20.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 327/24


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2008 — Stephens vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-139/04) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sentenza interlokutorja - M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

(2008/C 327/44)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Kevin William Stephens (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u H. Krämer, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' April 2003 li tibdel il-klassifikazzjoni fil-grad tar-rikorrent, sa fejn din tiffissa l-klassifikazzjoni tiegħu fl-iskala, fid-data tal-ħatra tiegħu, għall-ewwel skala tal-grad A6, sa fejn tiffissa l-5 ta' Ottubru 1995 bħala d-data li fiha d-deċiżjoni tibda tipproduċi l-effetti pekunjarji tagħha u sa fejn ma terġax tistabbilixxi l-karriera fil-grad tar-rikorrent, u talba għall-annullament tad-deċiżjonij li tiċħad l-ilment tar-rikorrent u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni allegatament ikkawżati b'din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.

2)

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 168, 26.6.2004.