27.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-15 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Danimarka

(Kawża C-461/05) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Importazzjoni b’eżenzjoni mid-dazju ta’ apparat militari)

2010/C 51/07

Lingwa tal-kawża: Il-Daniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Cattabriga, G. Wilms u H. Støvlbæk, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta’ Danimarka (rappreżentanti: J. Molde, J. Bering Liisberg u B.Weis Fogh, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-parti l-oħra fil-kawża: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: E.-M. Mamouna, A. Samoni-Rantou u K. Boskovits, aġenti), Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: C. Guerra Santos, L. Inez Fernandes u J. Gomes, aġenti), Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: E. Bygglin u A. Guimaraes-Purokoski, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 2, 9, 10 u 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1552/89, tad-29 ta’ Mejju 1989 li jimplementa d-Deċiżjoni 88/376, Euratom dwar is-sistema ta’ riżorsi tal-Komunitajiet innifishom (ĠU L155, p. 1) u, għall-perjodu ta’ wara l-31 ta’ Mejju 2000, tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000 tat-22 ta’ Mejju 2000 li jimplementa d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom, dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 01 Vol. 03 p. 169 — 180) — Importazzjoni eżenti mit-taxxa doganali fuq materjal tal-gwerra.

Dispożittiv

(1)

Billi rrifjuta li jikkalkola u jħallas lill-Kummissjoni Ewropea r-riżorsi proprji li ma nġabrux fil-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar 1998 u l 31 ta’ Diċembru 2002, fir-rigward tal-importazzjoni ta’ materjal militari b’eżenzjoni mid-dazji doganali kif ukoll billi rrifjuta jħallas l-interessi moratorji konessi man-nuqqas ta’ ħlas tal-imsemmija riżorsi proprji lill-Kummissjoni, ir-Renju tad-Danimarka naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt, rispettivament, l-Artikoli 2 u 9 sa 11 tar Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1552/1989, tad-29 ta’ Mejju 1989, li jimplementa d-Deċiżjoni (Euratom) 88/376/KEE, dwar is-sistema ta’ riżorsi tal-Komunitajiet innifishom, kif emendat bir-Regolament tal Kunsill (Euratom, KE) Nru 1355/96, tat-8 ta’ Lulju 1996, sal-31 ta’ Mejju 2000, kif ukoll minn din l-istess data, l-istess artikoli tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000, tat-22 ta’ Mejju 2000, li jimplementa d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet.

(2)

Ir-Renju tad-Danimarka huwa kkundannat għall-ispejjeż.

(3)

Ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika Portugiża u r Repubblika tal-Finlandja, għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 48, 25.02.2006.