Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) ta’ l-20 ta’ Settembru 2007 – Imagination Technologies vs UASI (PURE DIGITAL)
(Kawża T-461/04)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PURE DIGITAL – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 – Karattru distintiv miksub permezz ta’ l-użu – Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 40/94”
1. Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott - Trade marks li mhumiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b) u (ċ)) (ara l-punti 36-37, 54)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta’ l-Appell ta’ l-UASI tas-16 ta’ Settembru 2004 (Każ R 108/2004-2) li tikkonċerna applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali PURE DIGITAL bħala trade mark Komunitarja. |
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant tat-trade mark Komunitarja: |
Imagination Technologies Ltd |
Trade mark Komunitarja kkonċernata: |
Trade mark verbali PURE DIGITAL għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 38 – Applikazzjoni Nru 2396075 |
Deċiżjoni ta’ l-eżaminatur: |
Reġistrazzjoni rrifjutata |
Deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell: |
Appell miċħud |
Dispożittiv
1) |
1) Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
2) Ir-rikorrenti hija kkundannata għall-ispejjeż. |