SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (it-Tieni Awla)
19 ta' Jannar 2006 (*)
"Appell – Programm Asia-Invest – Sejħa għall-proposti – Kuntratt –Artikolu 111 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza –Inammissibbiltà manifesta – Nuqqas ta' interess ġuridiku – Artikolu 64 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza – Miżuri ta' organizzazjoni tal-proċedura – Talba għall-produzzjoni tad-dokumenti– Stedina lill-partijiet sabiex jesprimu ruħhom bil-miktub fuq xi aspetti tal-kontroversja"
Fil-kawża C-547/03 P,
li għandha bħala suġġett appell skond l-Artikolu 56 ta' l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, imressaq fit-22 ta' Diċembru 2003,
Asian Institute of Technology (AIT), stabbilit f'Pathumthani (Tajlandja), irrappreżentat minn H. Teissier du Cros, avukat, b'indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,
rikorrent
il-parti l-oħra fil-proċedimenti hija:
il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, irrappreżentata minn P.-J. Kuijper u B. Schöfer, bħala aġenti, b'indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,
konvenuta fil-Prim'Istanza
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (it-Tieni Awla),
komposta minn C. W. A. Timmermans, President ta' l-Awla, J. Makarczyk, R. Silva de Lapuerta, P. Kūris u G. Arestis (Relatur), Imħallfin,
Avukat Ġenerali: C. Stix-Hackl,
Reġistratur: K. Sztranc, Amministratur,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-26 ta' Mejju 2005,
wara li semgħet il-konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-13 ta' Settembru 2005,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 Permezz ta' l-appell tiegħu l-Asian Institute of Technology (iktar 'il quddiem l-AIT") talab l-annullament tad-Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tal-15 ta' Ottubru 2003, AIT vs il-Kummissjoni (T-288/02 mhux ippubblikat fil-Ġabra, iktar 'il quddiem "id-Digriet ikkontestat"), li permezz tiegħu l-Qorti tal-Prim'Istanza caħdet bħala manifestament inammissibbli, ir-rikors għall-annulament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-22 ta' Frar 2002, biex jiġi konkluż li temmet kuntratt ta' riċerka inkluż fil-programm "Asia-Invest" mas-"Center for Energy-Environment Research and Development" (iktar 'il quddiem "id-deċiżjoni in kwistjoni").
Il-kuntest ġuridiku
2 Ir-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza fil-verżjoni applikabbli fid-data tad-Digriet ikkontestat jipprovdi, fit-Titolu II, Kapitolu 3 intitolat "Fuq il-Miżuri ta’ Organizzazzjoni tal-Proċedura u fuq il-Miżuri Istruttorji." Fl-ewwel taqsima ta' dan il-Kapitolu, intitolata "Fuq il-miżuri ta’ Organizzazzjoni tal-proċedura" hemm l-Artikolu 64 li fil-paragrafi 1 sa 4 jipprovdi:
"1. Il-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura huma intiżi biex jiżguraw, fl-aħjar kundizzjonijiet possibbli, it-twaqqif tal-kawżi, l-izvolġiment tal-proċeduri u r-regolazzjoni tal-kontroversji. Huma jiġu deċiżi mill-Qorti tal-Prim'Istanza, wara li jinstema' l-Avukat Ġenerali.
"2. Il-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura għandhom, b'mod partikolari, l-iskop li:
a) jassiguraw l-iżvolġiment tajjeb tal-proċedura bil-miktub jew orali u li jiffaċilitaw l-amministrazzjoni tal-provi;
b) jiddeterminaw il-punti li fuqhom il-partijiet għandhom jikkompletaw l-argumenti tagħhom fejn ikollhom bżonn ta' istruttorja;
c) jippreċiżaw l-iskop tat-talbiet kif ukoll tar-raġunijiet u l-argumenti tal-partijiet u li jikkjarifikaw il-punti ta' kontroversja bejniethom;
d) jiffaċilitaw ir-regolazzjoni bonarja tal-kontroversji.
3 Il-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura jistgħu, b'mod partikolari, jieħdu l-forma ta’:
a) mistoqsijiet li jsiru lill-partijiet;
b) stedina lill-partijiet sabiex jesprimu ruħhom bil-miktub jew oralment fuq xi aspetti tal-kontroversja;
c) informazzjonijiet jew kjarifiki li jintalbu lill-partijiet jew lil terzi;
d) talba għal dokumenti jew kull inkartament ieħor, li għandu x'jaqsam mal-kawża;
e) konvokazzjoni ta' aġenti tal-parti jew il-partijiet stess għal laqgħat;
4. Kull parti tista', f'kull fażi tal-proċedura, tipproponi l-adozzjoni jew l-emenda tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura. F'dan il-każ, għandhom jinstemgħu l-partijiet l-oħra qabel ma jiġu ordnati dawn il-miżuri.
Meta ċ-ċirkustanzi tal-proċedura hekk jitolbu, il-Qorti tal-Prim'Istanza tinforma l-partijiet bil-miżuri proposti u tagħtihom l-opportunità li jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom bil-miktub jew oralment"
3 It-titolu III ta' l-imsemmija Regoli tal-Proċedura, jipprovdi kaitolu 2 intitolat "Kwistjonijiet Proċedural: Dan il-Kapitlu jinkludi l-Artikoli 111, 113 u 114, li jipprovdu:
"Artikolu 111
Meta l-Qorti tal-Prim'Istanza hija manifestament inkompetenti li tieħu konjizzjoni ta' rikors, jew fil-każ li tali rikors huwa manifestament inammissibbli, il-Qorti tal-Prim'Istanza tista', wara li tisma' lill-Avukat Ġenerali, tiddeċiedi permezz ta' Digriet motivat, mingħajr ma tkompli l-proċedura.
Artikolu 113
Il-Qorti tal-Prim'Istanza tista', f'kull waqt u ex officio, teżamina l-inammissibbiltà tar-rikors għal raġunijiet ta' ordni pubbliku, jew tiddikjara, wara li tisma' lill-partijiet, li r-rikors m'għadx għandu skop u li m'għadx hemm lok għal deċiżjoni; id-deċiżjoni għandha tittieħed skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu [114](3) u (4). à l’article 114, paragraphes 3 et 4.
Artikolu 114
[…]
3 Il-proċeduri dwar it-talba għandhom jitkomplew oralment sakemm il-Qorti tal-Prim'Istanza ma tiddeċidix mod ieħor.
4. Il-Qorti tal-Prim'Istanza, wara li tisma' lill-Avukat Ġenerali, għandha tiddeċiedi dwar it-talba jew tirrinvija d-deċiżjoni tagħha għas-sentenza finali. Hija għandha tirreferi l-kawża lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk il-kawża taqa' taħt il-kompetenza ta' din ta' l-aħħar.
Jekk il-Qorti tal-Prim'Istanza tiċħad it-talba jew tirrinvija d-deċiżjoni tagħha għas-sentenza finali, il-President għandu jistabbilixxi termini ġodda għall-kontinwazzjoni tal-kawża"
Il-fatti li wasslu għall-kawża
4 L-AIT huwa korp ta' tagħlim dwar it-teknoloġija u r-riċerka bla skop ta' lukru stabbilit fit-Tajlandja.
5 Kif jirriżulta mid-Digriet ikkontestat l-AIT sa l-2001 kien jinkludi dipartiment li ma kellux personalità ġuridika imsemmi "Center for Energy-Environment Research and Development" (iktar 'il quddiem is-"CEERD"), u d-direttur tiegħu, sal-31 ta' Diċembru 2001, kien is-Sur Lefèvre.
6 Il-programm "Asia-Invest" jifforma parti minn numru ta' inizjattivi tal-Komunità Ewropeja maħluqa biex jippromwovu skambji u ftehmiet reċiproċi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Asja billi tiġi mgħejjuna l-kooperazzjoni kummerċjali. Fil-kuntest ta' dan il-programm, il-Kummissjoni tal-komunitajiet Ewropej ppubblikat, fl-10 ta' April 2001, is-sejħa għall-proposti Nru EUROPEAID/112441/C/G (ĠU C 109, p. 9).
7 Wara din il-pubblikazzjoni, is-"Center for Energy-Environment Research and Development – Foundation for International Human Resource Development (iktar 'il quddiem "CEERD-FIHRD") ippreżenta, fid-19 ta' Novembru 2001, proposta ffirmata mis-Sur Lefèvre fil-kwalità tiegħu ta' Direttur ta' dan il-korp.
8 Wara l-evalwazzjoni tad-dokumenti ppreżentati, il-Kummissjoni ddeċiediet li taċċetta, fost l-oħrajn, din il-proposta u adottat id-deċiżjoni in kwistjoni. Il-kuntratt Nru ASI/B7-301/95/108-174 konkluż mas-CEERD, ġie ffirmat fis-27 ta' Frar 2002 mis-Sur. Lefèvre li deher bħala d-Direttur ta' dan il-korp. L-imsemmi kuntratt kien jipprevedi ħlas bil-quddiem ta' 27 481,88 euro, li tħallsu f'kont miftuħ għand Thai Farmers Bank f'isem il-Foundation for International Human Resource Development (iktar 'il quddiem il-"FIHRD").
9 Permezz ta' ittra tas-17 ta' Lulju 2002 l-avukat ta' l-AIT talab lil EuropeAid, l-Uffiċċju għall-kooperazzjoni tal-Kummissjoni (iktar 'il-quddiem "EuropeAid") informazzjoni fuq proġett imsemmi "Facilitating the Dissemination of European Clean Technologies in Thailand". F'din l-ittra l-imsemmi avukat indika li s-CEERD kien "sempliċement dipartiment ta' l-AIT li ma kellux personalità ġuridika […] u ma kellux kapaċità biex jidħol f'kuntratt taħt dan l-isem użurpat, speċjalment permezz tas-sur Lefèvre li kien ilu żmien twil li spiċċa minn Direttur ta' dan il-korp."
10 B'risposta għall-imsemmija ittra, is-Sur Muller, direttur ta' EuropeAid, fil-21 ta' Lulju 2002 indirizza ittra lill-avukat ta' l-AIT fejn infurmah li kien ġie ffirmat kuntratt fit-22 ta' Frar 2002, minnu innifsu u mis-Sur Eich għall-Kummissjoni minn naħa waħda, u fis-27 ta' Frar 2002 mis-Sur Lefèvre, Direttur tas-CEERD, min-naħa l-oħra. Ġie speċifikat f'din l-ittra li s-somma ta' 27 481,88 euro diġà kienet tħallset bil-quddiem fil-kuntest ta' dan il-kuntratt u li peress li t-terminu ta' eżekuzzjoni kien ta' 15-il xahar, il-proġett kellu jintemm fit-28 ta' Mejju 2003.
11 Fl-istess ittra l-Kummissjoni indikat ukoll li hija diġà kienet iffirmat kuntratt simili fl-4 ta' Lulju 2000, li għandu terminu ta' 17-il xahar, mas-Sur Lefèvre, Direttur tas-CEERD u li s-sussidju ta' 42 227,50 euro pprovdut f'dan il-kuntratt kien diġà tħallas kollu.
Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza u d-Digriet ikkontestat
12 Permezz ta' rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Prim'Istanza fit-23 ta' Settembru 2002 l-AIT ppreżenta rikors fejn talab l-annullament tad-deċiżjoni in kwistjoni. Din il-kawża ġiet irreġistrata bin-numru T-288/02.
13 L-istess ġurnata l-AIT ippreżenta rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-4 ta' Lulju 2000, biex jiġi konkluż il- kuntratt ta' riċerka msemmi fil-paragrafu 11 ta' din is-sentenza. Din il-kawża ġiet irreġistrata bin-numru T-287/02.
14 Fl-20 ta'Diċembru 2002 il-Kummissjoni ppreżentat nota ta' eċċezzjonijiet għall-kawżi AIT vs il-Kummissjoni li taw lok għad-Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal 25 ta' Ġunju 2003 (T-287/02, Ġabra p.II-2179) u għad-Digriet ikkontestat (T-288/02, li mhuwiex ippubblikat fil-Ġabra) u talbet b'mod partikolari li dawn il-kawżi jingħaqdu. Ir-Reġistru tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' terminu ta' żmien lil AIT sabiex jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fuq din it-talba. L-AIT oppona ruħu għat-tagħqid ta' l-imsemmija kawżi.
15 Fir-risposta tagħha ppreżentata fil-kawża T-288/02, il-Kummissjoni eċċepiet l-inammissibilità tar-rikors. Kemm l-ewwel paġni tal-proposta ta' CEERD-FIHRD iffirmata, fid-19 ta' Novembru 2001 mis-Sur Lefèvre, fil-kwalità tiegħu ta' Direttur ta' CEERD-FIHRD, kif ukoll il-kuntratt tas-27 ta' Frar 2002 li ġie ffirmat bejn il-Kummissjoni u s-CEERD ġew mehmuża ma din ir-risposta.
16 Permezz ta' talba għal proċedura sommarja ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti tal-Prim'Istanza fit-23 ta' Mejju 2003 l-AIT ppreżenta talba għas-sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni in kwistjoni. Permezz ta' Digriet tad-9 ta' Lulju 2003 AIT vs il-Kummissjoni (T-288/02 R, Ġabra p.II-2885), il-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħad din it-talba u rriseva l-ispejjeż ta' l-istanza. L-AIT ippreżenta appell kontra dan id-Digriet li ġie miċħud mill-President tal-Qorti tal-Ġustizzja li kien qed jiddeċiedi fuq il-proċedura sommarja, permezz ta' Digriet tat-30 ta' Settembru 2003, l-AIT vs il-Kummissjoni [C-348/03 P(R), li mhuwiex ippublikat fil-Ġabra].
17 Fil-kuntest tal-kawża li tat lok għad-Digriet ikkontestat, il-Qorti tal-Prim'Istanza skond l-Artikolu 64 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, talbet lill-Kummissjoni fit-30 ta' Ġunju 2003, biex tgħaddilha s-sejħa għall-proposti Nru EUROPEAID/112441/C/G, imsemmija fil-punt 6 ta' din is-sentenza, id-dokumenti relatati mal-leġiżlazzjoni dwar l-għoti tas-sussidji previsti fil-programm "Asia-Invest" u l-proposta sħiħa tas-CEERD-FIHRD tad-19 ta' Novembru 2001.
18 Billi fit-22 ta' Lulju 2003 il-Kummissjoni ssoddisfat din it-talba, il-Qorti tal-Prim'Istanza skond l-Artikou 64 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, stiednet lill-AIT sabiex jieħu pożizzjoni fuq id-dokumenti ppreżentati minn din l-istituzzjoni Komunitarja u biex jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fuq l-eċċezzjoni ta' inammissibilità invokata mill-Kummissjoni fir-risposta tagħha.
19 Fil-11 ta' Settembru 2003, l-AIT issodisfa din it-talba. Fl-osservazzjonijiet tiegħu, fost affarijiet oħra hu indika li fit-2 ta' Settembru 2003 beda proċedimenti kontra s-Sur Lefèvre quddiem it-tribunal de grande instance ta' Pariġi għal falisifikazzjoni.
20 Permezz tad-Digriet tal-25 ta' Ġunju 2003, AIT vs il-Kummissjoni, iċċitat iktar 'il fuq il-Qorti tal-Prim'Istanza, skond l-Artikoli 113 u 114 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, ċaħdet bħala inammissibbli r-rikors ippreżentat mill-AIT fil-kawża korrispondenti.
21 Permezz tad-Digriet ikkontestat, il-Qorti tal-Prim'Istanza, skond l-Artikolu 111 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, ċaħdet ir-rikors dirett kontra d-deċiżjoni in kwistjoni, bħala manifestament inammissibbli.
22 Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim'Istanza f'dan ir-rigward huma dawn li ġejjin:
«27 Jirriżulta minn ġurisprudenza kostanti li persuni ġuridiċi jew fiżiċi jistgħu, skond ir-raba' paragrafu ta' l-Artikou 230 KE, jikkontestaw biss, l-atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti ta' tali natura li jaffettwaw l-interessi tagħhom b'mod illi jbiddlu konsiderevolment il-pożizzjoni legali tagħhom (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta' Novembru 1981, IBM vs il-Kummissjoni, 60/81, Ġabra. p. 2639, punt 9; sentenzi tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-18 ta' Mejju 1994, BEUC u NCC vs il-Kummissjoni, T-37/92, Ġabra.II-285, punt 27, u tat-18 Diċembru 1997, ATM vs il-Kummissjoni, T-178/94, Ġabra. II-2529, punt 53).
28 Jirriżulta kemm mill-atti tal-Kummissjoni kif ukoll mid-dokumenti ppreżentati quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza u b'mod partikolari mill-kuntratt tas-27 ta' Frar 2002 u l-proposta tad-19 ta' Novembru 2001, ippreżentata mis-[CEERD-FIHRD], li l-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni kkontestata, f'għarfien sħiħ tal-fatti, u dan ifisser li kienet taf li l-parti kontraenti l-oħra kienet entità distinta mill-AIT u li s-CEERD u d-Direttur tiegħu ma kinux għadhom assoċjati ma l-AIT. Kif osservat il-Kummissjoni fir-riposta tagħha, il-proposta tad-19 ta' Novembru 2001, u b'mod partikolari l-parti II "The Applicant", issemmi b'mod espliċitu t-trasferiment tas-CEERD mill-AIT għall-FIHRD kif ukoll il-fatt li s-Sur T. Lefèvre ma kienx aktar impjegat ma' l-AIT. Barra minn hekk id-dokumenti in kwistjoni informaw lill-Kummissjoni, qabel ma ġie ffirmat il-kuntratt, b'sensila sħiħa ta' indirizzi ġodda għal CEERD kif ukoll għal FIHRD.
29 Minn dak li intqal qabel isegwi li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex jiġi konkluż il-kuntratt tas-27 ta' Frar 2002 ma kienet ivvizzjata la minħabba fi żball fir-rigward ta' l-identita distinta tal-parti kontraenti, u lanqas minħabba f'ingann fir-rigward ta' l-eżistenza ta' konessjoni bejn dan ta' l-aħħar u r-rikorrenti. Il-Kummissjoni kienet taf li l-kuntratt ġie mitlub mis-sur Lefèvre f'isem [CEERD-FIHRD], entità ġdida u distinta, u hi ffirmat il-kuntratt b'konsapevolezza sħiħa ta' dan il-fatt.
30 Għaldaqstant id-deċiżjoni kkontestata hija ndirizzata lis-[CEERD-FIHRD], u mhux lir-rikorrent , u l-kuntratt tas-27 ta' Frar 2002 ma kien jimponi ebda obbligu fuq dan ta' l-aħħar u lanqas ma jagħtih xi dritt. Għalhekk id-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex jiġi konkluż dan il-kuntratt bl-ebda mod ma tikkonċerna lir-rikorrent u l-annullament la jista' jaffettwa l-pożizzjoni legali tiegħu u lanqas ma jista' jagħtih xi benefiċċju.
31 Fid-dawl ta' dak li ntqal qabel, ir-rikorrent ma' jistax jippretendi li d-deċiżjoni kkontestata pproduċiet effetti legali vinkolanti ta' tali natura li jaffettwaw l-interessi tiegħu b'mod illi jbiddlu kosiderevolment il-pożizzjoni legali tiegħu.
32 Jekk ir-rikorrent iħossu ddanneġġjat mill-allegata mġieba żleali tas-Sur Lefèvre u mill-allegata 'użurpazzjoni' tas-CEERD, hu dejjem jista' jiddefendi d-drittijiet tiegħu quddiem il-qrati nazzjonali kompetenti. L-annullament tad-deċiżjoni kkontestata ma jistax jikkompensa għad-dannu allegatament subit minħabba l-allegata użurpazzjoni."
It-talbiet tal-partijiet u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja
23 Permezz ta' l-appell tiegħu l-AIT jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex:
– tannulla d-Digriet ikkontestat;
– tirrinvija tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza;
– jew fin-nuqqas tgħaddi għal u tiftaħ il-proċedura orali;
– tannulla d-deċiżjoni in kwistjoni.
24 Il-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex:
– tiċħad l-appell;
– tordna lill-AIT jbati l-ispejjeż.
25 Permezz ta' ittra ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fit-12 ta' Marzu 2004 l-AIT talab, konformement ma' l-Artikolu 117 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-awtorizzazzjoni biex jippreżenta replika. Permezz ta' deċiżjoni tat-23 ta' Marzu 2004, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ċaħad din it-talba.
Fuq l-appell
26 In sosten tat-talbiet tiegħu għall-annullament tad-Digriet ikkontestat l-AIT invoka tliet raġunijiet. L-ewwel u t-tieni raġuni huma bbażati, rispettivament, mill-fuq applikazzjoni żbaljata ta' l-Artikolu 111 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza u ksur tar-raba' paragrafu ta' l-Artikolu 230 KE. Bit-tielet raġuni tiegħu l-AIT jallega ksur ta' l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea, proklamata fis-7 ta' Diċembru 2000 f'Nizza (ĠU C 364, p. 1, iktar 'il quddiem "il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali").
Fuq l-ewwel raġuni
27 Fil-kuntest ta' din ir-raġuni, l-AIT osserva, fl-ewwel lok, li l-Qorti tal-Prim'Istanza applikat b'mod żbaljat l-Artikolu 111 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, peress li bħal f' dan il-każ, qabel ma iddeċiediet skond dak l-Artikolu, kienet diġà ddeċiediet il-miżuri tal-organizzazzjoni ta' proċedura skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 64 ta' l-istess regolament.
28 Għandu jiġi rilevat, minn naħa waħda, li l-Artikolu 111 tar-Regoli tal-Proċedura jippermetti lill-Qorti tal-Prim'Istanza tiċħad rikors permezz ta' Digriet motivat, mingħajr ma tkompli l-proċedura, meta dan ir-rikors ma jkunx jista' jintlaqa' għar-raġunijiet imsemmijja f'din id-dispożizzjoni.
29 Għandu jiġi indikat min-naħa l-oħra li skond l-Artikolu 64(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza, il-miżuri meħuda skond ta' dan l-Artikolu huma intiżi biex jiżguraw fl-aħjar kundizzjonijiet possibbli, il-preparazzjoni tal-kawżi għas-smigħ, l-iżvolġiment tal-proċeduri u r-regolarizzazzjoni tal-kontroversji.
30 Minn dan jirriżulta li peress li l-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura previsti fl-Artikolu 64 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza huma intiżi biex jiżguraw, skond l-imsemmi Artikolu, il-preparazzjoni tal-kawżi għas-smigħ, l-iżvolġiment tal-proċeduri u r-regolarizzazzjoni tal-kontroversji, l-użu fih innifsu ta' dawn il-miżuri ma jostakolax l-adozzjoni ta' Digriet skond l-Artikolu 111 ta' l-istess regoli.
31 F'dan ir-rigward l-AIT isostni b'mod partikolari li f'dan il-każ l-Artikolu 111ġie applikat b'mod żbaljat minħabba li r-rikors li kien ippreżenta ma kienx manifestament inammissibbli skond it-tifisira ta' dan l-Artikolu. Fil-fatt, l-inammissibbilità deċiża mill-Qorti tal-Prim'Istanza ħarġet mill-miżuri ta' organizzazzjoni tal-proċedura li ġew deċiżi sena wara li r-rikors ġie ppreżentat u wara li sar l-ewwel skambju ta' sottomissjonijiet bil-miktub.
32 Għandu jiġi mfakkar li, kif jirriżulta mill-punti 30 u 31 tad-Digriet ikkontestat, ir-rikors ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza ġie miċħud bħala manifestament inammissibbli minħabba li l-AIT ma wriex li kellu interess ġuridiku. Din ir-raġuni ta' inammisibilità kienet diġà inkluża fir-risposta tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, id-dokumenti li fuqhom il-Qorti tal-Prim'Istanza bbażat ir-raġunament tagħha, jiġifieri l-proposta tas-CEERD-FIHRD tad-19 ta' Novembru 2001 u l-kuntratt tas-27 ta' Frar 2002, kważi kienu kollha fid-dokumenti tal-proċess mehmuża mar-risposta tal-Kummissjoni.
33 Għaldaqstant l-allegazzjoni ta' l-AIT, li r-rikors ma kienx jiġi ddikjarat inammissibbli kieku ġew ippreżentati ċerti dokumenti li ssir referenza għalihom espressament fid-Digriet ikkontestat u li fir-rigward tagħhom, il-Qorti tal-Prim'Istanza kienet tat terminu lill-Kummissjoni sabiex tippreżenthom, hija f'kull każ, infondata, u għalhekk trid tiġi respinta.
34 Fit-tieni lok, l-AIT osserva li l-adozzjoni tad-Digriet ikkontestat fuq il-bażi ta' l-Artikoli 111 tar-Regoli tppreġudika tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza, wara l-ewwel skambju ta' sottomissjonijiet bil-miktub, tippreġudika d-drittijiet proċedurali tiegħu, minħabba li ma ngħatax l-opportunità à li jinstema. Minħabba f'hekk hu jsostni li l-inammissibilità invokata f'dan il-każ kienet taqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 113 ta' l-istess Regoli, li kien jagħtih aktar drittijiet, b'mod partikolari d-dritt għal proċedura orali.
35 F'dan ir-rigward għandu jiġi kkonstatat li l-applikazzjoni ta' dan l-aħħar imsemmi Artikolu ma' tiggarantixxix li jkun hemm fażi orali, peress li, il-Qorti tal-Prim'Istanza tista' b'applikazzjoni ta' l-Artikolu 114 (3) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha li jirreferi għalih l-Artikolu 113 ta' l-istess regoli, tagħti d-deċiżjoni tagħha wara tmiem il-proċedura bil-miktub biss.
36 Għalkemm fl-allegazzjonijet tiegħu l-AIT essenzjalment jistrieħ fuq ksur tad-drittijiet proċedurali tiegħu minħabba li hu ma kellux l-okkażjoni li jinstema', għandu jiġi mfakkar fi kwalunkwe każ, li l-Qorti tal-Prim'Istanza stiednet lill-AIT jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fuq ir-raġunijet ta' inammissibbiltà imqajjma mill-Kummissjoni fir-risposta tagħha u li l-AIT ippreżentat dawn l-osservazzjonijiet.
37 Konsegwentement għandhom jiġu respinti wkoll l-argumenti invokati fit-tieni lok mill-AIT in sostenn ta' din ir-raġuni.
38 Jirriżulta minn dak li ntqal qabel li l-Qorti tal-Prim'Istanza m'għamlet l-ebda żball ta' dritt fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 111 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha u, għaldastant, l-ewwel raġuni għandha tiġi respinta.
Fuq it-tieni raġuni
39 L-AIT osserva li, meta applikat is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta' Novembru 1981, IBM vs il-Kummissjoni (60/81, Ġabra. p. 2639), il-Qorti tal-Prim'Istanza kisret ir-raba' paragrafu ta' l-Artikolu 230 KE. Skond l-AIT l-inammissibbiltà tar-rikors għandha tiġi eżaminata fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta' Lulju 1963, Plaumann vs il-Kummissjoni (25/62, Ġabra. p. 197). F'dan ir-rigward l-AIT jikkunsidra li l-kundizzjonijiet speċifikati f'din il-ġurisprudenza huma sodisfatti f'dan il-każ. Fil-fatt billi bbaża ruħu fuq is-sentenza tat-18 ta' Mejju 1994, Codorniu vs il-Kunsill (C-309/89, Ġabra. p. I-1853), hu jsostni li hu ġie ppreġudikat mid-deċiżjoni in kwistjoni, b'mod partikolari, fir-rigward tad-dritt tiegħu li juża l-isem kif ukoll il-logo tas-CEERD li jidher f'ħafna partijiet mill-proċess; tali preġudizju jiddistingwi s-sitwazzjoni tiegħu minn dik ta' kull operatur ekonomiku ieħor.
40 Għandu jiġi kkonstatat li, fil-kuntest ta' din ir-raġuni, l-AIT ma ressaq l-ebda argument li jista' juri li l-evalwazzjoni tal-Qorti tal-Prim'Istanza, li tinsab fil-punt 31 tad-Digriet ikkontestat, li d-deċiżjoni in kwistjoni ma pproduċietx effetti legali vinkolanti ta' tali natura obligatorja li jaffettwa l-interessi tiegħu b'mod illi jbiddlu konsiderevolment il-pożizzjoni legali tiegħu, hija żbaljata.
41 Minn naħa l-AIT ma' kkonfutax il-konstatazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim'Istanza, li jidrhu rispettivament fil-punti 28 u 30 tad-Digriet ikkontestat, li l-kummissjoni kienet adottat id-deċiżjoni in kwistjoni minkejja li kienet taf li l-parti li magħha ffirmat il-kuntratt kienet parti distinta mill-AIT u li l-imsemmija deċiżjoni kienet indirizzta lis-CEERD, u mhux lilu. Barra minn hekk l-AIT lanqas ma tikkontesta li meta ġie ffirmat il-kuntratt in kwistjoni s-CEERD u d-direttur tiegħu ma kienux aktar assoċjati ma' l-AIT.
42 Min-naħa l-oħra l-AIT ma ressaq l-ebda argument biex jikkonfuta l-evalwazzjoni li tinsab fil-punt 30 tad-Digriet ikkontestat, li d-deċiżjoni in kwistjoni ma imponiet l-ebda obbligu u ma' kkonferiet l-ebda dritt fuqu.
43 Fir-rigward ta' l-allegazzjoni li l-isem u l-logo tas-CEERD, li jidhru f'diversi dokumenti tal-proċess ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza, ġew użurpati mis-Sur Lefèvre, għandu jiġi kkunsidrat li dan l-element ma jiġġustifikax l-interess ġuridiku ta' l-AIT li jaġixxi quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza kontra d-deċiżjoni in kwistjoni.
44 Barra minn hekk kif ġustament iddeċidiet il-Qorti tal-Prim'Istanza fil-punt 32 tad-Digriet ikkontestat, jekk l-AIT jikkunsidra ruħu ddanneġġjat bl-imġieba allegatament żleali tas-sur Lefèvre, jista' jiddefendi d-drittijiet tiegħu quddiem il-qrati nazzjonali kompetenti.
45 F'dan ir-rigward, kif jirriżulta mill-osservazzjonijiet ippreżentati mill-AIT wara li ingħatawlu d-dokumenti ppreżentati mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-miżuri ta' organizzazzjoni tal-proċedura quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza, dan il-korp indika li fetaħ kawża kontra s-sur Lefèvre għal fasifikazzjoni quddiem tribunal de grande instance ta' Pariġi fit-2 ta' Settembru 2003.
46 Jirriżulta mill-kunsidrazzjonijiet preċedenti li t-tieni raġuni wkoll respinta.
Fuq it-tielet raġuni
47 Sussidjarjament l-AIT isostni li ċ-ċaħda tar-rikors tiegħu minħabba li skond l-Artikolu 230 hu inammissibbli, jikser id-dritt tiegħu għal rimedju ġudizzjarju effettiv, li hu ggarantit mill-Artikolu 47 tal-Karta tad-Dirttijiet Fundamentali. F'dan ir-rigward l-AIT isostni li r-rikors quddiem il-qrati nazzjonali, għall-kuntrarju ta' li ġie speċifikat fil-punt 32 tad-Digriet ikkontestat, ma jissodissfax il-kundizzjonijiet neċessarji biex rikors jkun meqjus bħala effettiv skond il-ġurisprudenza. Fil-fatt għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja, fis-sentenza tagħha tal-25 ta' Lulju 2002, Unión de Pequeños Agricultores vs il-Kunsill (C-50/00 P, Ġabra. p. I-6677), irrifjutat li sseġwi il-konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali, ir-raġunijiet li ħadet in konsiderazzjoni mhumiex validi f'dak li jikkonċerna persuna ġuridika mhux stabbilita fi Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea, bħall-AIT.
48 Din ir-raġuni għandha tiġi respinta. Fil-fatt jrid jiġi rrilevat, li wara li kkonstata ġie evalwat fil-punt 31 tad-Digriet ikkontestat li l-AIT ma setax jippretendi li d-deċiżjoni in kwistjoni pproduċiet effetti legali vinkolanti ta' tali natura li jaffettwaw l-interessi tiegħu billi b'mod illi jbiddlu konsiderevolment il-pożizzjoni legali tiegħu, il-Qorti tal-Prim'Istanza kkonstatat fil-punt 32 ta' l-istess Digriet li, jekk l-AIT jikkunsidra ruħu ddanneġġjat minħabba l-imġieba allegatament illegali tas-sur Lefèvre kif ukoll minħabba l-allegata "użurpazzjoni" tal-logo "CEERD", dejjem jista' jiddefendi d-drittijiet tiegħu quddiem il-qrati nazzjonali kompetenti.
49 F'dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar li l-AIT fetaħ kawża kontra s-sur Lefèvre għal falsifikazzjoni quddiem it-tribunal de grande instance ta' Pariġi fit-2 ta' Settembru 2003.
50 Minn dan isegwi li f'dan il-każ, l-AIT ma jista' fl-ebda każ jibbaża ruħu fuq ksur tad-dritt tiegħu għal protezzjoni effettiva mill-qrati.
51 Jirriżulta mill-kunsidrazzjonijiet preċedenti li t-tielet raġuni wkoll għandha tiġi respinta bħala mhux fondata u, għaldaqstant, għandhom jiġu miċħuda t-talbiet għall-annullament tad-Digriet ikkontestat.
52 Peress li t-talbiet l-oħra ta' l-appell ġew ippreżentati fl-ipoteżi li l-Qorti tal-Ġustizzja tannulla d-Digriet ikkontestat, hemm lok li l-appell jiġi miċħud kollu kemm hu.
Fuq l-ispejjeż
53 Skond l-Artikolu 69(2) tar-Regoli tal-Proċedura, li sar applikabbli għall-proċedura ta' appell skond l-Artikolu 118 ta' dawn ir-Regoli, il-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba. Peress li l-AIT tilef, hemm lok li huwa jiġi ordnat ibati l-ispejjeż kif mitlub mill-Kummissjoni.
Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tieni Awla) taqta' u tiddeċiedi
1) L-appell huwa miċħud.
2) L’Asian Institute of Technology (AIT) għandu ibati l-ispejjeż.
Firem
* Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.