Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) ta’ l-14 ta’ Frar 2008 – Spanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-266/04)
“FAEGG – Taqsima ‘Garanzija’ – Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju – Operazzjonijiet ta’ rtirar ta’ frott u ħxejjex – Kontroll tat-totalità tal-prodotti rtirati – Uċuħ tar-raba’ u primjums fil-qasam ta’ l-annimali ta’ l-ifrat – Terminu ta’ 24 xahar”
1. Agrikoltura – FAEGG – Clearance tal-kontijiet (Regolamenti tal-Kunsill Nru 729/70, Artikolu 5(2)(c), u Nru 1258/1999, Artikolu 7(4); Regolament tal-Kummissjoni Nru 1663/95, Artikolu 8(1)) (ara l-punti 98, 105, 122-123, 141-143, 213, 217, 248-250)
2. Atti ta’ l-istituzzjonijiet – Regolamenti – Regolament li jistabbilixxi miżuri speċifiċi ta’ kontroll (ara l-punti 120, 261)
Suġġett
| Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/457/KE, tad-29 ta’ April 2004, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq magħmul mill-Istati Membri taħt it-Taqsima “Garanzija” tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG) (ĠU L 156, p. 48, rettifika fil-ĠU L 202, p. 35), f’dak li jirrigwarda r-Renju ta’ Spanja. |
Dispożittiv
|
1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/457/KE, tad-29 ta’ April 2004, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq magħmul mill-Istati Membri taħt it-Taqsima “Garanzija” tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), hija annullata safejn teskludi mill-finanzjament Komunitarju l-infiq magħmul mir-Renju ta’ Spanja fil-komunitajiet awtonomi tal-pajjiż Bask u ta’ La Rioja fis-sena finanzjarja 1998/1999 u li jirrigwarda l-uċuħ tar-raba’ u l-primjums fil-qasam ta’ l-annimali ta’ l-ifrat, minn naħa, u l-infiq magħmul qabel it-22 ta’ Marzu 2000 mir-Renju ta’ Spanja fil-komunità awtonoma tal-pajjiż Bask fis-sena finanzjarja 1999/2000 u li jirrigwarda l-uċuħ tar-raba’ u l-primjums fil-qasam ta’ l-annimali ta’ l-ifrat, min-naħa l-oħra. |
|
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
|
3) |
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |