Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tas-26 ta’ Novembru 2008 – Agraz et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-285/03)
“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Agrikoltura – Organizzazzjoni komuni tas‑swieq tal-prodotti tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati – Għajnuna għall-produzzjoni tal-prodotti pproċessati tat-tadam – Metodu ta’ kalkolu tal-ammont – Sena tal‑marketing 2000/2001 – Evalwazzjoni tad-dannu”
1. Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Dannu reali u ċert – Oneru tal-prova (Artikolu 288 KE) (ara l-punt 49)
2. Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Dannu – Kumpens – Teħid inkunsiderazzjoni tal-inflazzjoni – Interessi kumpensatorji – Modalitajiet ta’ kalkolu (Artikolu 288 KE) (ara l-punti 50, 51)
Suġġett
| Rikors għad-danni intiż li jikkumpensa d-dannu li r-rikorrenti allegatament batew minħabba l-metodu adottat għall-kalkolu tal-ammont tal-għajnuna għall‑produzzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1519/2000 tal-Kummissjoni, tat‑12 ta’ Lulju 2000, li jistabbilixxi, għas-sena tal-marketing 2000/2001, il-prezz minimu u l-ammont tal-għajnuna għal prodotti tat-tadam ipproċessat (ĠU L 174, p. 29). |
Dispożittiv
|
1) |
Il-Kummissjoni hija kkundannata tħallas lil Agraz, SA u lis-86 kumpannija oħra li isimhom jidher fl-Annessi I u II, kumpens korrispondenti għal żieda ta’ 15.54 % tal-ammont tal-għajnuna għall-produzzjoni li huma kienu rċevew għas sena tal-marketing 2000/2001, kif stabbilit mill-Anness II tar‑Regolament Nru 1519/2000. |
|
2) |
Dan il-kumpens huwa evalwat mill-ġdid b’interessi kumpensatorji, li jibdew jiddekorru mill-ħlas effettiv tal-għajnuna lil kull rikorrent u sakemm tingħata l-preżenti sentenza, bir-rata stabbilita mill-BĊE għall‑operazzjonijiet prinċipali ta’ rifinazjament, miżjuda b’żewġ punti, fir-rigward tar-rikorrenti li isimhom ma jidhirx fl-Anness I, u bir-rata ta’ inflazzjoni annwali kkonstatata, għall-perijodu kkonċernat, mill-Eurostat fl-Istati Membru fejn huma stabbiliti, fir-rigward tar-rikorrenti li isimhom jidher fl-Anness II. |
|
3) |
Il-kumpens, kif evalwat mill-ġdid, għandu jiġi miżjud bl-interessi moratorji, li jibdew jiddekorru minn meta tingħata l-preżenti sentenza sal‑ħlas sħiħ, bir-rata stabbilita mill-BĊE għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament, miżjuda b’żewġ punti. |
|
4) |
Agraz u s-86 kumpannija oħra, li isimhom jidher fl-Annessi I u II, għandhom ibatu żewġ partijiet minn ħamsa tal-ispejjeż tagħhom quddiem il‑Qorti tal Prim’Istanza u l-Qorti tal-Ġustizzja. |
|
5) |
Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha u tliet partijiet minn ħamsa tal-ispejjeż ta’ Agraz u s-86 kumpannija oħra, li isimhom jidher fl-Annessi I u II, quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza u l-Qorti tal-Ġustizzja. |