27.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tal-15 ta' Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Isveżja

(Kawża C-294/05) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Importazzjoni b’eżenzjoni mid-dażju ta’ apparat militari u ta’ oġġetti b’użu doppju kemm militari kif ukoll ċivili)

2010/C 51/03

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea [rappreżentanti: L. Ström van Lier, P. Dejmek u G. Wilms, aġenti]

Konvenuta: Ir-Renju tal-Isveżja [rappreżentanti: A. Kruse u A. Falk, aġenti]

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 2, 9, 10 u 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1552/1989, tad-29 ta’ Mejju 1989, li jimplementa d-Deċiżjoni (Euratom) 88/376/KEE, dwar is-sistema ta’ riżorsi tal-Komunitajiet innifishom (ĠU L 155, p. 1) u, għall-perijodu ta’ wara l-31 ta’ Mejju 2000, tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000, tat-22 ta’ Mejju 2000 li jimplimenta d-Deċiżjoni 94/728 KE, Euratom, dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 1 Vol 3 p. 169 — 180) — Importazzjoni eżenti mit-taxxa doganali fuq materjal tal-gwerra u ta’ oġġetti li għandhom użu doppju kemm militari kif ukoll ċivili.

Dispożittiv

(1)

Billi naqas milli jikkonstata u jipproċedi għall-ħlas lill-Kummissjoni Ewropea ta’ riżorsi proprji li ma nġabrux matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 1998 sal-31 ta’ Diċembru 2002, fil-kuntest tal-importazzjoni ta’ materjal ta’ gwerra u ta’ oġġetti ta’ użu ċivili u militari, kif ukoll billi naqas li jħallas l-interessi moratorji marbuta man-nuqqas ta’ ħlas tal-imsemmija riżorsi proprji lill-Kummissjoni Ewropea, ir-Renju tal-Isvezja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 2 u 9 sa 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1552/1989, tad-29 ta’ Mejju 1989, li jimplementa d-Deċiżjoni (Euratom) 88/376/KEE, dwar is-sistema ta’ riżorsi tal-Komunitajiet innifishom, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 1355/96, tat-8 ta’ Lulju 1996, sal-31 ta’ Mejju 2000, u, minn din l-istess data, taħt l-istess artikoli tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000, tat-22 ta’ Mejju 2000, li jimplementa d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet.

(2)

Ir-Renju tal-Isvezja huwa kkundannat għall-ispejjeż.

(3)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tad-Danimarka għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom


(1)  ĠU C C 217, 03.09.2005.