijiet fundamentali tagħha, inklużi dawk li huwa jista’ jibbaża ruħu fuqhom matul il-proċedura kriminali

95.      Nispiċċa dan il-kapitolu ta’ konklużjonijiet fil-punt fejn l-assoċjazzjoni rikorrenti prinċipali tibda l-osservazzjonijiet tagħha u fejn hija tirreferi għall-ipoteżijiet, realment stravaganti(91), li fihom Stat Membru jikkonsenja individwu, skond l-Artikolu 2(2) tad-deċiżjoni qafas, minħabba kondotta li mhijiex punibbli fit-territorju tiegħu(92). Din is-sitwazzjoni ma taqax taħt il-prinċipju ta’ ugwaljanza peress li mhemmx diskriminazzjoni kontriha. Għandu jiġi mfakkar li għall-finijiet ta’ applikazzjoni ta’ dan il-prinċipju, kull mandat ta’ arrest mogħti sabiex pesuna ssuspettata jew mogħtija sentenza f’pajjiż ta’ l-Unjoni tinżamm għal wieħed mill-ksur previst fl-Artikolu 2(2), u li tiġi ppenalizzata b’sentenza li għandha tkun iebsa daqskemm huwa meħtieġ minn din id-dispożizzjoni, u eżegwita b’riferiment għaċ-ċirkustanzi personali u soċjali partikolari ta’ din il-persuna.

b)      L-ugwaljanza fl-applikazzjoni tal-liġi

96.      Fid-deċiżjoni tar-rinviju ddaħħlet dimensjoni oħra ta’ dan l-ilment, li tikkonsisti f’riskju ta’ interpretazzjoni diskordanti ta’ l-Artikolu 2(2) tad-deċiżjoni qafas, minħabba l-impreċiżjoni tad-definizzjonijiet li fiha.

97.      Meta wieħed jikkunsidra d-domanda f’dawn it-termini, huwa evidenti li din is-sitwazzjoni ma tistax tikkontesta l-korrezzjoni tan-norma, li ma tirrispondix għal diskriminazzjonijiet futuri u ipotetiċi fl-okkażjoni ta’ l-applikazzjoni tagħha. Qed tiġi enfasizzata hawnhekk konfużjoni bejn l-ugwaljanza fil-liġi u dik li tapplika fil-mument ta’ l-eżekuzzjoni tagħha. L-ewwel waħda, ta’ natura materjali u bl-iskop li tassikura l-identità ta’ trattament ta’ nies ugwali, tinkiser meta r-regola, mingħajr fundament razzjonali, tissottomettihom għal sistemi differenti, filwaqt li t-tieni waħda, ta’ natura formali, tinkiser meta organu li jista’ jimplementaha jifhimha b’mod differenti minn dak li jkun għamel qabel f’sitwazzjonijiet simili. M’hemmx, għalhekk, nuqqas ta’ ugwaljanza fl-applikazzjoni tal-liġi, meta d-deċiżjonijiet diverġenti jittieħdu fi qrati differenti, li jaġixxu fl-eżerċizzju legali tas-setgħa tagħhom li jiġġudikaw; l-ugwaljanza ma tirrikjedix li l-organi indipendenti jagħtu ermenewtika simultanja. Ikun b’sarkażmu li wieħed jakkuża bħala diskriminatorja l-liġi minħabba li tista’ tirċievi interpretazzjonijiet differenti, li jistgħu jkunu unifikati permezz ta’ rikorsi rilevanti.

98.      Bi kwalunkwe mod, hemm bżonn li nistennew sabiex nivverfikaw jekk in-nuqqas ta’ armonija mħabbra sseħħx, minkejja l-prekawzjonijiet li s-sistema tistabbilixxi sabiex tevitahom. Id-deċiżjoni qafas stess tipprovdi strumenti utli f’dan ir-rispett, peress li hija tipprevedi l-iskambju neċessarju ta’ informazzjoni u l-konsultazzjoni diretta bejn l-Imħallfin implikati(93); barra minn hekk, jekk jippersisti xi dubju dwar is-sens tal-kunċetti użati fl-Artikolu 2(2) tad-deċiżjoni qafas, id-domanda preliminari ta’ l-Artikolu 35 UE twassal għal ftuħ ta’ proċedura idonea għal interpretazzjoni uniformi fit-territorju ta’ l-Unjoni.

99.      Ir-riskju previst, li jirriżulta minn nuqqas ta’ armonizzazzjoni tad-drittijiet kriminali nazzjonali, ma jikkonċernax il-prinċipju ta’ ugwaljanza, iżda jingħaqad ma’ l-eżiġenza ta’ ċertezza fir-relazzjonijiet ġuridiċi, partikolarment dawk li huma mibdija permezz ta’ forma ta’ infurzar bejn is-setgħat pubbliċi u ċ-ċittadini. Din il-konstatazzjoni twassalni għall-aspett l-ieħor tat-tieni domanda preliminari.

3.      L-Artikolu 2(2) tad-deċiżjoni qafas u l-prinċipju ta’ legalità fi proċeduri kriminali.

100. Dan il-prinċipju(94), espress fl-aforiżmu latin nullum crimen, nulla poena sina lege u stabbilit fl-Artikolu 7(1) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma, kif ukoll fl-Artikolu 49(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea, jinkorpora, skond il-formulazzjoni klassika tal-Qorti Kostituzzjonali Spanjola(95), garanzija doppja: l-ewwel waħda, ta’ ordni materjali u importanza assoluta, hija tradotta fl-eżiġenza imperattiva ta’ predeterminazzjoni ta’ l-aġir illeċitu u tas-sanzjonijiet korrispondenti; it-tieni waħda, ta’ karattru formali, tispjega l-livell tar-regoli li jikkodifikaw dan l-aġir u jirregolaw is-sentenzi, normi li, fis-sistema Spanjola(96), bħal fil-maġġoranza ta’ l-Istati Membri, tidentifika ruħa mal-liġi, approvata bil-poter leġiżlattiv, depożitarju tas-sovranità popolari.

101. Rigward l-idea ta’ l-assoċjazzjoni rikorrenti fil-kawża prinċipali, l-Arbitragehof jixtieq jiċċara jekk l-elenku ta’ aġir ta’ l-Artikolu 2(2) tad-deċiżjoni qafas huwiex konformi mal-garanzija ta’ mandat materjali, minħabba n-nuqqas ta’ ċarezza u ta’ preċiżjoni tiegħu.

102. Din il-garanzija tirrifletti ċ-ċertezza legali fil-qasam kriminali(97) u tikseb intensità kbira sabiex taffettwa l-valuri bażiċi, bħal-libertà personali. L-iskop tagħha hu fil-fatt li ċ-ċittadini jkunu jafu minn qabel l-aġir li għandhom jevitaw u l-konsegwenzi li jġibu magħhom meta jikkommettuhom (lex previa)(98), dak li tinvolvi d-definizzjoni stretta u mingħajr ambigwità tat-tipi ta’ reati (lex certa), b’mod li ċ-ċittadini jkunu jistgħu, billi jibbażaw fuq id-definizzjoni tagħhom u, skond il-bżonn, bl-għajnuna tal-qrati(99), ikunu jafu b’mod raġonevolment prevedibbli l-azzjonijiet jew l-ommissjonijiet li jikkompromettu r-responsabbiltà kriminali tagħhom, filwaqt li jirrifjutaw l-interpretazzjonijiet analoġiċi u estensivi in peius, kif ukoll l-applikazzjonijiet retroattivi(100).

103. Għaldaqstant, il-prinċipju ta’ legalità japplika fid-dritt kriminali sostantiva bħala mandat dirett lejn il-leġiżlatur, filwaqt li jiddeskrivi r-reati u s-sentenzi, u lejn l-imħallef, meta janalizzahom u japplikahom fi proċess kriminali(101). Fi kliem ieħor, jipproġetta li jeżerċita l-iuspuniendi ta’ l-Istat jew li jeżegwixxi deċiżjonijiet b’sens realment repressiv, b’mod li d-deċiżjoni qafas diffiċilment tista’ tiksru, peress li ma tistabbilixxi ebda piena(102) u lanqas ma tippretendi li tarmonizza s-sistemi kriminali ta’ l-Istati Membri, filwaqt li tillimita ruħha li tibni mekkaniżmu ta’ għajnuna bejn l-Imħallfin ta’ pajjiżi differenti fi proċedura meta jkun irid jiġi ddeterminat min wettaq reat jew meta tkun trid tiġi eżegwita kundanna. Dan l-istrument ta’ kooperazzjoni huwa subordinat għal xi kundizzjonijiet, peress illi l-pieni jew il-miżuri li jistgħu jiġu imposti għandhom jippreżentaw ċerta grad u jista’ jkun meħtieġ ukoll li dawn jiġu kkodifikati fl-Istat ta’ l-Imħallef li jaqbel “hekk kif dawn ikunu ddefiniti fil-leġiżlazzjoni ta’ l-Istat Membru li joħroġ il-mandat”, ħlief fil-każ ta’ aġir ħati msemmi fl-Artikolu 2(2).

104. Id-dritt kriminali materjali ta’ dan l-Istat Membru li joħroġ il-mandat b’hekk għandu jkollu n-natura ċerta meħtieġa minn dan il-prinċipju u, għaldaqstant, huwa meħtieġ mil-leġiżlatur li huwa jħares li l-Imħallef li jkun imsejjaħ jibda l-proċeduri penali jtemmhom, jekk ikun hemm bżonn, permezz ta’ kundanna. Huwa ċar li mandat ta’ arrest Ewropew korrettament maħruġ huwa bbażat fuq fatti legalment meqjusa li huma kolpevoli f’dan l-Istat. L-istrumenti kriminali tal-pajjiż ta’ eżekuzzjoni tal-mandat għandhom biss jipprovdu l-kollaborazzjoni mitluba u, jekk il-liġi ta’ trażpożizzjoni tad-deċiżjoni qafas tipprovdi għal dan, hija għandha tissuġġetta l-konsenja għall-kundizzjoni li l-aġir inkriminanti jiġi wkoll iddefinit skond il-liġi kriminali tiegħu, bla ħsara għall-Artikolu 2(2), ipoteżi li fiha huwa jkollu l-obbligu li jirrispetta l-prinċipju ta’ legalità.

105. Indipendentement minn dak li ntqal qabel, hemm bżonn li nżidu li l-arrest u l-konsenja involuti fl-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew m’għandhomx in-natura ta’ sanzjoni. L-Imħallef inkarigat jivverifika li l-elementi li jippermettulu jikkonsenja persuna li tinsab fil-ġurisdizzjoni tiegħu lil Imħallef li jkun ħareġ il-mandat jkunu kollha preżenti, iżda huwa ma jistax jidħol fil-mertu lil hinn minn dak li huwa meħtieġ mill-proċedura ta’ konsenja, u għandu jastjeni milli jevalwa l-provi u jiddeċiedi fuq il-ħtija. Barra minn hekk, il-Kummissjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem iddeċidiet għaldaqstant fir-rigward ta’ l-estradizzjoni meta hija ddeċidiet li teskludi l-kunċett ta’ kundanna li jinsab fl-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni ta’ Ruma(103).

106. Mhuwiex tant il-prinċipju ta’ legalità ta’ proċedura kriminali li l-Arbitragehof xtaqet tagħel domanda preliminari dwarha, iżda l-biża’ li l-kunċetti li jinsabu fl-Artikolu 2(2) tad-deċiżjoni qafas jiġu attribwiti sens differenti f’kull Stat Membru, bir-riskju ta’ applikazzjonijiet diverġenti. F’din l-eventwalità, inerenti fil-pożizzjoni ta’ kull propożizzjoni normattiva, astratta u ġenerali, diġà rreferejt għall-punti 96 sa 99 ta’ dawn il-konklużjonijiet. Issa jonqosni biss inżid li, jekk wara li kellu rikors għall-mezzi stabbiliti mid-deċiżjoni qafas sabiex tingħata soluzzjoni għad-diffikultajiet u wara li jkun kiseb interpretazzjoni uniformi permezz tal-proċedura għal talbiet preliminari, l-Imħallef inkarigat li jeżegwixxi l-mandat ta’ arrest Ewropew ikun għad ikollu dubji dwar il-kwalifa legali tal-fatti li fuqhom huwa bbażat u li jikkonċernaw l-appartenenza tagħhom għat-tnejn u tletin aġir elenkati fl-Artikolu 2(2), huwa għandu jirreferi għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 2(1) u (4).

107. Naħseb, fil-qosor, li l-Artikolu 2(2) tad-deċiżjoni qafas ma jiksirx l-Artikolu 6(2) UE, minħabba li huwa konformi mal-prinċipji ta’ ugwaljanza u ta’ legalità tal-proċeduri kriminali.

VI – Konklużjoni

108. Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domandi preliminari ta’ l-Arbitragehof billi tiddikjara li:

“1) Id-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/JHA tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-mandat ta’ arrest ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment [konsenja] bejn l-Istati Membri, ma tiksirx l-Artikolu 34(2)(b) UE.

2) L-Artikolu 2(2) ta’ din id-deċiżjoni qafas, inkwantu jabolixxi l-eżiġenza tal-kriminalità doppja għall-ksur li huma msemmija fih, ma jiksirx il-prinċipju ta’ legalità fi proċeduri kriminali u lanqas il-prinċipju ta’ ugwaljanza u b’konsegwenza ta’ dan huwa kompatibbli ma’ l-Artikolu 6(2) UE.”


1 – Lingwa oriġinali: l-Ispanjol.


2 – Montesquieu, “L’esprit des lois”, it-tnax-il ktieb, kapitolu II, Ed. Gallimard, La Pléiade, (Oeuvres complètes, París, 1.951, Volum II, p. 432).


3 – Il-Belġju aċċetta din il-kompetenza preliminari tal-Qorti tal-Ġustizzja, u ta lill-Imħallfin kollha u lill-qrati nazzjonali l-poter li jagħmlulha domandi (ĠU 1999, C 120, p. 24).


4 – ĠU L 190, p.1.


5 – Sentenza tas-16 ta’ Ġunju 2005 (C-105/03, Ġabra p. I-5285).


6 – ĠU 2000, C 364, p.1.


7 – P 1/05. Rigward din is-sentenza, wieħed jista’ jikkonsulta Komárek, J., “Pluralismo constitucional europeo tras la ampliación –Un análisis de la jurisprudencia comunitaria del Tribunal Constitucional polaco–”, fir-Revista Española de Derecho Europeo, Nru 16, 2005, pp. 627 sa 657.


8 – Din id-dispożizzjoni tgħid li : “Iċ-ċittadini Pollakki ma jistgħux jiġu estradati”.


9 – L-Artikolu 16(2) tal-Grundgesetz für die Bundesrepublik (liġi fundamentali ta’ Bonn), jipprojbixxi li Ġermaniż jista’ jiġi mgħoddi barra mill-pajjiż. Din id-dispożizzjoni ġiet emendata fid-29 ta’ Diċembru 2000 sabiex tirrestrinġi l-liġi f’ċerti każijiet determinati mil-liġi.


10 – Sentenza tat-18 ta’ Lulju 2005 (2 BvR 2236/04), li tqis li l-kontenut essenzjali tal-liġi fundamentali pproklamata fl-Artikolu 16(2) tal-Liġi Fundamentali ta’ Bonn hija miksura.


11 – Europäisches Haftbefehlgesetz – EuHbG. Il-Qorti Kostituzzjonali Pollakka, permezz ta’ l-użu ta’ l-Artikolu 190 tal-Kostituzzjoni, iddiferiet fi tmintax-il xhar il-konsegwenzi tad-dikjarazzjoni ta’ inkostituzzjonalità, peress li “l-mandat ta’ arrest Ewropew għandu importanza kruċjali għall-funzjonament ta’ l-amministrazzjoni tal-ġustizzja, essenzjalment –bħala forma ta’ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-promozzjoni tal-ġlieda kontra l-kriminalità– sabiex tipperfezzjona s-sigurtà”. Min-naħa l-oħra, is-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali Federali Ġermaniża kellha effett immedjat; b’dan il-mod, is-Sala de lo Penal de la Audiencia Nacional, awtorità ġudizzjarja Spanjola kompetenti fil-materja [Artikolu 6(3) tad-deċiżjoni qafas, rigward il-Liġi Organika 2/2003, ta’ l-14 ta’ Marzu, li tikkumplementa l-Liġi fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja –Boletín Oficial del Estado (iktar ’il quddiem, “BOE”) Nru 65, tas-17 ta’ Marzu 2003, p. 10244], tikkunsidra nulli l-formalitajiet ta’ konsenja mibdija permezz ta’ ordnijiet maħruġa mill-Ġermanja, mibdula fi proċeduri ta’ estradizzjoni (ftehim ta’ l-20 ta’ Settembru 2005); reazzjoni simili tidher fis-sentenza ta’ Areios Pagos (Qorti ta’ Kassazzjoni Griega) ta’ l-20 ta’ Diċembru 2005 (Kawża 2483/2005).


12 – Sentenza tas-7 ta’ Novembru 2005 (Kawża 294/2005).


13 – Kawża 66/04.


14 – Alonso García, R., Justicia constitucional y Unión Europea, Ed. Thomson-Civitas, Madrid, 2005, p. 41, jirrifletti din in-neċessità.


15 – Kif kien irrakkomanda l-Kunsill Ewropew li nżamm f’Tampere fil-15 u 16 ta’ Ottubru 1999 (punt 35 tal-konklużjonijiet tal-Presidenza).


16 – Huma dawn li ġejjin: (a) il-Konvenzjoni Ewropea dwar l-estradizzjoni, tat-13 ta’ Diċembru 1957, u l-Protokolli addizzjonali tagħha tal-15 ta’ Ottubru 1975 u 17 ta’ Marzu 1978, kif ukoll il-Konvenzjoni Ewropea dwar il-glieda kontra t-terroriżmu, tas-27 ta’ Jannar 1977; (b) il-Kapitolu IV tat-Titolu III tal-Konvenzjoni ta’ applikazzjoni tal-Ftehim ta’ Schengen dwar it-tneħħija gradwali tal-kontrolli fuq il-fruntieri komuni, tad-19 ta’ Ġunju 1990 (ĠU 2000, L 239, p. 19); (ċ) il-Ftehim bejn it-tnax Stat Membru tal-Komunitajiet Ewropej dwar is-simplifikazzjoni u l-modernizzazzjoni tal-forom ta’ trasmissjoni tat-talbiet għal estradizzjoni, tas-26 ta’ Mejju 1989; (d) il-Konvenzjoni dwar il-proċedura simplifikara ta’ estradizzjoni bejn l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea, ta’ l-10 ta’ Marzu 1995; u (e) il-Konvenzjoni ta’ estradizzjoni bejn l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea, tas-27 ta’ Settembru 1996. Dawn it-tnejn ta’ l-aħħar ġew konklużi fuq il-bażi ta’ l-Artikolu K.3 (2)(ċ) tat-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea, preċedent immedjat ta’ l-Artikolu 34 (2)(d) UE.


17 – Il-verżjoni Spanjola tittraduċi li “xejn minn dak stabbilit f’din id-deċiżjoni qafas preżenti ma jista’ jiġi interpretat fis-sens li jimpedixxi l-konsenja ta’ persuna li kontra tagħha kien inħareġ mandat ta’ arrest Ewropew meta jeżistu raġunijiet oġġettivi […]”), iżda r-rieda tal-leġiżlatur kienet, preċiżament, l-oppost, kif tidher, fost oħrajn, mill-edizzjonijiiet Franċiżi (“Rien dans la présente décision-cadre ne peut être interprété comme une interdiction de refuser la remise d'une personne qui fait l'objet d'un mandat d'arrêt européen s'il y a des raisons de croire, sur la base d'éléments objectifs […]”), Ingliża (“Nothing in this Framework Decision may be interpreted as prohibiting refusal to surrender a person for whom a European arrest warrant has been issued when there are reasons to believe, on the basis of objective elements […]”), Ġermaniża (“Keine Bestimmung des vorliegenden Rahmenbeschlusses darf in dem Sinne ausgelegt werden, dass sie es untersagt, die Übergabe einer Person, gegen die ein Europäischer Haftbefehl besteht, abzulehnen, wenn objektive Anhaltspunkte dafür vorliegen […]”) jew Olandiża (“Niets in dit kaderbesluit staat eraan in de weg dat de overlevering kan worden geweigerd van een persoon tegen wie een Europees aanhoudingsbevel is uitgevaardigd, indien er objectieve redenen bestaan om aan te nemen…”).


18 – Punt 24 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


19 – Moniteur belge tat-22 ta’ Diċembru 2003, it-tieni edizzjoni, p. 60075.


20 – Naqbel ma’ l-inkoraġġiment li joħloq l-eżempju u li l-qrati kostituzzjonali l-oħra, li ma jixtiequx jassumu d-dmirjiet ta’ mħallfin Komunitarji, jibdew mal-Qorti tal-Ġustizzja djalogu indispensabbli sabiex tinbena Ewropea magħquda. Fir-“Reflxiones sobre el Trubinal Constitutional español como juez comunitario”, intervent fil-laqgħa “Los tribunales constitucionales ante el derech comunitario” waqt diskussjoni organizzata f’Murcia, f’Novembru 2005, mill-Consejo General del Poder Judicial español bit-titolu La articulación entre el derecho comunitario y los derechos nacionales: algunas zonas de fricción, ikkritikajt ir-riżervi tal-Qorti Kostituzzjonali Spanjola, li tinsab fil-marġni tad-dibattitu Komunitarju.


21 – Il-mandat ta’ arrest Ewropew jipprovdi risposta għall-preokkupazzjoni li tidher fit-tieni subinċiż tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikoli 2(2) UE u l-Artikolu 31(1)(a) u (b) UE. Dan huwa kkaratterizzat mill-fatt li l-Imħallfin ta’ Stat Membru jagħtu validità lill-mandati maħruġa minn dawk ta’ Stati Membri oħra, u b’hekk jikkontribwixxu sabiex isaħħu u jikkonkretizzaw il-kooperazzjoni ġudizzjarja [Artikolu 31(1)(a) UE]. Jekk dan huwa kkunsidrat bħala forma ta’ estradizzjoni (opinjoni li jien ma naqbilx magħha, kif nispjega iktar ’il quddiem), dan jaqa’ taħt il-kompetenza li tirriżulta mill-Artikolu 31(1)(b) UE. Fi kwalunkwe każ, il-lista li tinsab fl-Artikolu 31 mhijiex eżawrjenti (peress li t-test juża l-espressjoni “għandha tinkludi”), raġuni li għaliha proċedura li tiffaċilita l-arrest u l-konsenja ta’ persuni sabiex jiġu pproċessati jew sabiex iwettqu piena li għaliha jkunu ġew ikkundannati, ittejjeb il-livell ta’ sigurtà taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni, filwaqt li hija għal kollox kompatibbli ma’ l-Artikolu 29 UE.


22


 – Rodríguez-Iglesias, G.C., enfasizza r-rwol tal-Qorti tal-Ġustizzja bħala qorti kostituzzjonali, “El poder judicial en la Unión Ewropea”, fil-La Unión Europea tras la Reforma, Università ta’ Cantabria, 1998, p. 22 u ta’ segwenti. Jien stess irrepetejt din l-idea [Ruiz-Jarabo, D., “La vinculación a la jurisprudencia del Tribunal de Justicia de las Comunidades Ewropean (I)” fl-Estudios de Derecho Judicial, Nru 34, Consejo General del Poder Judicial, 2001, p. 287 sa 291].


23 – Id-domanda preliminari ta’ validità tawtorizza mezz sabiex tiġi kkontrollata, b’forma indiretta, il-“kostituzzjonalità” tal-leġiżlazzjoni sekondarja fl-okkażjoni ta’ l-applikazzjoni tagħha.


24 – Digrieti tat-8 ta’ Lulju 1998, Agostini (C‑9/98, Ġabra p. I‑4261), punt 5; u tat-2 ta’ Marzu 1999, Colonia Versicherung et (C‑422/98, Ġabra p. I‑1279), punt 5.


25 – Is-soluzzjoni għad-dilemma dwar il-mod li bih in-nuqqas ta’ adegwatezza tad-deċiżjoni qafas twassal għan-nuqqas ta’ kostituzzjonalità tal-liġi ta’ traspożizzjoni mhijiex responsibbiltà tal-Qorti tal-Ġustizzja, għalkemm tista’ tipprova tgħid li, filwaqt li tiddefendi l-oriġini ta’ trattat internazzjonali, ikun hemm ksur ta’ l-Artikolu 36, fir-rigward ta’ l-Artikoli 167 u 168, tal-Grondwet.


26 – Tomuschat C., “Ungereimtes – Zum Urteil des Bundesverfassungsgerichts vom 18. Juli 2005 über den Europäischen Haftbefehl”, fil-Europäische Zeitschrift für Grundrechte, 2005, p. 456.


27 – Flore, D., “L'accueil de la Décision cadre relative au mandat d'arrêt européen en Belgique”, fil-Le mandat d'arrêt européen, Bruylant, Brussell, 2005, p. 137. Conway, G., “Judicial Interpretation and the Third Pillar”, fil-European Journal of Crime, Criminal Law and Criminal Justice, 2005, p. 255, jikkunsidrahom ekwivalenti.


28 – Keijzer, N., “The double criminality requirement”, fil-Handbook on the European arrest warrant, Tob Blekxtoon, Wouter van Ballegooij (edituri), The Hague, 2005, p. 139.


29 – Plachta, M., “European Arrest Warrant: Revolution in Extradition”, fil-Journal of Crime, Criminal Law and Criminal Justice, 2003, p. 193.


30 – Punt 3 tas-sentenza ċċitata fil-punt 7.


31 – Sentenza ċċitata fin-nota 10.


32 – Id-dikjarazzjoni ta’ motivi tal-Liġi Spanjola Nru 3/2003, ta’ l-14 ta’ Marzu, dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-konsenja (BOE Nru. 65, tas-17 ta’ Marzu 2003, p. 10244), il-leġiżlatur jindika li din tintroduċi “modifikazzjonijiet importanti fuq dan il-punt fil-proċedura klassika ta’ l-estradizzjoni li jista’ jiġi affermat mingħajr riżervi li dan tneħħa mir-relazzjonijiet ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja bejn l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea” (l-aħħar paragrafu).


33 – L-istess Plachta, M., fl-op. cit. fin-nota 29, p. 191, jenfasizza d-differenzi. Lagodny, O., “Extradition” without a granting procedure: the concept of “surrender”, fil-Handbook on the European arrest warrant, Tob Blekxtoon, Wouter van Ballegooij (editors), La Haya, 2005, p. 41 u 42, jissepara l-karattru ġudizzjarju mill-euro mandat. Min-naħa tiegħu, Jégouzo, I., “Le mandat d'arrêt européen ou la première concrétisation de l'espace judiciaire européen”, fil-Gazette du Palais – Recueil, Lulju-Awwissu 2004, p. 2311, jgħid li d-deċiżjoni qafas hija innovativa, minħabba li tissostitwixxi l-prerogattiva tas-setgħa politika permezz ta’ mekkaniżmu strettament proċesswali.


34 – Il-Bundesverfassungsgericht, fl-imsemmija sentenza, jinnota, mingħajr avviż, id-differenzi, filwaqt li jafferma li d-deċiżjoni qafas ittrasformat deċiżjoni politika, mogħtija mingħajr kontroll legali, f’kunsiderazzjoni ġuridika (punt 88, in fine).


35 – Mis-sentenzi tal-5 ta’ Frar 1963, Van Gend & Loos (26/62, Ġabra p. 1), u tal-15 ta’ Lulju 1964, Costa vs ENEL (6/64, Ġabra p. 1141), mhuwiex ikkontestat li d-dritt Komunitarju jikkostitwixxi sistema ġuridika unika li, fil-materji speċifiċi li jiffurmaw parti mill-patrimonju tagħha, hija suprema fuq il-liġijiet tal-pajjiżi membri.


36 – Il-punt 36 tas-sentenza Pupino jgħid li : “[…]indipendentement mill-grad ta' integrazzjoni indikat fit-Trattat ta' Amsterdam fil-proċess għall-ħolqien ta' unjoni dejjem iżjed ravviċinata fost il-popli ta' l-Ewropa skond it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 1 UE, wieħed jista' perfettament jifhem li l-awturi tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ħasbu li jkun utli li jipprovdu, fil-kuntest tat-Titolu VI tat-Trattat, ir-rikors għal strumenti ġuridiċi li għandhom effetti analogi għal dawk previsti fit-Trattat KE, bil-għan li jikkontribwixxu, b'mod effikaċi, sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' l-Unjoni”. Sarmiento, D., “Un paso más en la constitucionalización del tercer pilar de la Unión Europea. La sentencia María Pupino y el efecto directo de la decisiones marco”, fir-Revista Electrónica de Estudios Internacionales, Nru 10, 2005 (http://www.reei.org), isostni li din is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tiftaħ il-bibien għal “Komunitarizzazzjoni” gradwali għal elementi intergovernattivi tat-Trattat UE. Alonso García, R., fl-op. cit. fin-nota 14, p. 36 sa 38, juri li t-tielet pilastru huwa tertium genus, “ta’ natura intergovernattiva qawwija, iżda bi preżenza, fl-istess ħin, ta’ karatteristiċi supranazzjonali fl-istrumenti ta’ interventi u fil-mekkaniżmi ta’ stħarriġ ġuridiku”.


37 – Il-prinċipju ta’ interpretazzjoni huwa konformi (punti 34, 43 u 47) u dak tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali (punt 42).


38 – Weigend, Th., “Grundsätze und Probleme des deutschen Auslieferungsrechts”, fil-Juristische Schulung, 2000, p. 110, jgħid li l-ġlieda kontra l-kriminalità internazzjonali toħloq dubju dwar jekk huwiex konvenjenti li nintrabtu ma’ ideat li writna, li ġejjin minn preferenza inkundizzjonali ta’ sovranità statali, kif ukoll minn nuqqas ta’ fiduċja quddiem il-ġustizzja kriminali barranija, u jżid li ħafna pajjiżi jirrinunzjaw għal dan il-kunċett tradizzjonali fir-rigward ta’ dawk l-Istati li huma relatati magħhom fuq il-bażi ta’ kultura ġuridika komuni u fuq il-bażi ta’ attenzjoni mogħtija lejn id-drittijiet tal-bniedem.


39 – Sa mill-1880, l-Istitut tad-Dritt Internazzjonali ta’ Oxford ikkunsidra li, għalkemm ir-reċiproċità fil-qasam ta’ l-estradizzjoni tista’ tintalab mill-politika, mhijiex eżiġenza tal-ġustizzja [Artikolu 5 tad-deċiżjoni tad-9 ta’ Settembru 1880 (Annwarju ta’ l-Istitut, edizzjoni ġdida fil-qosor, Vol. I, 1875-1883, p. 733]. Nikkwota ċ-ċitazzjoni ta’ Schultz, H., “Rapport général provisoire sur la question IV pour le Xe Congrès international de droit pénal du 29 septembre au 5 octobre 1969 à Rome”, fir-Revue Internationale de Droit Pénal, 1968, Nru 3-4, p. 795.


40 – Ħadd ma jikkwawlifika bħala estradizzjoni l-għajnuna ġudizzjarja li mħallef ta’ Baviera jipprovdi lil Imħallef ta’ Sassonja t’Isfel sabiex jikkonsenja persuna akkużata jew ukoll rigward għajnuna reċiproka bejn l-Imħallef tal-Komunità Awtonoma ta’ Katalunja u Imħallef ta’ Andalusija. Mhuwiex ukoll rilevanti li wieħed jitkellem dwar estradizzjoni meta l-kollaborazzjoni sseħħ ġewwa l-Unjoni Ewropea. Min-naħa l-oħra, għandu jiġi osservat li, bħal bl-istess mod kif l-Imħallfin ta’ pajjiż (Ġermanja jew Spanja) japplikaw l-istess dritt kriminali, tkun fejn tkun is-sede tagħhom, dawn l-Istati Membri differenti huma suġġetti għal kodiċi kriminali differenti għalkemm jaqsmu prinċipji u valuri identiċi. Iżda din id-dikjarazzjoni mhijiex totalment ċerta: minn naħa waħda ċerti setturi huma armonizzati fl-Unjoni, filwaqt li, minn naħa l-oħra, jeżistu regoli kriminali li jikkorrispondu ma’ bosta ipoteżi (per eżempju, ir-regoli ta’ kwalifikazzjoni tar-reati kontra, inklużi fl-Artikolu 2(2) tad-deċiżjoni qafas) li huma integrati ma’ liġijiet ta’ natura teknika, li l-adozzjoni tagħhom hija r-responsabbiltà tal-Länder jew tal-Komunitajiet awtonomi, li jipprovokaw ċerti diverġenzi ta’ kwalifikazzjoni ġewwa l-istess Stat Membru.


41 – Il-Kunsill Ewropew ta’ Tampere stabbilixxa l-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji bħala l-bażi tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fl-Unjoni (punt 33 tal-konklużjonijiet tal-Presidenza). L-imsemmi prinċipju huwa analizzat minn Sanz Morán, A.J., “La orden europea de detención y entrega: algunas consideraciones de carácter jurídico-material” fil-Cooperación Judicial Penal en la Unión Europea: la orden europea de detención y entrega, Ed. Lex Nova, Valladolid, 2005, p. 81 sa 90, analiżi li fiha nsibu l-argumenti ta’ dawk li ma jaqblux miegħu.


42 – Id-deċiżjoni qafas hija inkoporata fi proċess evolutiv li jibda mill-Konvenzjoni Ewropea ta’ Estradizzjoni ta’ l-1957 (Artikolu 28 (3)) u tkompli b’dik ta’ l-1996 (Artikolu 1(2)), u tħalli possibbli l-opportunità għal dispożizzjonijiet li jiffavorixxu l-kollaborazzjoni, li huma rrikonoxxuti f’liġijiet uniformi jew reċiproċi, filwaqt li tordna l-eżekuzzjoni fit-territorju ta’ Stat tal-mandati ta’ arrest li jkunu nħarġu minn Stat ieħor. Eżempju ta’ dan it-tip ta’ strument joffrieh it-Trattat bejn ir-Renju ta’ Spanja u r-Repubblika ta’ l-Italja għall-prosekuzzjoni ta’ reati gravi permezz tas-soluzzjoni tal-problemi marbuta ma’ l-estradizzjoni fi spazju ta’ ġustizzja komuni, iffirmat f’Ruma fit-28 ta’ Novembru 2000, li qatt ma daħal fis-seħħ minħabba l-introduzzjoni tal-proċedura ta’ approvazzjoni tad-deċiżjoni qafas, li l-Kunsill ta’ l-Unjoni ddeskriva bħala leġiżlazzjoni uniformi skond l-Artikolu 28(3) tal-Konvenzjoni ta’ 1957 iċċitata iktar ’il fuq (Konklużjonijiet dwar l-applikazzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew u r-relazzjoni tiegħu ma’ l-istrumenti ġuridiċi ta’ l-Unjoni Ewropea, Brussell, 11 ta’ Settembru 2003 – dok. 12413/03).


43 – Per eżempju, id-deċiżjoni qafas taffettwa, fi Spanja, l-Artikoli 273 sa 278 tal-Liġi organika Nru 6/1985, ta’ l-1 ta’ Lulju, dwar is-setgħa ġudizzjarja, kif ukoll l-Artikoli 183 sa 196 tal-Liġi ta’ Prosekuzzjoni Kriminali, ta’ l-14 ta’ Settembru 1882.


44 – Kif jissuġġerixxu r-Renju Unit u Franza (punti 28 sa 32 u 10 sa 13 rispettivament ta’ l-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom), skond l-Artikoli 94 KE, 95 KE u 308 KE, kwalunkwe innovazzjoni għandha tidher fid-dawl ta’ l-aħħar ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, filwaqt li l-armonizzazzjoni ta’ l-istrutturi diġà eżistenti jew il-koordinazzjoni tar-regoli bażiċi ta’ liġijiet futuri jirrikjedu l-protezzjoni tat-tnejn l-oħra. Huwa b’hekk li l-punt 59 ta’ l-Opinjoni 1/94 li hija tat fil-15 ta’ Novembru 1994 (Ġabra. p. I-5267), il-Qorti tal-Ġustizzja qalet bħala dritt li fil-materja ta’ proprjetà intellwettali, il-Komunità għandha kompetenza ta’ armonizzazzjoni tal-liġijiet nazzjonali skond l-Artikoli 94 KE u 95 KE, u tista’ tibbaża ruħha fuq l-Artikolu 308 KE sabiex toħloq drittijiet ġodda li huma superimposti fuq il-liġijiet nazzjonali (punt 59), bħal ma kien il-każ taċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplementari għal prodotti mediċinali [Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1768/92 tat-18 ta’ Ġunju 1992 (ĠU L 182, p. 1)], kif il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret fil-punt 23 tas-sentenza tat-13 ta’ Lulju 1995, Spanja vs Il-Kunsill (C-350/92, Ġabra p. I-1985). Fil-punt 25 tas-sentenza li hija ddeċidiet fid-9 ta’ Ottubru 2001, L-Olanda vs Il-Parlament u Il-Kunsill (C‑377/98, Ġabra p. I‑7079), il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat, min-naħa l-oħra, li d-Direttiva 98/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Lulju 1998, dwar il-protezzjoni legali ta’ l-invenzjonijiet bijoteknoloġiċi (ĠU L 213, p. 13), tifforma parti mill-ewwel kunċett, dik ta’ armonizzazzjoni, peress li din ma toħloqx dritt ta’ oriġini Komunitarju, mingħajr ma tibbaża ruħha fuq strumenti nazzjonali, bħall-privattivi, li jinħarġu skond il-proċeduri interni minkejja li, sa dak iż-żmien, tali invezzjonijiet ma kinux previsti f’ċerti Stati Membri u li ċerti preċiżazzjonijiet u eċċezzjonijiet kienu ġew introdotti fir-rigward tal-livell ta’ protezzjoni mogħtija (punt 25).


45 – Simon, D., Le système juridique communautaire, Presses Universitaires de France, it-tieni edizzjoni, Novembru 1998, p. 238, isemmihom “atti atipiċi”. Bħala eżempju, ara l-Pożizzjoni Komuni tal-31 ta’ Jannar 2000, dwar il-proposta ta’ protokoll kontra l-fabbrikazzjoni u t-traffikar illegali ta’ armi tan-nar, partijiet, komponenti u munizzjonijiet tagħhom, komplementari għall-proposta tal-Konvenzjoni ta’ l-Istati Uniti kontra l-kriminalità transnazzjonali organizzata (ĠU L 37, p. 1), jew l-Azzjoni komuni 96/443/JHA tal-15 ta’ Lulju 1996, adottata mill-Kunsill fuq il-bażi ta’ l-Artikolu K.3 tat-Trattat ta’ l-Unjoni Ewropea, dwar il-ġlieda kontra r-razziżmu u l-Xenofobija (ĠU L 185, p. 5)


46 – Brechmann, W., Kommentar zu EU-Vertrag und EG-Vertrag, Calliess/Ruffert edituri, it-tieni edizzjoni, 2002, Artikolu 34, punt 6, p. 267.


47 – Il-professuri García de Enterría, E., u Fernández, T.R., jispjegaw dan il-priċipju fil-Curso de Derecho Administrativo, Volum I, Ed. Civitas, l-għaxar edizzjoni, Madrid, 2000, p. 247 u 248.


48 – Ma nistax ma nsemmix l-argument invokat prinċipalment mill-assoċjazzjoni rikorrenti, li bih isostni li l-adozzjoni ta’ deċiżjoni qafas twassal għal nuqqas ta’ demokrazija. Hija tallega li, kuntrarjament għal trattati internazzjonali, id-deċiżjonijiet Qafas ma jeħtiġux, sabiex ikunu perfetti, l-intervent ta’ l-assemblej leġiżlattivi nazzjonali. L-ewwel nett, din it-tip ta’ norma u l-mod ta’ żvilupp tagħha hija inkluża fi Trattat li ġie liberalment aċċettat mill-Istati Membri, bil-parteċipazzjoni deċiżiva tar-rappreżentazzjonijiet popolari. Fuq kollox, jiena nixtieq nindika li l-Parlament Ewropew għandu jinstemgħa matul il-proċedura ta’ adozzjoni ta’ dawn id-deċiżjonijiet qafas, filwaqt li riżervi jistgħu dejjem jiġu fformulati mill-Parlamenti nazzjonali, li għandhom il-kompetenza li japprovaw ir-regoli interni ta’ applikazzjoni u ta’ implementazzjoni, meta s-sistema kostituzzjonali tagħhom teżiġi li huma jkollhom saħħa ta’ liġi.


49 – ĠU 1972, L. 299, p. 32; test ikkonsolidat fil-ĠU 1998, C 27, p. 1.


50 – ĠU L 12, p. 1. Eżempji oħra jinsabu fir-Regolament (KE) Nru 1206/2001 tal-Kunsill, tat-28 ta’ Mejju 2001 (ĠU L 174, p. 1), dwar il-ksib ta’ provi (Artikolu 21); ir-Regolament (KE) Nru 1346/2000 tal-Kunsill, tad-29 ta’ Mejju 2000 (ĠU L 160, p. 1), rigward il-proċeduri ta’ insolvenza (Artikolu 44); u r-Regolament (KE) Nru 1348/2000 tal-Kunsill, tad-29 ta’ Mejju 2000 (ĠU L 160, p. 37), dwar in-notifikazzjoni u t-trasferiment ta’ dokumenti ġudizzjarji (Artikolu 20).


51 – Il-konnessjoni qawwija bejn iż-żewġ prinċipji tidher fl-imsemmi Artikolu 5 KE, li bih il-Komunità tintervjeni biss meta l-miri ta’ l-azzjoni magħmula ma jistgħux jintlaħqu mill-Istati Membri separatament (sussidjarjetà), filwaqt li tillimita l-intervent tagħha għal dak strettament neċessarju (proporzjonalità).


52 – Il-Kummissjoni tfakkar (punt 22 ta’ l-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha) li l-konvenzjonijiet konklużi skond it-Trattat ta’ Maastricht ma daħlux fis-seħħ qabel it-Trattat ta’ Amsterdam, peress li dawn ma kinux kisbu numru suffiċjenti ta’ ratifiki. Fid-data li fiha ġiet adottata d-deċiżjoni qafas, tnax mill-ħmistax-il Stat Membru kienu rratifikawhom.


53 – Il-Kunsill sempliċement jirrakkomanda l-adozzjoni tagħhom [Artikolu 34(2)(d) UE].


54 – Introduzzjoni tal-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Tampere, 15 u 16 ta’ Ottubru 1999.


55 – COM (2001) 522 finali/2, p. 4, punt 4.3.


56 – Il-prinċipju ta’ effettività jillimita wkoll il-kompetenzi ta’ l-Istati Membri fil-materja ta’ proċedura u jimponi fuqhom li jagħżlu miżuri li ma jagħmlux eċċessivament diffiċli jew impossibbli fil-prattika l-eżerċizzju ta’ l-azzjonjiet sekondarji tad-dritt Komunitarju. Is-sentenza tas-16 ta’ Diċembru 1976, Rewe (33/76, Ġabra p. 1989), kienet l-ewwel waħda minn lista twila ta’ deċiżjonijiet f’dan is-sens, li tagħhom l-aktar reċenti kienu s-sentenza ta’ l-24 ta’ Settembru 2002, Grunding Italiana (C-255/00, Ġabra p. I‑8003), u s-sentenza tas-17 ta’ Ġunju 2004, Recheio-Cash & Carry (C-30/02, Ġabra p. I‑6051).


57 – Diġà semmejt f’dawn il-konklużjonijiet li l-prinċipju ta’ effettività jfakkar is-sentenza Pupino, li huwa deskritt fil-punti 38 u 42 ta’ din is-sentenza.


58 – Il-Gvern tar-Renju Unit jasal sabiex jiddikjara li deċiżjoni qafas kienet “indispensabbli” (punt 37, in fine, ta’ l-osservazzjonjiet bil-miktub tiegħu).


59 – Kienet il-preokkupazzjoni għall-effettività li wasslet lill-Kunsill ifassal l-Artikolu 31(2) tad-deċiżjoni qafas, li jawtorizza lill-Istati Membri japplikaw ftehim bilaterali jew multilaterali li jsegwu l-istess għanijiet bħal dawk tad-deċiżjoni qafas u li jiffaċilitaw jew jissemplifikaw il-proċeduri ta’ konsenja.


60 – Vennemann, N., “The European Arrest Warrant and its Human Rights Implications”, fil- Zeitschrifr für ausländisches öffentliches Recht und Völkerrecht, 2003, p. 113 u 114.


61 – L-imsemmija sentenza Pupino fakkret li d-deċiżjonijiet Qafas għandhom jiġu interpretati b’mod konformi ma’ l-imsemmija konvenzjoni (punt 59).


62 – Il-każ tas-Sinjura Defrenne huwa partikolarment eżemplari. Is-sentenzi tal-25 ta’ Mejju 1971, Defrenne I (80/70, Ġabra p. 445), tat-8 ta’ April 1976, Defrenne II (43/75, Ġabra p. 455), u tal-15 ta’ Ġunju 1978, Defrenne III (149/77, Ġabra p. 1365), huma prova ta’ l-evoluzzjoni fi ħdan il-Qorti tal-Ġustizzja.


63 – Sentenzi ta’ l-14 ta’ April 1960, Acciaieria e tubificio di Brescia vs Alta Autoridad (31/59, Ġabra p. 151); tas-26 ta’ Ġunju 1980, National Panasonic vs Il-Kummissjoni (136/79, Ġabra p. 2033); tal-21 ta’ Settembru 1989, Hoechst (46/87 u 227/87, Ġabra p. 2859); u tat-22 ta’ Ottubru 2002, Roquette Frères (C-94/00, Ġabra p. I-9011).


64 – Sentenzi tat-18 ta’ Ġunju 1991, ERT (C-260/89, Ġabra p. I-2925); tat-12 ta’ Ġunju 2003, Schmidberger (C-112/00, Ġabra P. I-5659); u tas-6 ta’ Novembru 2003, Lindqvist (C-101/01, Ġabra p. I-12971). Rigward il-libertà ta’ espressjoni ta’ l-uffiċjali Komunitarji, wieħed jista’ jikkonsulta s-sentenza tas-6 ta’ Marzu 2001, Connolly vs Il-Kummissjoni (C-274/99 P, Ġabra p. I‑1611).


65 – Sentenzi tal-11 ta’ Ġunju 1987, Pretore di Salò (14/86, Ġabra p. 2545); tat-8 ta’ Ottubru 1987, Kolpinghuis Nijmegen (80/86, Ġabra p. 3969); tas-26 ta’ Settembru 1996, Arcaro (C‑168/95, Ġabra p. I‑4705); u tat-12 ta’ Diċembru 1996, Proċessi kriminali kontra X (Kawżi magħquda C‑74/95 u C‑129/95, Ġabra p. I‑6609).


66 – Din il-formula tidher għall-ewwel darba fis-sentenza ta’ l-14 ta’ Mejju 1974, Nold KG vs Il-Kummissjoni (4/73, Ġabra p. 491), punt 13.


67 – F. Rubio Llorente analizza b’mod dettaljat dan il-proċess fil-“Mostrar los derechos sin destruir la Unión”, fil-La estructura constitucional de la Unión Europea, Ed. Civitas, Madrid, 2002, p. 113 sa 150.


68 – Pescatore P., “Los prinċipios generales des derecho como fuentes del derecho comunitario”, fin-Noticias C.E.E., 1988, Nru 40, p. 39 sa 54.


69 – Fis-sentenza Nold KG vs Il-Kummissjoni, li diġà rreferejt għaliha, il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li “sabiex ikun hemm garanzija tal-protezzjoni ta’ dawn id-drittijiet [nota ta’ l-awtur: il-Qorti qed tirreferi għad-drittijiet fundamentali], […] il-Qorti tal-Ġustizzja hija marbuta li tirreferi għat-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri u ma tistax, konsegwentement, taċċetta miżuri inkompatibbli mad-drittijiet fundamentali rrikonoxxuti u ggarantiti mill-kostituzzjonijiet ta’ dawn l-Istati” (punt 13). Is-sentenza tas-17 ta’ Diċembru 1970, Internationale Handelsgesellschaft mbH (11/70, Ġabra p. 1125), ippreċiżat li “il-protezzjoni ta’ l-imsemmija drittijiet, għalkemm ġejja minn tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni fl-Istati Membri, għandha tiġi assigurata fil-kuntest ta’ l-istruttura u l-għanijiet tal-Komunità” (punt 4).


70 – Fis-sentenza Nold KG vs Il-Kummissjoni, it-trattati internazzjonali għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem kienu eku mill-bogħod, li jistgħu jikkontribwixxu biss għal “indikazzjonijiet li għandhom jiġu kkunsidrati fil-kuntest tad-dritt Komunitarju” (punt 13). Madankollu, ftit snin wara, il-Qorti tal-Ġustizzja invokat dawn it-Trattati f’termini ċari [sentenza tat 28 ta’ Ottubru 1975, Rutili (C‑36/75, Ġabra p. 1219), punt 32] u din l-invokazzjoni rriżultat deċisiva [sentenza tal-15 ta’ Mejju 1986, Johnston (222/84, Ġabra p. 1651), punti 18 et seq.].


71 – Sentenza Proċessi kriminali vs X, diġà ċċitata iktar ’il fuq, punt 25. Wieħed jista’ jikkonsulta wkoll is-sentenza ERT, ukoll iċċitata, punt 41, kif ukoll is-sentenzi li tirreferi għalihom. Ara wkoll, fl-istess sens, l-Opinjoni 2/94 tat-28 ta’ Marzu 1996, maħruġ skond l-Artikolu 228 tat-Trattat KE – li sar, wara emenda, l-Artikolu 300 KE – (Ġabra p. I‑1759), punt 33.


72 – Is-sitwazzjoni tinbidel jekk jiġi rratifikat u jidħol fis-seħħ it-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa, li l-parti II tiegħu tinkorpora l-Karta.


73 – Díez-Picazo, J.M., “Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea”, fil-Constitucionalismo de la Unión Europea, Ed. Civitas, Madrid, 2002, p. 21 sa 42, b’mod partikolari, p. 39.


74 – “Il-Karta preżenti tikkonferma mill-ġdid […] d-drittijiet rikonoxxuti b’mod speċjali min-tradizzjonijiet kostituzzjonali u l-obbligi internazzjonali komuni għall-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea u t-Trattati Komunitarji, il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, il-Karti Soċjali adottati mill-Komunità u mill-Kunsill ta’ l-Ewropa, kif ukoll il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet Umani.”


75 – Għalkemm mhux speċifikat mill-qorti tar-rinviju, hemm bżonn li jiġi enfasizzat in-nuqqas ta’ dritt universali rrikonoxxut li ma jkunx hemm estradizzjoni. Xi Stati, bħall-Ġermanja, Ċipru, il-Finlandja u l-Polonja, japplikawh għaċ-ċittadini tagħhom, imma l-liġijiet ta’ ħafna oħrajn ma jimplementawx din il-garanzija fundamentali, u jibgħu fil-marġni tat-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni. L-Awstrija, il-Portugall u s-Slovenja rrivedew it-testi kostituzzjonali sabiex jippermettu l-konsenja taċ-ċittadini tagħhom.


76 – Alonso García, R., “Las cláusulas horizontales de la Carta de los derechos fundamentales de la Unión Europea” fi Encrucijada constitucional de la Unión Europea, Ed. Civitas, Madrid, 2002, p. 151, jispeċifika li n-nuqqas ta’ saħħa obbligatorja ma jfissirx in-nuqqas ta’ effetti, kif juri r-rwol ta’ l-istess Konvenzjoni ta’ Ruma, li, għalkemm ma tobbligax legalment lill-Komunità, serviet bħala sors ta’ ispirazzjoni essenzjali lill-Qorti tal-Ġustizzja għall-konfigurazzjoni tad-drittijiet fundamentali. Carrillo Salcedo, J.A., “Notas sobre el significado político y jurídico de la Carta de derechos fundamentales de la Unión Europea”, fir-Revista de derecho comunitario, 2001, p. 7, isostni li l-istess dokument jiffaċilita l-istabbiliment ta’ kriterji sabiex tiġi evalwata l-leġittimità ta’ l-aġir tal-poteri pubbliċi fl-Unjoni. Min-naħa tiegħu, Rodríguez Bereijo, A., “El valor jurídico de la Carta de los derechos fundamentales de la Unión Europea después del Tratado de Niza” fl-Encrucijada..., p. 220, filwaqt li jikkwota lill-Kummissarju preċedenti Antonio Vittorino, jawgura li l-Karta tilħaq natura normattiva permezz ta’ l-interpretazzjoni li ser tagħtiha l-Qorti tal-Ġustizzja, inkwantu sinteżi u espressjoni tal-prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju.


77 – L-Avukat Ġenerali Tizzano, fil-konklużjonijiet tat-8 ta’ Frar 2001 fil-kawża BECTU (C‑173/99, Ġabra p. I‑4881), jirraġuna li, minkejja n-nuqqas ta’ saħħa vinkolanti tiegħu, “ma jistgħux jiġu injorati, f’kawża dwar in-natura u l-iskop ta’ dritt fundamentali, il-formulazzjonijiet rilevanti tal-Karta u […] lanqas […] r-rwol evidenti tagħha li sservi, meta d-dispożizzjonijiet tagħha jippermettu dan, bħala parametru ta’ riferiment fundamentali għall-partijiet kollha […] tax-xena Komunitarja” (punt 28). Xhur wara, fl-10 ta’ Lulju ta’ dik is-sena, l-Avukat Ġenerali Léger issuġġerixxa fil-konklużjonijiet tiegħu tal-kawża Il-Kunsill vs Hautala (sentenza tas-6 ta’ Diċembru 2001, C‑353/99 P, Ġabra p. I‑9565), li l-Karta hija strument li għandha l-privileġġ li tidentifika d-drittijiet fundamentali (punt 83), għaliex tipproklama valuri li “għandhom komuni l-fatt li huma applikati unanimament mill-Istati Membri […] Ma jistax jiġi kkontestat li l-Karta stabbilixxiet drittijiet li jinkludu l-iktar livell għoli ta’ valuri komuni ta’ l-Istati Membri” (punt 80). Jien stess, fil-konklużjonijiet ta’ l-4 ta’ Diċembru 2001 fil-kawża Überseering (sentenza tal-5 ta’ Novembru 2002, C‑208/00, Ġabra p. I‑9919), nassumi li l-Karta, “mingħajr ma tikkostitwixxi jus cogens propjament imsemmi […], hija sors prezzjuż ħafna tad-denominatur komuni tal-valuri ġuridiċi primordjali fl-Istati Membri, minn fejn joriġinaw, min-naħa tagħhom, il-prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju” (punt 59). Avukati Ġenerali oħra qablu ma’ dan ir-raġunament.


78 – Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-30 ta’ Jannar 2002, max.mobil vs Il-Kummissjoni (T-54/99, Ġabra p. II‑313), applikat, b’mod indirett, l-Artikolu 47 tal-Karta, filwaqt li spjegat li l-istħarriġ ġudizzjarju ta’ l-attività tal-Kummissjoni u, konsegwentement, id-dritt għal protezzjoni legali effettiva jifformaw parti “mill-prinċipji ġenerali ta’ l-Istat ta’ dritt, komuni għat-tradizzjonijiet kostituzzjonali ta’ l-Istati Membri” (punt 57). Is-sentenzi tat-3 ta’ Mejju 2002, Jégo-Quéré vs Il-Kummissjoni (T-177/01, Ġabra p. II‑2365), punti 42 u 47; tal-15 ta’ Jannar 2003, Philip Morris et vs Il-Kummissjoni (T‑377/00, T‑379/00, T‑380/00, T‑260/01 u T‑272/01, Ġabra p. II‑1), punt 122; u tal-5 ta’ Awwissu 2003, P&O European Feries (Vizcaya) et vs Il-Kummissjoni (Kawżi magħquda T‑116/01 u T‑118/01, Ġabra p. II‑2957) ipproċedew bl-istess mod.


79 – Is-sentenza tat-23 ta’ Ottubru 2003, RTL Televisión (C‑245/01, Ġabra p. I‑12489), irreferiet b’mod retoriku għall-Artikolu 11(2) tal-Karta, rigward l-applikazzjoni tal-libertà ta’ l-opinjoni (punt 38). Is-sentenza tat-12 ta’ Mejju 2005, Regione autonoma Friuli-Venezia Giulia u ERSA (C‑347/03, Ġabra p. I‑3785), għamlet riferiment simili rigward l-Artikolu 17 tal-Karta (punt 118).


80 – Sentenza tas-27 ta’ Ġunju 2006, C‑540/03, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra.


81 – Il-Bundesverfassungsgericht, fis-sentenza Solange I, tad-29 ta’ Mejju 1974 (2 BvL 52/71), irridikola l-kapaċità ta’ l-Istituzzjonijiet tal-Komunità li jipproteġu d-drittijiet fundamentali u kkonferma l-kompetenza tiegħu peress li l-protezzjoni ma kinitx ekwivalenti għal dik nazzjonali. L-imsemmija sentenza kellha reazzjoni negattiva awtentika, li kien rifless minn qabel fil-paġni tal-Ġabra tal-ġurisprudenza Komunitarja, sal-punt li fl-1986, fis-sentenza Solange II, tat-22 ta’ Ottubru ta’ l-istess sena (2 BvR 197/83), l-imsemmija qorti kostituzzjonali ddikjarat li l-Komunitajiet kienu jgawdu minn sistema ta’ protezzjoni li tixbaħ dik tal-Liġi Fundamentali ta’ Bonn u ddikjarat li fil-futur se tastjeni milli tistħarreġ il-miżuri tal-liġi Komunitarja sekondarja, għalkemm uriet l-oppożizzjoni tagħha għad-drittijiet fundamentali [Rodríguez Iglesias, G.C., u Woelker, U., “Dritt Komunitarju, drittijiet fundamentali u kontroll ta’ kostituzzjonalità (Is-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali Federali Ġermaniża tat-22 ta’ Ottubru 1986)”, fir-Revista de Instituciones Europeas, 1987, Vol. 14/1987, Nru 3, p. 667 sa 685]. Bl-istess natura tas-sentenza Solange II rrispondiet għas-sentenza tat-Trybunał Konstytucyjny, dwar it-Trattat ta’ Adeżjoni tal-Polonja, tal-11 ta’ Mejju 2005 (kawża K 18/04), u iktar reċentement dik ta’ Ústavní soud Ċek, tat-8 ta’ Marzu 2006, diġà msemmija. Madankollu, nibża’ li s-sentenza tal-Bundesverfassungsgerich fuq il-liġi Ġermaniża ta’ traspożizzjoni tad-deċiżjoni qafas għandha l-istess nuqqas ta’ fiduċja ta’ dak iż-żmien, quddiem il-limitazzjonijiet ta’ l-istħarriġ ġudizzjarju tat-tielet pilastru (natura ta’ dispożizzjoni ta’ talba għal deċiżjoni preliminari, tnaqqis ta’ leġittimità sabiex jinbeda rikors għal annullament u ineżistenza ta’ rikors minħabba nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu). Ma jieqafx ikun ta’ paradoss li, fejn l-impatt ta’ l-Unjoni fl-isfera invjolabbli tal-persuna hija l-aktar intensa, tiġi applikata ċerta “restrizzjoni ġudizzjarja”, skond l-espressjoni użata minn Alonso García, R., u Sarmiento Ramírez-Escudero, D., “Los efectos colaterales de la Convención sobre el futuro de Europa en la arquitectura judicial de la Unión: ¿hacia una jurisdicción auténticamente constitucional euopea?” fir-Revista de Estudios Políticos, Nru 119, Jannar-Marzu 2003, p. 136.


82 – Capotosti, P.A., “Quelles perspectives pour les rapports entre la Cour constitutionnelle et la Cour de Justice des Communautés européennes?”, rapport dwar il-Coloquio sobre la cooperación entre el Tribunal de Justicia y los órganos jurisdiccionales, iffirmat fil-Lussemburgu fit-3 ta’ Diċembru 2002, fl-okkażjoni tal-50 anniversarju tal-Qorti tal-Ġustizzja, isemmi “kostituzzjonaliżmu fuq bosta livelli” (p. 6).


83 – Il-punt 3 jawtorizza lill-Kunsill, bl-unanimità, iżid ma’ din il-lista.


84 – Dan huwa l-każ fil-Belġju, peress illi l-Artikolu 5(1), tal-Liġi tad-19 ta’ Diċembru 2003, diġà ċċitata iktar ’il fuq, ma tippermettix l-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew jekk il-fatti ma jikkostitwixxux ksur tad-dritt kriminali tal-Belġju.


85 – Il-Liġi Spanjola 3/2003, ta’ l-14 ta’ Marzu, diġà ċċitata fin-nota 32, tippreferi din l-alternattiva u tħalli d-deċiżjoni f’idejn l-Imħallef [Artikolu 12(2)(a) li jinqara flimkien ma’ l-Artikolu 9(2)].


86 – Fil-verità, il-kriminalità doppja ma titneħħiex, iżda jitneħħa l-obbligu li tiġi vverifikata, għaliex, minħabba n-natura tal-fatti elenkati fil-lista msemmija, jiġu ppersegwiti fl-Istati Membri kollha r-reati bħall-omiċidju, l-offiżi gravi fuq il-persuna, il-ħtif tan-nies, ir-restrizzjoni illegali, il-ħtif ta’ l-ostaġġi, is-serq organizzat jew bl-użu ta’ armi u l-istupru. Problema oħra, li se niddiskuti iktar ’il quddiem, tirrigwarda l-kontenut li f’kull sistema nazzjonali jingħata lil dawn il-kategoriji (punt 96 et seq.). F’kull każ, il-lista li tinsab fl-Artikolu 2(2) tad-deċiżjoni qafas tiddeskrivi prattiċi li ġew armonizzati bħala punibbli jew li huma fil-proċess li jsiru punibbli, u oħrajn li, inkontestabbilment, huma punibbli fid-dinja kollha. F’dan is-sens, ara r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Diċembru 1998, dwar il-prevenzjoni tal-kriminalità organizzata sabiex tiġi stabbilita strateġija globali kontra l-kriminalità (ĠU C 408. p. 1), u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-kriminalità organizzata tal-15 ta’ Novembru 2000, bil-protokolli addizzjonali tagħha. Rigward it-terroriżmu, wieħed jista’ jikkonsulta d-Deċiżjoni Qafas 2002/475/JHA, tat-13 ta’ Ġunju 2002 (ĠU L 164, p. 3), u dwar il-ġlieda kontra t-traffikar ta’ bnedmin, id-Deċiżjoni Qafas 2002/629/JHA, tad-19 ta’ Lulju 2002 (ĠU L 203, p. 1). Rigward il-ġlieda kontra l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pornografija tat-tfal, id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2004/68/JHA, tat-22 ta’ Diċembru 2003 (ĠU 2004, L 13, p. 44). Rigward it-traffikar illeċitu fi drogi narkotiċi u sostanzi psikotropiċi, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti ta’ l-20 ta’ Diċembru 1988. Fir-rigward tal-kriminalità ekonomika, id-Deċiżjoni Qafas 2000/383/JHA, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar iż-żieda tal-protezzjoni permezz ta' pieni kriminali u sanzjonijiet oħra kontra l-iffalsifikar in konnessjoni mad-dħul ta' l-Euro (ĠU L 140, p. 1), emendata mid-Deċiżjoni Qafas 2001/888/JHA tas-6 ta’ Diċembru 2001 (ĠU L 329, p. 3); id-Deċiżjoni Qafas 2001/413/JHA, tat-28 ta’ Mejju 2001, li tiġġieled il-frodi u l-iffalsifikar ta’ mezzi ta’ ħlas bi flus mhux kontanti (ĠU L 149, p. 1); u d-Deċiżjoni Qafas 2001/500/JHA, tas-26 ta’ Ġunju 2001, dwar il-ħasil ta’ kapitali, l-identifikazzjoni, l-intraċċar, l-iffriżar, il-qbid u l-konfiska tal-mezzi u l-qligħ mill-kriminalità (ĠU L 182, p. 1). Għal dak li jikkonċerna l-korruzzjoni, il-Konvenzjoni stabbilita fuq il-bażi ta’ l-Artikolu K.3(2)(c) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-ġlieda kontra l-atti ta’ korruzzjoni li fihom huma implikati uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea (ĠU C 195, p. 2), u d-Deċiżjoni Qafas 2003/568/JHA, tat-22 ta’ Lulju 2003 dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fis-settur privat (ĠU L 192, p. 54). Rigward ir-reati ta’ l-informatika, id-Deċiżjoni Qafas 2005/222/JHA, ta’ l-24 ta’ Frar 2005, dwar l-attakki kontra s-sistemi ta’ informazzjoni (ĠU L 69, p. 67). Rigward il-protezzjoni ta’ l-ambjent permezz tad-dritt kriminali fl-Unjoni Ewropea, d-Deċiżjoni Qafas 2003/80/JHA tal-Kunsill, tas-27 ta’ Jannar 2003 (ĠU L 29, p. 55), annullata mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tat-13 ta’ Settembru 2005, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill (C‑176/03, Ġabra p. I‑7879), għar-raġuni li l-materja għandha tiġi rregolata fil-pilastru Komunitarju permezz ta’ Direttiva. Rigward il-protezzjoni tal-vittmi fil-każijiet ta’ immigrazzjoni illegali, id-Deċiżjoni Qafas 2002/946/JHA tat-28 ta’ Novembru 2002, dwar it-tisħiħ tal-qafas penali biex ikun impedut it-tħaffif tad-dħul, it-tranżitu u r-residenza mhux awtorizzati (ĠU L 328, p. 1). Fl-aħħar nett, rigward ir-razziżmu u l-Xenofobija, l-Azzjoni Komuni tal-15 ta’ Lulju 1996, diġà ċċitata fin-nota 45.


87 – Fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea, ir-regola importanti hija dik ta’ l-Artikolu 20, li tgħid li “kull persuna hija ugwali f’għajnejn il-liġi”. L-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni ta’ Ruma jiżgura l-ugwaljanza fit-tgawdija tad-drittijiet u l-libertajiet li jipproklama, filwaqt li l-Protokoll Nu 12 ta’ l-4 ta’ Novembru 2000, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ April 2005, jinkludi projbizzjoni ġenerali ta’ diskriminazzjoni .


88 – Sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Ottubru 1977, Ruckdeschel u Hansa-Lagerhaus Ströh (117/76 u 16/77, Ġabra p. 1753, punt 7); tat-13 ta’ Ġunju 1978, Denkavit Futtermittel (139/77, Ġabra p. 1317), punt 15), u ta’ l-14 ta’ April 2005, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni (C‑110/03, Ġabra p. I‑2801). Sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, sentenzi Fretté vs Franza tas-26 ta’ Frar 2002, Recueil des arrêts et décisions 2002-I, § 34), u Pla u Puncernau vs Andorra tad-19 ta’ Lulju 2004, Recueil des arrêts et décisions 2004-VIII, § 61. Sentenzi tal-Qorti Kostituzzjonali 75/1983 (supplement għall-BOE Nru 197, tat-18 ta’ Awwissu 1983, it-tielet motiv), 46/1999 (supplement għall-BOE Nru 100 tas-27 ta’ April 1999, it-tieni motiv) u 39/2002 (supplement għall-BOE Nru 63, ta’ l-14 ta’ Marzu 2002, ir-raba’ motiv).


89 – Huma inklużi d-delitti li l-Artikolu 29 UE jikkwota espressament, dawk attribwiti lill-kompetenza ta’ l-Europol fl-anness ta’ l-Att tal-Kunsill, tas-26 ta’ Lulju 1995, dwar l-istabbiliment tal-Konvenzjoni sabiex jinħoloq l-Uffiċċju Ewropew ta’ Pulizija (ĠU 1995, C 316, p. 2), kif ukoll dawk dwar obbligazzjoni ġenerali ta’ prosekuzzjoni fil-liġi internazzjonali.


90 – Xi awturi huma ta’ l-opinjoni li l-Artikolu 2(2) tad-deċiżjoni qafas jiġbor il-“kunsens” ta’ l-Istati Membri f’materja kriminali (Von Bubnoff, E., “Institutionelle Kriminalitätsbekämpfung in der EU – Schritte auf dem Weg zu einem europäischen Ermittlungs-und Verfolgungsraum”, fiż-Zeitschrift für europarechtliche Studien, 2002, p. 226; Combeaud, S., “Premier bilan du mandat d'arrêt européen”, fir-Revue du Marché commun et de l'Union européenne, Nru 495, 2006, p. 116; u Hecker, B., Europäisches Strafrecht, Berlin, 2005, p. 433).


91 – Huma suppożizzjonijiet straordinarji, għax il-kriterju doppju applikat (in-natura tal-ksur u l-importanza tas-sanzjoni) jimpedixxi normalment li Stat Membru għandu joħroġ mandat ta’ arrest għal fatt li mhuwiex punibbli fil-leġiżlazzjoni tiegħu. Insibha diffiċli nimmaġina komportament li, punibbli f’pajjiż ta’ l-Unjoni permezz ta’ sentenza jew miżura ta’ sigurtà ta’ sentenza ta’ mill-inqas tliet snin, ikun leċitu f’pajjiż ieħor.


92 – Il-Gvern Finlandiż ifakkar (punt 49 ta’ l-osservazzjonijiet tiegħu) li f’materji kriminali japplika l-prinċipju ta’ territorjalità, b’mod li li ċittadin barrani li jkun ħati ta’ reat fil-Finlandja ma jkunx jista’ jaħrab mir-responsabbiltà tiegħu, billi jgħid li l-aġir li huwa akkużat bih mhuwiex punibbli fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu. In kwantu għall-implementazzjoni barra mit-territorju tal-jus puniendi, id-deċiżjoni qafas tippermetti (Artikolu 4(7)) li Stat Membru jirrifjuta li jeżegwixxi mandat ta’ arrest għal fatti mwettqa, parti minnhom jew kollha kemm huma, f’territorju li jaqa’ taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu, jew barra minnu, jekk dawn ma jkunux punibbli b’sentenza li tkun konformi mal-leġiżlazzjoni tiegħu.


93 – L-Artikolu 8 tad-deċiżjoni qafas jesponi b’mod dettaljat il-kontenut li għandu jkollu mandat ta’ arrest, u jipprovdi li l-formularju meħtieġ minnu fih taqsima “e”, sabiex jiddeskrivi l-fatti bil-kwalifika legali tagħhom. Kwalunkwe informazzjoni li tinteressa lil Imħallef ta’ l-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni għandha tkun tista’ tinkiseb permezz ta’ konsultazzjoni diretta ta’ l-awtoritajiet ta’ l-Istat Membru li joħroġ il-mandat.


94 – Rolland, P., La Convention européenne des droits de l'homme (commentaire article par article), Ed. Economica, 2 ed., Pariġi, 1999, p. 293, iddeskrivieh bħala fundament taċ-ċivilità ġuridika Ewropea.


95 – Sentenzi 42/1987 (supplement għall-BOE Nru 107, tal-5 ta’ Mejju 1987, it-tieni motiv), 22/1990 (supplement għall-BOE Nru 53, tat-2 ta’ Marzu 1990, is-seba’ motiv), u 276/2000 (supplement għall-BOE Nru 299, ta’ l-14 ta’ Diċembru 2000, is-sitt motiv).


96 – Il-prinċipju ta’ legalità beda fl-ambiti “kriminali” u “finanzjarji”, matul il-Medju Evu, sabiex jillimita l-privileġġi tas-sovran. Fi Spanja, il-komunitajiet, l-irħula u l-ibliet kienu jikkundizzjonaw il-votazzjoni tas-sussidji favur il-Kuruna u l-kastig ta’ ċerti kondotti għall-approvazzjoni minn laqgħat (“qrati”) rappreżentativi. L-iżvilupp ta’ “ftehim” bejn monarkija u “soċjetà politika”, li kkonsolida l-organizzazzjoni politika statali u bblokka żvilupp akbar ta’ l-awtorità rjali, huwa stabbilit, għalkemm b’differenzi u forom importanti, fil-formazzjoni tar-renji ta’ Spanja tal-Medju Evu. F’Aragona u Navarra l-Qrati kisbu kapaċitajiet ta’ stħarriġ leġiżlattiv u finanzjarju bejn t-tmien tas-seklu XIII u nofs dak XIV (Ladero Quesada. M.A., “España: reinos y señoríos medievales”, f’España. Reflexiones sobre el ser de España, Real Academia de la Historia, 2 ed., Madrid, 1998, p. 95 sa 129). F’Castilla, din l-istituzzjoni, li wriet is-sostenn tagħha fis-sekli XIV u XV, dejjem żammet profil baxx ħafna u, għalkemm kellha rwol primordjali fil-ħajja politika, il-kompetenzi tagħha kienu ġew imnaqqsa sew (Valdeón, J., “Los reinos cristianos a fines de la Edad Media”, fil-Historia de España, Ed. Historia 16, Madrid, 1986, p. 391 sa 455, b’mod partikolari, p. 414 sa 423).


97 – L-Avukat Ġenerali Kokott esprimiet ruħha b’termini simili fil-punt 41, in fine, tal-konklużjonijiet tal-kawża li fih issemmiet is-sentenza Pupino, diġà ċċitata.


98 – Skond is-sentenza tat-12 ta’ Diċembru 1996, Proċessi kriminali vs X, diġà ċċitata, il-prinċipju ta’ legalità “jipprekludi li jkunu mibdija azzjonijiet kriminali rigward aġir li l-karattru tiegħu ma jirriżultax ċar fil-liġi” (punt 25). Fil-konklużjonijiet ta’ din il-kawża, insostni li dan il-prinċipju “jikkonferixxi fuq kulħadd ċertezza legali li l-kondotta jistħoqqilha biss sanzjoni kriminali, jekk tikser regola nazzjonali li, qabel, kienet deskritta bħala ksur ” (punt 53).


99 – Inkluż, minn konsultazzjoni ġuridika approprjata [sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta’ Ġunju 2005, Dansk Rørindustri et vs Il-Kummissjoni, C‑189/02 P, C‑202/02 P, C‑205/02 P sa C‑208/02 P u C‑213/02 P, Ġabra p. I‑5425, punt 219].


100 – Sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-25 ta’ Mejju 1993, Kokkinakis vs Il-Greċja tat-22 ta’ Novembru 1995, 20166/92, A 335-B, § 35, u tat-22 ta’ Marzu 2001 (34044/96, 35532/97 u 44801/98, Recueil des arrêts et décisions 2001-II, § 50, li jirrikonoxxu d-dimensjoni tal-prinċipju tal-legalità tal-proċeduri kriminali, bħal fil-każ tal-Qorti Kostituzzjonali [per eżempju, fis-sentenzi 75/1984 (supplement għall-BOE Nru 181, tat-30 ta’ Lulju 1984), il-ħames motiv) u u 95/1992 (supplement għall-BOE Nru 169, tal-15 ta’ Lulju 1992, it-tielet motiv)].


101 – Il-Qorti Kostituzzjonali Spanjola fehmet li din il-garanzija taċ-ċittadini eskludiet il-ħolqien ġudizzjarju tad-dritt u l-espressjonijiet imprevedibbli, inkompatibbli mal-kontenut tar-regoli jew inadegwati mal-valuri li jipprovaw jipproteġu [sentenza 25/1999 (supplement għall-BOE Nru 89, ta’ l-14 ta’ April 1989, it-tielet motiv), b’tali mod li l-lista ta’ aġir ikkunsidrat bħala kriminali għandha tirrispetta t-termini tar-regola, il-mudelli li jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni kostituzzjonali u l-kriterji minimi imposti mil-loġika ġuridika, kif ukoll il-mudelli ta’ argumentazzjoni adottati mill-Komunità [sentenza 42/1999 (supplement għall-BOE Nru 100, tas-27 ta’ April 1999, ir-raba’ motiv)].


102 – Id-duttrina targumenta li l-Artikolu 2(2) ma jikkonsistix f’tipi ta’ reati, peress li fil-lista ma hemmx il-karatteristiċi ta’ aġir li jiġi ppersegwit (Flore, D., “Le mandat d'arrêt européen: première mise en oeuvre d'un nouveau paradigme de la Justice pénale européenne”, fil-Journal des Tribunaux, 2002, p. 276; u Unger, E.M., Schutzlos ausgeliefert? – Der Europäische Haftbefehl, Frankfurt am Main, 2005, p. 100). Anki li kieku kien iddikjarat il-kuntrarju, hemm bżonn li jiġi kkunsidrat li d-deċiżjonijiet qafas m’għandhomx effetti diretti [Artikolu 32(2)(b) UE], bla ħsara għall-prinċipju ta’ interpretazzjoni li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħti effettività ikbar lid-dritt ta’ l-Unjoni, skond kif tiddikjara l-imsemmija sentenza Pupino (punti 43 sa 47). F’din l-ipoteżi, l-adegwatezza tal-prinċipju ta’ legalità għandha teżiġi li r-regoli interni jittrasponu d-deċiżjoni qafas.


103 – Deċiżjonijiet tas-6 ta’ Lulju 1976, X vs L-Olanda (Kawża 7512/76, D.R. 6, p. 184); tas-6 ta’ Marzu 1991, Polley vs Il-Belgju (Kawża 12192/86); u tat-18 ta’ Jannar 1996, Bakhtiar vs L-Iżvizzera (Kawża 27292/95). Il-Qorti Kostituzzjonali Spanjola tuża’ l-istess kriterju [sentenzi 102/1997 (supplement mill-BOE Nru 137, tad-9 ta’ Ġunju 1997), motiv 6; u 32/2003 (supplement mill-BOE Nru 55, tal-5 ta’ Marzu 2003), motiv 2].