Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Lulju 2007 – CB vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-266/03)

“Kompetizzjoni – Akkordji – Kards tal-bank – Deċiżjoni li tordna investigazzjoni – Artikolu 14(3) tar-Regolament Nru 17 – Motivazzjoni – Proporzjonalità”

1.                     Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Deċiżjoni li tordna investigazzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Portata (Artikolu 253 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 14(3)) (ara l-punti 36-37)

2.                     Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Deċiżjoni li tordna investigazzjoni – Osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità (Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 14(3) (ara l-punti 62-64)

3.                     Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Setgħat investigattivi tal-Kummissjoni – Portata – Aċċess għall-uffiċċji ta’ l-impriżi (Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 14) (ara l-punti 69-72)

4.                     Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Setgħat investigattivi tal-Kummissjoni – Deċiżjoni li tordna investigazzjoni – Talba għal għajnuna ppreżentata lill-awtoritajiet nazzjonali – Stħarriġ ġudizzjarju – Ġurisdizzjoni esklużiva tal-qorti nazzjonali (Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 14(6) (ara l-punt 75)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni C(2003) 1524/9 tal-Kummissjoni, tas-7 ta’ Mejju 2003, fil-każ COMP/D1/38.606, li tordna lill-Groupement des cartes bancaires u lis-sussidjarji tagħha jissottomettu ruħhom għal investigazzjoni skond l-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 17, tas-6 ta’ Frar 1962, l-ewwel regolament li jimplementa l-Artikoli [81] u [82] tat-Trattat (ĠU 1962, 13, p. 204), kif emendat, u, min-naħa l-oħra, talba għat-tneħħija mill-proċess tad-dokumenti u ta’ l-elementi kollha mgħoddija lill-Kummissjoni matul l-investigazzjoni u r-radd tagħhom lura lir-rikorrenti.

Dispożittiv

 

Ir-rikors huwa miċħud.

 

Ir-rikorrenti hija kkundannata għall-ispejjeż.