|
22.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 301/31 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-8 ta' Ottubru 2008 — Carbone-Lorraine vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-73/04) (1)
(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-prodotti abbażi ta' karbonju u grafita għall-applikazzjonijiet elettriċi u mekkaniċi - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi - Gravità u tul ta' żmien tal-ksur - Ċirkustanzi mitiganti - Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva - Prinċipju ta' proporzjonalità - Prinċipju tat-trattament ugwali’)
(2008/C 301/48)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Le Carbone-Lorraine (Courbevoie, Franza) (rappreżentanti: l-ewwel A. Winckler u I. Simic, wara A. Winckler u H. Kanellopoulos, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: l-ewwel F. Castillo de la Torre u É. Gippini Fournier, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/420/KE tat-3 ta' Diċembru 2003, dwar proċedura ta' applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ C.38.359 — Prodotti abbażi tal-karbonju u tal-grafita għall-applikazzjonijiet elettriċi u mekkaniċi), u, sussidjarjament, għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta lir-rikorrenti minn din id-Deċiżjoni.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Le Carbone-Lorraine hija kkundannata għall-ispejjeż. |