29.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 79/25


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Frar 2008 — BUPA et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-289/03) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Sistema ta' ekwivalenza tar-riskji stabbilita mill-Irlanda fis-suq ta' l-assigurazzjoni privata kontra l-mard - Skema ta' għajnuna - Servizzi ta' importanza ekonomika ġenerali - Artikolu 86(2) KE - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Prinċipji tan-neċessità u tal-proporzjonalità’)

(2008/C 79/48)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: British United Provident Association Ltd (BUPA) (Londra, ir-Renju Unit); BUPA Insurance Ltd (Londra); u BUPA Ireland Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: N. Green, QC, K. Bacon, J. Burke, barristers, u B. Amory, avocat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropew (rappreżentanti: inizjalment N. Khan u J. Flett, sussegwentement N. Khan u T. Scharf, aġenti)

Intervenjenti in sostenn tal-konvenuta: Ir-Renju ta' l-Olanda (rappreżentant: N. Bel, aġent); l-Irlanda (rappreżentanti: D. O'Hagan, aġent, bl-assistenza ta' G. Hogan, SC, u E. Regan, barrister); u l-Voluntary Health Insurance Board (Dublin) (rappreżentanti: D. Collins, G. FitzGerald, D. Clarke, solicitors, u P. Gallagher, SC)

Suġġett tal-Kawża

Rikors għal annullament ippreżentat, prinċipalment, minn BUPA Ireland Ltd, fornitriċi ta' servizzi ta' assigurazzjoni privata kontra l-mard fl-Irlanda, kontra d-Deċiżjoni C(2003) 1322 finali tal-Kummissjoni, tat-13 ta' Mejju 2003, li ma jitqajmux oġġezzjonijiet skond l-Artikolu 4(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu [88 KE] (ĠU L 83, p. 1), fir-rigward ta' l-istabbiliment ta' sistema ta' ekwivalenza tar-riskji (RES) fis-suq Irandiż ta' l-assigurazzjoni privata kontra l-mard (Għajnuna mill-Istat Nru 46/2003-Irlanda).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

British United Provident Association Ltd (BUPA), BUPA Insurance Ltd u BUPA Ireland Ltd għandhom ibatu l-spejjeż tagħhom kif ukoll dawk tal-Kummissjoni u tal-Voluntary Health Insurance Board.

3)

L-Irlanda u r-Renju ta' l-Olanda għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 264, 1.11.2003.