Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tal-1 ta’ Lulju 2008 – Região autónoma dos Açores vs Il-Kunsill
(Kawża T-37/04)
“Rikors għal annullament – Regolament (KE) Nru 1954/2003 – Sajd – Immaniġġjar tal-isforz għas-sajd – Żoni u riżorsi tas-sajd tal-Komunità – Rikors ippreżentat minn entità reġjonali – Persuni kkonċernati individwalment – Inammissibbiltà”
1. Rikors għal annullament - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment (Ir-raba’ paragrafu tal‑Artikolu 230 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1954/2003) (ara l-punti 33-38)
2. Rikors għal annullament - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment (Ir-raba’ paragrafu tal‑Artikolu 230 KE u Artikolu 299(2) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1954/2003) (ara l-punti 53-56)
3. Komunitajiet Ewropej - Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal‑istituzzjonijiet - Atti ta’ portata ġenerali - Neċessità għall-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jkunu jistgħu jirrikorru għall-eċċezzjoni ta’ illegalità jew għar-rinviju għal deċiżjoni preliminari dwar il-validità (Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE u Artikoli 234 KE u 241 KE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1367/2006; Regolament tal-Kunsill Nru 1954/2003) (ara l-punti 92, 93)
Suġġett
| Talba għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003, tal-4 ta’ Novembru 2003, dwar l-immaniġġjar tal-isforz għas-sajd li jirrigwarda ċerti żoni u riżorsi tas-sajd tal-Komunità u li jimmodifika r-Regolament (KE) Nru 2847/93 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 685/95 u (KE) Nru 2027/95 (ĠU 2003 L 289, p. 1). |
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
|
2) |
Ir-Região autónoma dos Açores għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u dawk tal‑Kunsill, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji. |
|
3) |
Ir-Renju ta’ Spanja u l-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji. |
|
4) |
Seas at Risk VZW u WWF – World Wide Fund for Nature għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji. |
|
5) |
Stichting Greenpeace Council għandu jbati l-ispejjeż tiegħu relatati ma’ din il-kawża. |
|
6) |
Porto de Abrigo – Organização de Produtores da Pesca CRL u GÊ-Questa – Associação de Defesa do Ambiente għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji. |