24.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 128/33


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-2 ta' April 2008 — Maison de l'Europe Avignon Méditerranée vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-100/03) (1)

(“Rikors għal annullament - Ħolqien ta' info point Ewropa - Dikjarazzjoni ta' terminazzjoni ta' ftehim konkluż bejn il-Komunità u r-rikorrenti - Inammissibbiltà manifesta’)

(2008/C 128/71)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Maison de l'Europe Avignon Méditerranée (Avignon, Franza) (rappreżentant: F. Martineau, avocat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: J.-F. Pasquier, aġent)

Suġġett

Talba għal annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-24 ta' Jannar 2003 li tiddikjara t-terminazzjoni tal-ftehim bejn il-Kummissjoni u r-rikorrenti dwar il-ħolqien ta' info point Ewropa f'Avignon.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Maison de l'Europe Avignon Méditerranée hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 112, 10.5.2003.