26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/23


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Marzu 2008 — Sebirán vs L-UASI — El Coto de Rioja (Coto D'Arcis)

(Kawża T-332/04) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedura ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva Coto D'Arcis - Trade marks Komunitarji verbali preċedenti EL COTO u COTO DE IMAZ - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Nuqqas ta' ħsara għar-reputazzjoni - Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2008/C 107/38)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Sebirán, SL (Requena, Spanja) (rappreżentanti: A. Calderón Chavero u T. Villate Consonni, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Laporta Insa, aġent)

Partijiet oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: El Coto de Rioja, SA (Oyón, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment M. López Camba, wara M.E. López Camba u J. Grimau Muñoz, avukati)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tal-15 ta' Ġunju 2004 (Każ R 550/2003-2) dwar proċedura ta' oppożizzjoni bejn El Coto de Rioja, SA u Sebirán, SL.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

It-talba ta' El Coto de Rioja, SA għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-15 ta' Ġunju 2004 (Każ R 550/2003-2) hija miċħuda.

3)

Sebirán, SL hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk ta' l-UASI u għal nofs l-ispejjeż ta' El Coto de Rioja.

4)

El Coto de Rioja hija kkundannata għal nofs l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 284, 20.11.2004.