23.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 51/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta' Diċembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-263/05) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttivi 75/442/KEE u 91/156/KEE - Kunċett ta' skart - Sustanzi jew oġġetti intiżi għall-operazzjonijiet ta' rimi jew ta' rkupru - Fdal tal-produzzjoni li jista' jintuża mill-ġdid)

(2008/C 51/13)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: M. Konstantinidis u L. Cimaglia, aġenti]

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana [rappreżentanti: I.M. Braguglia, aġent, u G. Fiengo, avukat]

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikolu 1(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442, tal-15 ta' Lulju 1975, dwar l-iskart (ĠU L 194, p. 39) kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 91/156/KEE, tat-18 ta' Marzu 1991 (ĠU L 78, p. 32) — Liġi nazzjonali li teskludi mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva ċerti sustanzi jew oġġetti destinati għax-xogħlijiet ta' rimi jew ta' riklamazzjoni kif ukoll ċertu skart tal-produzzjoni li l-possessur jarmi jew ikun beħsiebu jarmi

Dispożittiv

1)

Billi adottat u żammet fis-seħħ l-Artikolu 14 tad-Digriet-Liġi Nru 138, li jistabbilixxi miżuri urġenti fil-qasam tat-tassazzjoni, tal-privatizzazzjoni u tal-kontroll ta' l-infiq fuq il-prodotti farmaċewtiċi kif ukoll ta' sostenn ta' l-ekonomija fiż-żoni żvantaġġati, tat-8 ta' Lulju 2002, li wara emenda sar il-Liġi Nru 178, tat-8 ta' Awwissu 2002, li jeskludi mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 22, li jimplementa d-Direttivi 91/156/KEE dwar l-iskart, 91/689/KEE dwar l-iskart perikoluż u 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, tal-5 ta' Frar 1997, minn naħa, is-sustanzi, l-oġġetti jew materjali intiżi għall-operazzjonijiet ta' rimi jew ta' rkupru li mhumiex espliċitament imsemmija fl-Annessi B u C ta' l-imsemmi Digriet, u min-naħa l-oħra, is-sustanzi u l-oġġetti li huma fdal tal-produzzjoni u li l-pusessur għandu l-intenzjoni jew l-obbligu li jarmi meta dawn jistgħu jkunu jew ikunu użati mill-ġdid fi proċess ta' produzzjoni jew ta' konsum mingħajr ma jkunu suġġetti għal ipproċessar minn qabel u mingħajr ma jagħmlu ħsara lill-ambjent, jew wara li jkunu ġew suġġetti għal ipproċessar minn qabel meta mhijiex implikata waħda mill-operazzjonijiet ta' l-irkupru mniżżla fl-Anness C ta' l-istess Digriet, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi imposti fuqha mill-Artikolu 1(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE, tal-15 ta' Lulju 1975, dwar l-iskart, kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 91/156/KEE, tat-18 ta' Marzu 1991 u mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, 96/350/KE, ta' l-24 ta' Marzu 1996.

2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 217, 3.9.2005.