26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/22


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-13 ta' Marzu 2008 — Maison de l'Europe Avignon Méditerranée vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża T-43/03) (1)

(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Marka ‘info point Europe’ - Rimarki ta' aġent tal-Kummissjoni li jikkonċernaw ir-rikorrenti’)

(2008/C 107/34)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Maison de l'Europe Avignon Méditerranée (Avignon, Franza) (rappreżentanti: F. Martineau u N. Benoît, avocats)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: J.-F. Pasquier, aġent)

Suġġett

Talba għal kumpens ta' dannu allegament subit mir-rikkorenti minħabba rimarki magħmula mill-aġent tal-Kummissjoni f'Marsilja, waqt il-laqgħa tat-23 ta' Jannar 2003.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Maison de l'Europe Avignon Méditerranée għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 101, 26.4.2003.