2.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 197/18


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-26 ta' Ġunju 2008 — Alferink et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-94/98) (1)

(“Rikors għad-danni - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Ħalib - Imposta addizzjonali - Kwantità ta' referenza - Produttur li kien daħal għal impenn ta' non-kummerċjalizzazzjoni - Rekwiżit ta' produzzjoni fl-impriża agrikola SLOM inizjali - Artikolu 3a tar-Regolament (KEE) Nru 1546/88, kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1033/89 - Formulazzjoni allegatament ambigwa tad-dispożizzjoni applikabbli - Prinċipju ta' ċertezza legali’)

(2008/C 197/30)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Alfonsius Alferink (Heeten, l-Olanda) u s-67 rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: H. Bronkhorst u E. Pijnacker Hordijk, wara H. Bronkhorst, E. Pijnacker Hordijk u J. Slusmans, u fl-aħħar E. Pijnacker Hordijk, avocats)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: T. van Rijn, aġent)

Suġġett

Talba għall-kumpens, b'applikazzjoni ta' l-Artikolu 178 tat-Trattat KE (li sar l-Artikolu 235 KE) u tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 215 tat-Trattat KE (li sar it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 288 KE), tad-danni allegatament imġarrba mir-rikorrenti minħabba li l-Kummissjoni, meta adottat ir-Regolament (KEE) Nru 1033/89, ta' l-20 ta' April 1989, li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1546/88 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-imposta addizzjonali msemmija fl-Artikolu 5c tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 (ĠU L 110, p. 27), li ma jipprevedix b'mod ċar u preċiż li l-produzzjoni tal-ħalib kellha terġa' tibda mill-impriża agrikola SLOM inizjali, kisret il-prinċipju ta' ċertezza legali.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Alfonsius Alferink u s-67 rikorrenti l-oħra li l-lista tagħhom tidher fl-anness huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 358, 21.11.1998.