10.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2011 — Freistaat Sachsen vs Il-Ġermanja

(Kawża T-357/02 RENV) (1)

(Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet tal-Land ta’ Sachsen - Għajnuna għall-formazzjoni, għall-parteċipazzjoni f’fieri u espożizzjonijiet, u għall-kooperazzjoni u għall-promozzjoni tal-istil - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għanuna għal parti kompatibbli u għal parti inkompatibbli mas-suq komuni - Skema ta’ għajnuna favur impriżi żgħar u ta’ daqs medju - Nuqqas ta’ eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali - Obbligu ta’ motivazzjoni)

2011/C 269/86

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Freistaat Sachsen (il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Lübbig, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Gross, V. Kreuschitz u T. Maxian Rusche, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2, u tal-Artikoli 3 u 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/226/KE, tal-24 ta’ Settembru 2002, dwar l-iskema ta’ għajnuna li l-Ġermanja tippjana li timplementa — “Linji gwida favur impriżi żgħar u ta’ daqs medju — Titjib tal-operazzjonijiet tal-impriżi ta’ Sachsen” — Programmi sekondarji 1 (formazzjoni), 4 (parteċipazzjoni f’fieri u espożizzjonijiet), 5 (kooperazzjoni) u 7 (promozzjoni tal-istil) (ĠU 2003, L 91, p. 13).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Freistaat Sachsen (il-Ġermanja) għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, kemm quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.


(1)  ĠU C 31, 08.02.2003.