23.2.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 51/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta' Diċembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-194/05) (1)
(“Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttivi 75/442/KEE u 91/156/KEE - Kunċett ta' ‘skart’ - Ħamrija u ġebel mit-tħaffir intiżi għall-użu mill-ġdid’)
(2008/C 51/11)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: M. Konstantinidis, aġent u G. Bambara, avukat]
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana [rappreżentanti: I.M. Braguglia, aġent u G. Fiengo, avukat]
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikolu 1(a) tad-Direttiva tal-Kunsill, 75/442, tal-15 ta' Lulju 1975, dwar l-iskart (ĠU L 194 p. 39) kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 91/156/KEE, tat-18 ta' Marzu 1991 (ĠU L 78 p. 32) — Liġi nazzjonali li teskludi mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva l-art u l-fdal ta' ġebel mit-tħaffir li huma ddestinati għal użu mill-ġdid.
Dispożittiv
1) |
Sa fejn l-Artikolu 10 tal-Liġi Nru 93, li jistabbilixxi dispożizzjonijiet fil-qasam ta' l-ambjent, tat-23 ta' Marzu 2001, u l-Artikolu 1(17) u (19) tal-Liġi Nru 443, li jopera delega tal-Gvern fil-qasam ta' l-infrastruttura u installazzjonijiet ta' produzzjoni strateġika kif ukoll ta' invenzjonijiet oħra għall-istimulazzjoni ta' l-attivitajiet tal-produzzjoni, tal-21 ta' Diċembru 2001 eskludew mill-kamp ta' applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-iskart, il-ħamrija u l-ġebel mit-tħaffir intiżi għall-użu tal-mili mill-ġdid, ta' l-irdim, ta' l-imbankar u tat-titħin, ħlief materjal minn siti mniġġsa u art irreklamata b'konċentrazzjoni ta' tniġġis ogħla mil-limiti aċċettabbli kif ipprovdut mil-legiżlazzjoni applikabbli, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha, fir-rigward tal-materjali msemmija iktar 'il fuq, skond id-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE, tal-15 ta' Lulju 1975, dwar l-iskart, kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 91/156/KEE, tat-18 ta' Marzu 1991. |
2) |
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata tbati l-ispejjeż. |