24.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 128/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tat-8 ta' April 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-337/05) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Kuntratti pubbliċi ta' provvista - Direttivi 77/62/KEE u 93/36/KEE - Għoti ta' kuntratti pubbliċi mingħajr il-pubblikazzjoni minn qabel ta' avviż - Nuqqas ta' proċedura ta' sejħa għal offerti - Ħelikopters tad-ditta Agusta u Agusta Bell)

(2008/C 128/03)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: D. Recchia u X. Lewis, aġenti]

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana [rappreżentanti: I. M. Braguglia, aġent, G. Fiengo, avukat]

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva tal-Kunsill 93/36/KEE, ta' l-14 ta' Ġunju 1993 li tikkoordina l-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti pubbliċi ta' provvista (ĠU L 199, p. 1), u d-Direttiva 77/62/KEE, tal-21 ta' Diċembru 1976 — Nuqqas li jagħti prova ta' l-eżistenza ta' raġunijiet li jippermettu lil awtorità kontraenti tirrikorri għall-proċedura negozjata mingħajr ma saret pubblikazzjoni minn qabel ta' avviż għall-offerti — Ħelikopters “Agusta” u “Agusta Bell” akkwistati għall-użu mill-membri tal-korpi ta' protezzjoni ċivili responsabbli mill-foresti u mill-kosta, u għall-użu mill-Carabinieri, eċċ

Dispożittiv

1)

Billi adottat prattika, li ilha teżisti għal żmien twil u li għadha tiġi segwita s'issa, li tagħti b'mod dirett kuntratti lil Agusta SpA għax-xiri ta' ħelikopters tad-ditta Agusta u Agusta Bell, biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet ta' numru ta' korpi militari u ċivili, mingħajr ebda proċedura ta' sejħa għal offerti u, b'mod partikolari, mingħajr ma jiġu osservati l-proċeduri previsti mid-Direttiva tal-Kunsill 93/36/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1993 li tikkoordina l-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti pubbliċi ta' provvista, kif emendata mid-Direttiva 97/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta' Ottubru 1997 u, preċedentement, mid-Direttiva tal-Kunsill 77/62/KEE tal-21 ta' Diċembru 1976 li tikkonċerna l-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti pubbliċi ta' provvista, kif emendata u ssuplementata mid-Direttiva tal-Kunsill 80/767/KEE, tat-22 ta' Lulju 1980, u d-Direttiva tal-Kunsill 88/295/KEE tat-22 ta' Marzu 1988, ir-Repubblika Taljana naqset li twettaq l-obbligi tagħha skond dawn id-direttivi.

2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 281, 12.11.2005.