Kawżi magħquda T-425/04 RENV u T-444/04 RENV: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Lulju 2015 – Franza vs Il-Kummissjoni (“Għajnuna mill-Istat — Miżuri finanzjarji favur France Télécom — Offerta ta’ self ta’ azzjonista — Dikjarazzjonijiet pubbliċi tal-Istat Franċiż — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni — Assenza ta’ estensjoni tal-propdċedura formali ta’ eżami — Drittijiet tad-difiża — Kriterju tal-investitur privat avżat — Kundizzjonijiet normali tas-suq — Żbalji ta’ liġi — Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni”)
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Lulju 2015 – Franza vs Il-Kummissjoni
(Kawżi magħquda T-425/04 RENV u T-444/04 RENV) ( 1 )
“(“Għajnuna mill-Istat — Miżuri finanzjarji favur France Télécom — Offerta ta’ self ta’ azzjonista — Dikjarazzjonijiet pubbliċi tal-Istat Franċiż — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni — Assenza ta’ estensjoni tal-propdċedura formali ta’ eżami — Drittijiet tad-difiża — Kriterju tal-investitur privat avżat — Kundizzjonijiet normali tas-suq — Żbalji ta’ liġi — Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni”)”
2015/C 270/25Lingwa tal-kawża: il-FranċiżPartijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues, D. Colas u J. Bousin, aġenti) (T-425/04 RENV); u Orange, li kienet France Télécom (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: S. Hautbourg u S. Cochard-Quesson, avukati) (Kawża T-444/04 RENV)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito u D. Grespan, aġenti)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti r-Repubblika Franċiża: ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u J. Möller, aġenti, assistiti minn U. Soltész, avukat)
Suġġett
Talbiet għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/621/KE, tat-2 ta’ Awwissu 2004, dwar l-għajnuna mill-Istat implementata minn Franza favur France Télécom (ĠU 2006, L 257, p. 11).
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/621/KE, tat-2 ta’ Awwissu 2004, dwar l-għajnuna mill-Istat implementata minn Franza favur France Télécom, huwa annullat. |
2) |
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għall-annullament tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2006/621. |
3) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll tmienja minn għaxra tal-ispejjeż sostnuti mir-Repubblika Franċiża u minn Orange, li kienet France Télécom. |
4) |
Ir-Repubblika Franċiża u Orange, li kienet France Télécom, għandhom ibati kull waħda minnhom tnejn minn għaxra tal-ispejjeż tagħhom. |
5) |
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
( 1 ) ĠU C 19, 22.1.2005.