24.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 128/29


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta' April 2008 — Dainichiseika Colour & Chemicals Mfg. vs L-UASI — Pelikan (Rappreżentazzjoni ta' pellikan)

(Kawża T-389/03) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedura ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta pellikan - Trade marks Komunitarji jew nazzjonali figurattivi preċedenti Pelikan - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2008/C 128/63)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Dainichiseika Colour & Chemicals Mfg. Co. Ltd (Tokyo, il-Ġappun) (rappreżentanti: J. Hofmann u B. Linstow, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Laporta Insa, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Pelikan Vertriebsgesellschaft mbH & Co. KG (Hanovre, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Renck, V. von Bomhard u A. Pohlmann, wara A. Renck, V. von Bomhard u T. Dolde, avukati)

Suġġett

Rikors għal annullament imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, tat-18 ta' Settembru 2003 (każ R 191/2002-2), dwar proċedura ta' oppożizzjoni bejn Pelikan Vertriebsgesellschaft mbH & Co. KG u Dainichiseika Colour & Chemicals Mfg. Co. Ltd.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Dainichiseika Colour & Chemicals Mfg. Co. Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 21, 24.1.2004.