Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ Novembru 2007 – Sunplus Technology vs UASI – Sun Microsystems (SUNPLUS)

(Kawża T-38/04)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva SUNPLUS – Trade mark verbali nazzjonali preċedenti SUN – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh bejn il-prodotti – Xebh bejn is-sinjali”

Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 43, 44)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord ta’ l-Appell ta’ l-UASI tas-7 ta’ Ottubru 2003 (Każ R 642/2000-4) fir-rigward ta’ proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sun Microsystems, Inc. u Sunplus Technology Co. Ltd.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Sunplus Technology Co. Ltd

Trade mark Komunitarja kkonċernata: 

Trade mark figurattiva SUNPLUS għal prodotti fil-klassi 9 – Applikazzjoni Nru 214346

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:

Sun Microsystems, Inc.

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:

Trade mark nazzjonali u figurattiva SUN għal prodotti fil-klassi 9

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ l-Oppożizzjoni :

Applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell :

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sunplus Technology Co. Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.