Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tas-27 ta’ Settembru 2007 – La Mer Technology vs UASI – Laboratoires Goëmar (LA MER)

(Kawża T-418/03)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali LA MER – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti LABORATOIRE DE LA MER – Raġuni relattiva għal rifjut – Użu ġenwin tat-trade mark – Artikolu 43(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94”

1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni min-naħa tal-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 114, 127, 129, 130)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta’ l-Appell ta’ l-UASI, tat-23 ta’ Ottubru 2003 (Każ R 814/2000-2), fir-rigward ta’ proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn il-kumpannija Laboratoires Goëmar u La Mer Technology, Inc.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

La Mer Technology, Inc.

Trade mark Komunitarja in kwistjoni:

Trade mark verbali LA MER għal prodotti fil-klassi 3

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:

Laboratoires Goëmar

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:

Trade marks verbali internazzjonali u nazzjonali LABORATOIRE DE LA MER għal prodotti fil-klassijiet 3, 5, 29 u 31

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ l-Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni aċċettata u applikazzjoni għar-reġistrazzjoni miċħuda fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell:

Appell miċħud

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

La Mer Technology, Inc., għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk ta’ l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u ta’ Laboratoires Goëmar.