6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2010 — Éditions Jacob vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-279/04) (1)

(Kompetizzjoni - Konċertazzjonijiet - Edizzjoni frankofona - Deċiżjoni li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni bil-kundizzjoni li jintraddu lura l-assi - Rikors għal annullament ta’ akkwirent possibbli mhux magħżul - Obbligu ta’ motivazzjoni - Frodi - Żball ta’ liġi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Regolament (KEE) Nru 4064/89)

2010/C 301/29

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Éditions Odile Jacob SAS (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: O. Fréget, W. van Weert, I. de Seze, M. Struys, M. Potel u L. Eskenazi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. Whelan, O. Beynet, A. Bouquet u F. Arbault, sussegwentement A. Bouquet u O. Beynet, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Lagardère SCA (Pariġi) (rappreżentanti: inizjalment A. Winckler u I. Girgenson, sussegwentement A. Winckler, F. de Bure u J. B. Pinçon, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/422/KE, tas-7 ta’ Jannar 2004, li tiddikjara operazzjoni ta’ konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u mal-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (Każ Nru COMP/M.2978 — Lagardère/Natexis/VUP) (ĠU L 125, p. 54)

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Éditions Odile Jacob SAS hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn Lagardère SCA.


(1)  ĠU C 262, 23.10.2004.