30.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-17 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-371/05) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 92/50/KEE - Artikoli 11 u 15(2) - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Għoti tas- servizzi ta' l-informatika tal-komun ta' Mantova (l-Italja) - Għoti dirett mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta' sejħa għal offerti)

(2008/C 223/03)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: X. Lewis, C. Zadra, L. Visaggio u C. Cattabriga, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I.M. Braguglia, aġent u G. Fiengo, avvocato dello Stato)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikoli 11 u 15(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE, tat-18 ta' Ġunju 1992, relatata mal-koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti tas-servizz pubbliku (ĠU L 209, p. 1) — Għoti tas-servizzi ta' l-informatika tal-Komun ta' Mantova — Għoti dirett mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta' sejħa għal offertià

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud

2)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 10, 14.1.2006.