9.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/18


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Jannar 2013 — Cooperativa Mare Azzurro et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-218/00) (1)

(Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Tnaqqis tal-piżijiet soċjali favur impriżi stabbiliti fit-territorju ta’ Venezia u ta’ Chioggia - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq komuni u li timponi l-irkupru tal-għajnuna mogħtija - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt)

2013/C 71/28

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Cooperativa Mare Azzurro Soc. coop. rl (Chioggia, l-Italja); Cooperativa vongolari Sottomarina Lido Soc. coop. rl (Chioggia) (rappreżentanti: inizjalment G. Boscolo, sussegwentement A. Boscolo, avukati); u Ghezzo Giovanni & C. Snc di Ghezzo Maurizio & C. (Venezia, l-Italja) (rappreżentanti: R. Volpe u C. Montagner, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, aġent, assistit minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/394/KE, tal-25 ta’ Novembru 1999, dwar il-miżuri ta’ għajnuna favur impriżi stabbiliti fit-territorju ta’ Venezia u ta’ Chioggia, previsti mil-Liġijiet Nru 30/1997 u Nru 206/1995 li jistabbilixxu tnaqqis tal-piżijiet soċjali (ĠU 2000, L 150, p. 50).

Dispożittiv

(1)

L-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni Ewropea hija marbuta mal-mertu.

(2)

Ir-rikors huwa miċħud bħala, parzjalment, manifestament inammissibbli u, parzjalment, manifestament infondat fid-dritt.

(3)

Cooperativa Mare Azzurro Soc. coop. rl, (Cooperativa vongolari Sottomarina Lido Soc. coop. rl u Ghezzo Giovanni & C. Snc di Ghezzo Maurizio & C. għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk tal-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 302, 21.10.2000.