5.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 171/33


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Mejju 2008 — TF1 vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-144/04) (1)

(“Rikors għal annullament - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkwalifika ċerti miżuri adottati mir-Repubblika Franċiża favur France 2 u France 3 bħala għajnuna mill-Istat kumpatibbli mas-suq komuni - Terminu tar-rikors - Artikolu 44(1)(ċ) tar-Regoli tal-Proċedura - Inammissibbiltà’)

(2008/C 171/60)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: TF1 Télévision française 1 SA (TF1) (Nanterre, Franza) (rappreżentanti: J.P. Hordies u C. Smits, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropew (rappreżentanti: J. Buendía Sierra, N. Niejhar u C. Giolito, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/838/KE, ta' l-10 ta' Diċembru 2003, dwar l-għajnuniet mill-Istat adottati minn Franza favur France 2 u France 3 (ĠU 2004, L 361, p. 21).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Télévision française 1 SA (TF1) għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni.

3)

Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 168, 26.6.2004.