24.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 128/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta' April 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' l-Iżvezja

(Kawża C-167/05) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - It-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 90 KE - Taxxi interni fuq prodotti ta' Stati Membri oħra - Taxxi ta' natura li jipproteġu indirettament produzzjonijiet oħra - Projbizzjoni ta' diskriminazzjoni bejn prodotti impurtati u prodotti nazzjonali kompetituri - Dazji tas-sisa - Tassazzjoni differenti tal-birra u ta' l-inbid - Oneru tal-prova)

(2008/C 128/02)

Lingwa tal-kawża: L-Iżvediż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: L. Ström van Lier, K. Gross, K. Simonsson u R. Lyal, aġenti]

Konvenut: Ir-Renju ta' l-Iżvezja [rappreżentant: K. Wistrand, aġent]

Partijiet intervenjenti in sostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika tal-Latvja [rappreżentanti: E. Balode-Buraka u E. Broks, aġenti]

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 90 KE — Tassazzjoni interna fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku li jolqot b'mod aktar sostanzjali l-inbid milli l-birra.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż.

3)

Ir-Repubblika tal-Latvja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 171, 9.7.2005.