DIGRIET TAL-QORTI TAL-PRIM’ISTANZA (Il-Ħames Awla)

14 ta’ Mejju 2007

Kawża T-149/04

Imre Czigàny et

vs

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Evalwazzjoni – Rapport ta’ l-iżvilupp tal-karriera – Proċedura ta’ evalwazzjoni 2001/2002 – Rikors manifestament inammissibli u manifestament nieqes minn kull bażi ġuridika”

Suġġett: Rikors li għandu bħala suġġett talba għall-annullament, prinċipalment, tal-proċedura ta’ evalwazzjoni 2001/2002, f’dak li jikkonċerna r-rikorrenti, u, sussidjarjament, tar-rapporti ta’ l-iżvilupp tal-karriera tar-rikorrenti għal din il-proċedura.

Deċiżjoni: Ir-rikors huwa miċħud in kwantu parzjalment manifestament inammissibbli u, għall-bqija, bħala manifestament mingħajr bażi ġuridika. Ir-rikorrenti għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

Sommarju

Uffiċjali – Rikors – Invokazzjoni ta’ argumenti identiċi u preżentazzjoni ta’ elementi ta’ prova identiċi jew ta’ l-istess natura bħal dawk ippreżentati f’rikorsi oħra preċedentement miċħuda bħala inammissibbli u infondati – Rikors manifestament inammissibbli u infondat

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu  111; Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 43)