29.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 319/11


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2011 — Arch Chemicals et vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-75/04 u T-77/04 sa T-79/04) (1)

(Rikors għal annullament - Spezzjonijiet sanitarji - Tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidiċi - Regolament (KE) Nru 2032/2003 - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà)

2011/C 319/19

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Arch Chemicals, Inc. (Norwalk, Connecticut, l-Istati Uniti) u Arch Timber Protection Ltd (Castleford, West Yorkshire, ir-Renju Unit) (Kawża T-75/04); Rhodia UK Ltd, li kienet Rhodia Consumer Specialties Ltd (Watford, Hertfordshire, ir-Renju Unit) (Kawża T-77/04); Sumitomo Chemical (UK) plc (Londra, ir-Renju Unit) (Kawża T-78/04); kif ukoll Troy Chemical Co. BV (Vlaardingen, il-Pajjiżi l-Baxxi) (Kawża T-79/04); (rappreżentanti: K. Van Maldegem u C. Mereu, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment X. Lewis u F. Simonetti, sussegwentement P. Oliver u G. Wilms, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: European Chemical Industry Council (CEFIC) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment M. Bronckers, Y. van Gerven u P. Charro, sussegwentement Y. van Gerven, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment A. Neergaard u M. Moore, sussegwentement A. Neergaard u J. Rodrigues, aġenti); Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment B. Hoff-Nielsen, M. Sims u F. Ruggeri Laderchi, sussegwentement M. Sims u F. Florindo Gijón, u fl-aħħar F. Florindo Gijón u R. Liudvinaviciute-Cordeiro, aġenti); u Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: inizjalment S. Terstal, sussegwentement H. Sevenster, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-Artikolu 3, tal-Artikolu 4(2), tal-Artikolu 5(3), tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(2), tal-Artikolu 11(3), tal-Artikolu 13, tal-Artikolu 14(2) u tal-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2032/2003, tal-4 ta’ Novembru 2003, dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ għaxar snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid ta’ prodotti bijoċidiċi fis-suq, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1896/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 41, p. 92)

Dispożittiv

(1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

(2)

Arch Chemicals, Inc., Arch Timber Protection Ltd, Rhodia UK Ltd, Sumitomo Chemical (UK) plc u Troy Chemical Co. BV għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inklużi, fir-rigward ta’ Sumitomo Chemical (UK) plc, dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

(3)

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u l-European Chemical Industry Council (CEFIC) għandhom ibgħatu l-ispejjeż tagħhom stess.


(1)  ĠU C 106, 30.04.2004.