15.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 209/39 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Lulju 2008 — Alitalia vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-301/01) (1)
(Għajnuna mill-Istat - Rikapitalizzazzjoni ta' Alitalia min-naħa ta' l-awtoritajiet Taljani - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kumpatibbli mas-suq komuni - Deċiżjoni meħuda wara sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza li tannulla deċiżjoni preċedenti - Ammissibbiltà - Ksur ta' l-Artikolu 233 KE - Ksur ta' l-Artikoli 87 KE u 88 KE - Kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna - Obbligu ta' motivazzjoni)
(2008/C 209/65)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Alitalia — Linee aeree italiane Spa (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: M. Siragusa, G.M. Roberti, G. Scassellati Sforzolini, F. Moretti u F. Sciaudone, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Di Bucci, aġent, assistit minn A. Abate u G. Conte, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 201/723/KE tat-18 ta' Lulju 2001, dwar ir-rikapitalizzazzjoni tal-kumpannija Alitalia (ĠU L 271, p. 28)
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Alitalia — Linee aeree Italiane SpA hija kkundannata għall-ispejjeż. |