OPINJONI 1/91 TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA

14 ta' Diċembru 1991

"Abbozz ta' ftehim bejn il-Komunità, minn naħa, u l-pajjiżi ta' l-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Kummerċ Ħieles, min-naħa l-oħra, dwar il-ħolqien ta’ Żona Ekonomika Ewropea."

Il-Qorti tal-Ġustizzja saretilha talba għal opinjoni, ippreżentata fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fl-14 ta' Awwissu 1991, magħmula mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 228(1) tat-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, li jgħid:

"Il-Kunsill, il-Kummissjoni jew Stat Membru, jistgħu, preliminarjament, jiksbu l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-Kompatibilità tal-ftehim kontemplat mad-dispożizzjonijiet ta' dan it-Trattat. Ftehim li jkun l-oġġett ta' opinjoni negattiva mill-Qorti tal-Ġustizzja ma jkunx jista' jidħol fis-seħħ jekk mhux taħt dawk il-kundizzjonijiet iddeterminati skond iċ-ċirkustanzi, skond l-Artikolu 236."

I – Preżentata tat-talba għal opinjoni

B'din it-talba, il-kummissjoni talbet l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fuq il-kompatibbiltà mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat KEE ta’ abbozz ta' ftehim li jirrigwarda l-ħolqien taż-Żona Ekonomika Ewropea (iktar 'il quddiem il-"ftehim" u ż-"Żona EE") u, b'mod iktar partikolari, ta' mekkaniżmu ġudizzjarju li dan il-ftehim huwa intiż li jistabbilixxi. Huwa jirrigwarda ftehim ta' assoċjazzjoni li għandu jiġi konkluż fuq il-bażi ta' l-Artikolu 238 tat-Trattat.

Il-ftehim huwa s-suġġett ta' negozjati bejn il-Kummissjoni, bis-saħħa ta' mandat tal-Kunsill tat-18 ta' Marzu 1990, f'isem il-Komunità skond deċiżjoni tal-Kunsill, u l-pajjiżi ta' l-Assoċjazzjoni Ewropea ta' kummerż ħieles u l-Prinċipat ta' Liechtenstein, li ppreżenta uffiċjalment it-talba ta' adeżjoni tiegħu ma' l-EFTA fl-1 ta' Marzu 1991 (iktar 'il quddiem il-"pajjiżi ta' l-EFTA " jew l-"Istati ta' l-EFTA").

It-test tal-ftehim, (li t-termini tiegħu ma kienux definittivi) kien anness mat-talba għal opinjoni.

Il-Qorti tal-Ġustizzja qed tagħti l-opinjoni tagħha fuq il-bażi tal-verżjoni Ingliża tal-ftehim. Dan it-test kien ġie kkomunikat mill-Kummissjoni, b'ittra tat-30 ta' Ottubru, fl-istadju ta' qabel ma ġie inizjalat.

Sabiex timmotiva t-talba għal opinjoni, il-Kummissjoni indikat li l-ftehim jipprevedi sistema ta' stħarriġ ġudizzjarju sabiex jirregola l-kontroversji bejn il-partijiet kontraenti, ir-regolazzjoni tal-kontroversji interni fl-EFTA u tal-proċeduri li jsaħħu l-uniformità ġuridika fi ħdan iż-Żona EE. Filwaqt li tinsab konvinta li din is-sistema tagħti garanziji ċerti għall-Komunità, il-Kummissjoni, sabiex tilħaq ċertezza legali, qieset li kien opportun li tikkonsulta l-Qorti tal-Ġustizzja skond l-Artikolu 288 tat-Trattat, b'mod partikolari fuq xi punti partikolari tas-sistema proposta.

II – Proċedura

Skond l-Artikolu 107(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-talba għal opinjoni ġiet innotifikata lill-Kunsill u lill-Istati membri. Noti ta' osservazzjonijiet ġew ippreżentati mill-Kunnissjoni kif ukoll mill-gvernijiet tar-Renju Unit, tar-Renju tal-Belġju u tar-Renju ta' Spanja.

Il-Kummissjoni, il-Kunsill u l-gvernijiet ta' l-Istati membri ġew mitluba mill-Qorti tal-Ġustizzja jirrispondu għal xi mistoqsijiet li kienu ġew magħmula lilhom bil-miktub. Dawn ġew ippreżentati matul is-seduta fil-magħluq li nżammet fis-sede tal-Qorti tal-Ġustizzja, fis-26 ta' Novembru 1991, u li fiha rrispondew għal dawn il-mistoqsijiet.

L-Avukati Ġenerali nstemgħu mill-Qori tal-Ġustizzja in camera, skond l-Artikolu 108(2) tal-Regoli tal-Proċedura, fit-3 ta' Diċembru 1991.

III – Analiżi tal-ftehim

Preċedenti

Mill-1973, ir-relazzjonijiet kummerċjali bejn il-komunità u l-pajjiżi ta' l-EFTA, kif ukoll il-Liechtenstein, huma rregolati minn ftehim ta' kummerċ ħieles bilaterali. F'Jannar ta’ l-1989, il-President tal-Kummissjoni ppropona, quddiem il-Parlament Ewropew, titjib u intensifikazzjoni tar-relazzjonijiet bejn il-Komunità u l-EFTA. Peress li din il-proposta ntlaqat pożittivament mill-pajjiżi ta' l-EFTA, saru numru ta' laqgħat li wasslu għal deċiżjoni li jinbdew negozjati formali. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni ġiet awtorizzata mill-Kunsill "tiftaħ negozjati mal-pajjiżi ta' l-EFTA u l-Liechtenstein sabiex jiġi konkluż ftehim bejn il-komunità u dawn il-pajjiżi filwaqt li taġixxi bħala interlokutur uniku, dwar il-ħolqien ta’ Żona Ekonomika Ewropea". Dawn in-negozjati nfetħu uffiċjalment fl-1 ta' Lulju 1990.

Kontenut tal-ftehim

Il-ftehim jikkonsisti f'disa' partijiet, ippreċeduti minn preambolu: 1) għanijiet u prinċipji; 2) moviment liberu tal-merkanzija; 3) moviment liberu tal-persuni, tas-servizzi, u tal-kapitali; 4) kompetizzjoni u regoli komuni oħra; 5) dispożizzjonijiet orizzontali li jirrigwardaw l-erba' libertajiet indikati iktar 'il fuq (f'materja ta' politika soċjali, ta' protezzjoni tal-konsumaturi, ta' ambjent, ta' statistika u tad-dritt tal-kumpanniji; 6) proċeduri ta' kooperazzjoni 'l barra mill-erba' libertajiet; 7) dispożizzjonijiet istituzzjonali; 8) fondi; u 9) dispożizzjonijiet finali.

L-unika premessa tal-prembolu tal-ftehim hija fformulata kif ġej:

"Considering the objective to establish a dynamic and homogeneous European Economic Area, based on common rules and equal conditions of competition and providing for the adequate means of enforcement including at the judicial level, and achieved on the basis of equality and reciprocity and of an overall balance of benefits, rights and obligations for the Contracting Parties."

L-Artikolu 1(1) tal-ftehim jiddisponi li:

"The aim of this Agreement of association is to promote a continuous and balanced strengthening of trade and economic relations between the Contracting Parties with equal conditions of competition, and the respect of the same rules, with a view to creating a homogeneous European Economic Area, hereinafter referred to as the EEA."

L-Artikolu 6 tal-ftehim huwa fformulat kif ġej:

"Without prejudice to future developments of case-law, the provisions of this Agreement, in so far as they are identical in substance to corresponding rules of the Treaty establishing the European Economic Community and the Treaty establishing the European Coal and Steel Community and to acts in application of these two Treaties, shall in their implementation and application be interpreted in conformity with the relevant rulings of the Court of Justice of the European Communities given prior to the date of signature of this Agreement."

L-Artikolu 7 tal-ftehim jiddisponi li:

"Acts referred to or contained in the Annexes to this Agreement or in decisions of the EEA Joint Committee shall be binding upon the Contracting Parties and be, or be made, part of their internal legal order as follows:

(a)      an act corresponding to an EEC regulation shall as such be made part of the internal legal order of the Contracting Parties;

(b)      an act corresponding to an EEC directive shall leave to the authorities of the Contracting Parties the choice of form and method of implementation."

Il-protokoll 35, intitolat "Protocol 35 on the implementation of EEA rules" li l-Artikolu 1 tiegħu jirreferi għall-Artikolu 7 tal-ftehim,huwa fformulat kif ġej:

"Whereas this Agreement aims at achieving a homogeneous European Economic Area, based on common rules, without requiring any Contracting Party to transfer legislative powers to any institution of the European Economic Area;

and

whereas this consequently will have to be achieved through national procedures;

Article 1

The Contracting Parties take into account that when implementing a part of an act corresponding to an EEC directive, which is clear, precise and unconditional, subparagraph (a) of Article 7 of the Agreement shall apply.

Article 2

For cases of possible conflicts between implemented EEA rules and other statutory provisions, the Contracting Parties undertake to introduce, if necessary, a statutory provision to the effect that EEA rules shall prevail in these cases."

Il-parti VII, intitolata "dispożizzjonijiet istituzzjonali" (Artikoli 89 - 120) hija komposta minn erba' Kapitoli. L-ewwel kapitolu, intitolat "the structure of the association" għandu ħames taqsimiet, li s-sezzjoni 1 tiegħu tirrigwarda l-Kunsill taż-Żona EE. Il-Kunsill taż-Żona EE, komposta minn membri tal-Kunsill u minn membri tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, kif ukoll minn membru tal-gvern ta' kull pajjiz ta' l-EFTA, huwa inkarigat b'mod partikolari li jiddefinixxi l-orjentazzjonijiet ġenerali u li jagħti x-xeħta politika fil-kuntest ta' l-implementazzjoni tal-ftehim. Is-sezzjoni 2 tirrigwarda l-kumitat konġunt, kompost minn rappreżentanti tal-partijiet kontraenti, li huwa inkarigat li jimplementa l-ftehim u li jassigura t-tħaddim tiegħu. Is-sezzjoni 3 tiegħu, intitolata "the EEA courts", għandha d-dispożizzjonijiet segwenti:

"Article 95

1. An independent EEA Court, functionally integrated with the Court of Justice of the European Communities, is hereby established. The EEA Court shall exercise the functions which follow from Article 96. Each EFTA State shall nominate one Judge to the Court.

2. The Court, when sitting in plenary session,1(1) shall be composed of five Judges of the Court of Justice of the European Communities and, on the basis of rotation, three of the Judges nominated by the EFTA States.

3. At the request of the Court, the EEA Council may allow it to establish Chambers, each consisting of three or five Judges.(2)

4. The Presidency of the Court shall be held alternatively by one of the Judges of the Court of Justice of the European Communities and by one of the Judges nominated by the EFTA States.

Article 96

1. The EEA Court is competent for:

(a)      the settlement of disputes between the Contracting Parties;

(b)      actions concerning the surveillance procedure regarding the EFTA States;

(c)      appeals concerning decisions in the field of competition initiated by the EFTA Surveillance Authority.

2. The EEA Court may be seized by:

(a)      the EEA Joint Committee or the Contracting Parties in cases for settlement of disputes in accordance with Article 117;

(b)      a natural or legal person or by the EFTA Surveillance Authority on appeal against decisions given by the EEA Court of First Instance in the field of competition in accordance with Article 102;

(c)      the EC Commission or the EFTA Surveillance Authority in cases of conflict of competence arising under the provisions of Chapter 1 of Part IV.

3. In addition, the EEA Court may be seized under the provisions of a separate agreement between the EFTA States establishing an EFTA Surveillance Authority by:

(a)      the EFTA Surveillance Authority under the surveillance procedure referred to in Article 116 regarding the fulfilment of the obligations under this Agreement by the EFTA States;

(b)      an EFTA State or a natural or legal person in actions against the EFTA Surveillance Authority.

Article 97

The Contracting Parties concerned, and the surveillance authorities, i.e. the EC Commission and the EFTA Surveillance Authority, as the case may be, shall take the necessary measures to comply with the judgments of the EEA Court.

Article 98

The EEA Court shall have unlimited jurisdiction in regard to penalties imposed by the EFTA Surveillance Authority.

Article 99

Actions brought before the EEA Court shall not have suspensory effect. The EEA Court may, however, if it considers that circumstances so require, order that application of the contested act be suspended.

Article 100

The EEA Court may, where seized in accordance with Article 96(2) (b) or (3), prescribe any necessary interim measures.

Article 101

1. An independent EEA Court of First Instance, attached to the EEA Court, is hereby established. It shall ensure the legal control of decisions of the EFTA Surveillance Authority relating to competition rules applicable to undertakings. Each EFTA State shall nominate one Judge to the Court.

2. The EEA Court of First Instance shall be composed of three of the Judges nominated by the EFTA States, on the basis of rotation, and two Judges of the Court of First Instance of the European Communities.

3. The Presidency of the Court shall be held alternatively by one of the Judges nominated by the EFTA States and by one of the Judges of the Court of First Instance of the European Communities.

Article 102

The EEA Court of First Instance shall have jurisdiction at first instance in actions brought by a natural or legal person against a decision by the EFTA Surveillance Authority, relating to the implementation of the competition rules applicable to undertakings, if that decision is addressed to that person or if it is of direct and individual concern to him.

In addition, the EEA Court of First Instance shall have the competences conferred on the EEA Court in Artikoli 98 to 100.

The EEA Court of First Instance shall also be competent to give rulings in actions against the EFTA Surveillance Authority in accordance with provisions to be laid down in a separate agreement between the EFTA States establishing the EFTA Surveillance Authority.

Article 103

1. The Statutes of the EEA Court and of the EEA Court of First Instance, including, in particular, the rules on the functioning of the two Courts, the appointment of the Judges and the Presidents and their terms of office are laid down in Protocol 33.(3)

2. The EEA Court and the EEA Court of First Instance shall adopt their rules of procedure, to be approved by the EEA Council.

Article 104

1. In order to ensure as uniform as possible an interpretation of this Agreement, in full deference to the independence of courts, the EEA Court, the EEA Court of First Instance, the Court of Justice of the European Communities, the Court of First Instance of the European Communities and the Courts of the EFTA States shall, when applying and interpreting respectively the provisions of this Agreement or provisions of the Treaty establishing the European Economic Community and the Treaty establishing the European Coal and Steel Community, as amended or supplemented, or of the acts adopted in pursuance thereof, which are identical in substance to the provisions of this Agreement, pay due account to the principles laid down by any relevant decisions delivered by the other Courts.

A system of exchange of information concerning judgments by courts of last instance shall be set up by the EEA Joint Committee. This system shall comprise:

(a)      transmission to the Registrar of the EEA Court of judgments delivered by such courts on the interpretation and application of, on the one hand, this Agreement or, on the other hand, the Treaty establishing the European Economic Community and the Treaty establishing the European Coal and Steel Community, as amended or supplemented, as well as the acts adopted in pursuance thereof in so far as they concern provisions which are identical in substance to those of this Agreement;

(b)      classification of these judgments by the Registrar of the EEA Court including, as far as necessary, the drawing up and publication of translations and abstracts;

(c)      communication by the Registrar of the EEA Court of the relevant documents to the competent national authorities, to be designated by each Contracting Party.

2. Provisions on the possibility for an EFTA State to allow a court or tribunal to ask the Court of Justice of the European Communities to express itself(4) on the interpretation of an EEA rule are laid down in Protocol 34.

Article 105

Decisions under this Agreement by the EFTA Surveillance Authority and the EC Commission which impose a pecuniary obligation on persons other than States, shall be enforceable. The same shall apply to such judgments under this Agreement by the EEA Court, the EEA Court of First Instance, the Court of Justice of the European Communities and the Court of First Instance of the European Communities.

Enforcement shall be governed by the rules of civil procedure in force in the State in the territory of which it is carried out. The order for its enforcement shall be appended to the decision, without other formality than verification of the authenticity of the decision, by the authority which each Contracting Party shall designate for this purpose and shall make known to the other Contracting Parties, the EFTA Surveillance Authority, the EC Commission, the EEA Court, the EEA Court of First Instance, the Court of Justice of the European Communities and the Court of First Instance of the European Communities.

When these formalities have been completed on application by the party concerned, the latter may proceed to enforcement in accordance with the law of the State in the territory of which enforcement is to be carried out, by bringing the matter directly before the competent authority.

Enforcement may be suspended only by decision of the EEA Court or of the EEA Court of First Instance. However, the courts of the States concerned shall have jurisdiction over complaints that enforcement is being carried out in an irregular manner."

Il-protokoll 34, li għalih jirreferi l-Artikolu 104(2), intitolat "Protocol 34 on the possibility for courts and tribunals of EFTA States to request the Court of Justice of the European Communities to express itself on the interpretation of EEA rules corresponding to EC rules", huwa fformulat kif ġej:

"Article 1

When a question of interpretation of provisions of the Agreement, which are identical in substance to the provisions of the Treaties establishing the European Communities, as amended or supplemented, or of acts adopted in pursuance thereof, arises in a case pending before a court or tribunal of an EFTA State, the court or tribunal may, if it considers this necessary, ask the Court of Justice of the European Communities to express itself on such a question.

Article 2

An EFTA State which intends to make use of this Protocol shall notify the Depositary and the Court of Justice of the European Communities to what extent and according to what modalities the Protocol will apply to its courts and tribunals.

Article 3

The Depositary shall notify the Contracting Parties of any notification under Article 2."

Is-sezzjonijiet 4 u 5 ta' l-ewwel Kapitolu tal-parti VII tal-ftehim jirrigwardaw il-kooperazzjoni parlamentari u l-kooperazzjoni bejn is-sieħba ekonomiċi u soċjali.

Il-kapitolu 2 huwa ddedikat għall-proċess deċiżjonali.

Il-kapitolu 3, intitolat "Surveillance procedure and settlement of disputes", għandu d-dispożizzjonijiet segwenti:

"Article 116

1. The EFTA States shall establish an independent surveillance authority (EFTA Surveillance Authority) as well as procedures similar to those existing in the Community including procedures for ensuring the fulfilment of obligations under this Agreement and for control of the legality of acts of the EFTA Surveillance Authority regarding competition.

The fulfilment of the obligations under this Agreement shall be monitored by, on the one hand, the EFTA Surveillance Authority and, on the other, the EC Commission acting in conformity with the Treaty establishing the European Economic Community, the Treaty establishing the European Coal and Steel Community and this Agreement.

2. In order to ensure a uniform surveillance throughout the EEA, the EFTA Surveillance Authority and the EC Commission shall cooperate, exchange information and consult each other on surveillance policy issues and individual cases.

3. The EC Commission and the EFTA Surveillance Authority shall receive any complaints concerning the application(5) of this Agreement. They shall inform each other of complaints received.

4. Each of these bodies shall examine all complaints falling within its competence and shall pass to the other body any complaints which fall within the competence of that body.

5. In case of disagreement between these two bodies with regard to the action to be taken in relation to a complaint or with regard to the result of the examination, either of the bodies may refer the matter to the EEA Joint Committee which shall deal with it in accordance with Article 117.

Article 117

1. The EEA Joint Committee or a Contracting Party may bring a matter under dispute which concerns the application(6) of this Agreement before the EEA Court in accordance with the following provisions.

2. The EEA Joint Committee shall be provided with all information which might be of use in making possible an in-depth examination of the situation, with a view to settling the dispute and finding a solution acceptable to the Contracting Parties.

3. A Contracting Party may bring a matter under dispute before the EEA Court. In doing so it shall, however, first submit the matter to the EEA Joint Committee. If it is not resolved after two consecutive meetings of the Committee, either the Committee shall, unless otherwise decided, or a Contracting Party may, bring the matter before the EEA Court. For the Community, it shall be for the EC Commission to bring the matter before the EEA Court."

IV – Sunt ta' l-osservazzjonijiet bil-miktub ippreżentati mill-istituzzjonijiet u l-gvernijiet

Osservazzjonijiet ġenerali

Il-Kummissjoni tenfasizza li l-ftehim huwa ta' natura ferm differenti minn dik ta' ftehim ta' assoċjazzjoni konklużi mill-Komunità s'issa. Il-ftehim ser jirrifletti mhux biss l-Acquis Komunitarju eżistenti sad-data tal-firma tiegħu, imma wkoll id-dritt komunitarju eżistenti f'dawk l-oqsma koperti mill-ftehim. Fir-rigward tal-kontenut tal-ftehim, il-Kummissjoni tenfasizza li r-rabtiet bejn il-komunità u l-pajjiżi ta' l-EFTA jistrieħu direttament fuq it-Trattat KEE u l-atti adottati mill-istituzzjonijiet tal-Komunità bis-saħħa tiegħu. Il-proċedura deċiżjonali prevista mill-ftehim tirrifletti, minn naħa, l-interess li jiġi estiż l-Acquis Komunitarju filwaqt li titħares l-awtonomija deċiżjonali tal-Komunità u, min-naħa l-oħra, ir-rispett tar-rieda ta' Stati sovrani li m'għandhom il-ħsieb la li jittrasferixxu xi kompetenzi u lanqas li jagħtu setgħat leġiżlattivi lill-organi tal-ftehim.

L-għan tal-ftehim huwa li tinħoloq żona ekonomika uniformi li fiha d-dritt, sostanzjalment identiku għal dak fis-seħħ ġewwa l-KEE, ikun applikabbli bl-iktar mod uniformi possibbli.

Wara li fakkret li s-sistema ġudizzjarja prevista mill-ftehim tfittex tliet għanijiet, jiġifieri r-regolament tal-kontroversji bejn il-partijiet kontraenti, ir-regolament tal-kontroversji ġewwa l-EFTA u t-tisħiħ ta' l-uniformità ġuridika fi ħdan iż-Żona EE, il-Kummissjoni tippreċiża li dawn il-kompetenzi differenti jiġu eżerċitati kemm minn qorti taż-Żona Ekonomika Ewropea (iktar 'il quddiem il-"Qorti ŻEE"), li hija indipendenti, imma integrata funzjonalment, mal-Qorti tal-Ġustizzja, u minn Tribunal ta' l-ewwel istanza ŻEE, indipendenti imma annessa mal-Qorti ŻEE, kemm mill-Qorti tal-Ġustizzja stess. Il-kompożizzjoni tal-Qorti ŻEE u dik tat-Tribunal ŻEE tippermetti lill-Imħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja, preżenti f'dawn iż-żewġ istanzi, li jagħtu l-esperjenza kbira tagħhom, minn naħa, tad-dritt Komunitarju fil-Komunità u, min-naħa l-oħra, tal-projezzjoni tagħha fiż-Żona EE u li tassigura b'hekk l-uniformità fl-applikazzjoni ta' dan id-dritt.

Għall-finijiet tar-regolament tal-kontroversji bejn il-partijiet kontraenti, il-Qorti ŻEE tkun tista' tiġi mitluba tiddeċiedi kemm mill-kumitat konġunt, kemm direttament minn parti kontraenti, jekk il-kumitat konġunt ma jkunx solva l-kontroversja wara żewġ laqgħat konsekuttivi.

F'dak li jirrigwarda l-kontroversji ġewwa l-EFTA, jistgħu jiġu distinti żewġ tipi. L-ewwel nett, il-kontroversji bejn l-awtorità ta' sorveljanza u l-pajjiżi membri ta' l-EFTA, jiġifieri l-proċeduri ta' ksur li l-awtorità ta' sorveljanza EFTA tkun mistennija tistitwixxi kontra l-pajjiżi membri ta' l-EFTA għal nuqqas ta' twettiq ta' l-obbligi li jkollhom bis-saħħa tal-ftehim, kif ukoll l-appelli kontra d-deċiżjonijiet mogħtija minn din l-awtorità fl-kamp ta' l-għajnuniet mogħija mill-istat. Hija l-Qorti ŻEE li għandha taqta' dawn il-kwistjonijiet. It-tieni nett, il-kawżi ta' kompetizzjoni li għalihom it-Tribunal ta' l-ewwel istanza ŻEE tkun kompetenti li tiddeċiedi fl-ewwel istanza, filwaqt li l-Qorti ŻEE tkun tista' tintalab taqta' fl-appell fuq deċiżjonijiet mogħtija mill-qorti fl-ewwel istanza.

Fir-rigward tat-tisħiħ ta' l-uniformità ġuridika, il-ftehim jipprevedi tliet proċeduri speċifiċi. L-ewwel waħda tikkorrispondi fil-parti l-kbira ma dik implementata mill-protokoll nru 2, anness mal-konvenzjoni, dwar il-kompetenza ġudizzjarja u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi f'materja ċivili u kummerċjali (il-konvenzjoni ta' Lugano), fuq l-interpretazzjoni uniformi ta' din il-konvenzjoni. It-tieni proċedura tipprevedi l-possibbiltà għall-pajjiżi ta' l-EFTA li jintervjenu fil-kawżi preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. It-tielet proċedura tagħti lill-qrati tal-pajjiżi ta' l-EFTA l-possibbiltà li jitolbu l-Qorti tal-Ġustizzja taħt titolu preliminari kull talba ta' interpretazzjoni rigward il-ftehim.

Is-sistema ġudizzjarja prospettata tevita, dejjem skond il-Kummissjoni, ċertu numru ta' diffikultajiet. Hija tippermetti, fil-fatt, li jiġi evitat li qorti oħra li ma tkunx il-Qorti tal-Ġustizzja jkollha l-kompetenza li tinterpreta l-ftehim taħt titolu preliminari, li l-applikazzjoni tal-ftehim, mill-Qorti ŻEE, ma jsirx mingħajr l-għarfien tad-dritt Komunitarju u tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, li r-regoli ta' kompetizzjoni ma jiġux applikati b'mod diżordinat, li l-operaturi ekonomiċi ma jkunux jistgħu jevitaw l-istħarriġ ġudizzjarju permezz ta' rikorsi preliminari u li l-Istati EFTA ma jkunux sottomessi għal imħallfin barranin.

Il-Kummissjoni trid tirċievi l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fuq erba' punti:

1)      il-kompatibbiltà tal-preżenza ta' mħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-Qorti ŻEE, mat-termini ta' l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta' April 1977 (fuq l-abbozz ta' ftehim dwar l-istituzzjoni ta' Fond Ewropew ta' waqfien min-navigazzjoni tat-tbaħħir intern, opinjoni 1/76, Ġabra p. 741);

2)      il-kompatibbiltà mat-Trattat KEE ta' dritt ta' intervent, estiż għall-pajjiżi membri ta' l-EFTA, fil-kawżi Komunitarji pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja;

3)      il-possibbiltà li jiġi permess lilll-qrati tal-pajjiżi Membri ta' l-EFTA li jissottomettu domandi ta' interpretazzjoni tal-ftehim lill-Qorti tal-Ġustizzja, mingħajr modifika tat-Trattat KEE;

4)      jekk l-Artikolu 238 tat-Trattat KEE jippermettix il-binja ġudizzjarja prevista mill-ftehim.

Il-parteċipazzjoni tal-Membri tal-Qorti tal-Ġustizzja f'qorti oħra

Il-Kummissjoni ssaqsi jekk wieħed għandux iqis, fuq l-eżempju ta' l-opinjoni 1/76, iċċitata iktar 'il fuq, jekk l-imħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja jistgħux jipparteċipaw f'qorti oħra jew jekk wieħed għandux pjuttost jikkunsidra jekk il-kliem ta' din l-opinjoni mhumiex rilevanti fil-każ in kwistjoni. Il-Kummissjoni tippreċiża, f'dan ir-rigward, li l-ftehim jiddistingwi ruħu mill-ftehim li kien is-suġġett ta' l-opinjoni 1/76. Minn naħa, il-Qorti ŻEE ma jkollhiex il-kompetenza li tkun ġiet attribwita lill-Qorti tal-Fondi Ewropej ta' waqfien min-navigazzjoni tat-Tbaħħir intern, jiġifieri dik li tiddeċiedi taħt titolu preliminari fuq l-interpretazzjoni tal-ftehim, u, min-naħa l-oħra, il-Qorti ŻEE u l-Qorti ta' l-ewwel istanza ŻEE jkunu, minkejja l-indipendenza ġudizzjarja tagħhom, integrati funzjonalment mal-Qorti tal-Ġustizzja.

Skond il-gvern Spanjol, ir-risposta għad-domanda magħmula ma tistax tkun negattiva għal diversi raġunijiet. L-ewwel nett, l-għan tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 167 tat-Trattat KEE u ta' l-Artikoli 2, 4 u 16 ta' l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja huwa li jiggarantixxi li l-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista' twettaq l-inkarigu li huwa attribwit lilha, jiġifieri r-rispett tad-dritt fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tat-Trattati, b'mod kompletament oġġettiv, filwaqt li tevita kull pressjoni jew fehma prekonċetta.

It-tieni nett, il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat fl-opinjoni 1/76 li l-ftehim fuq il-Fondi Ewropej ta' waqfien min-navigazzjoni tat-Tbaħħir intern kien inkompatibbli mat-Trattat KEE, għar-raġuni li l-qorti prevista minn dan il-ftehim kien kompost minn sitt Membri tal-Qorti tal-Ġustizzja u li dawn ikunu jistgħu jiddeċiedu, bħala Membri ta' din il-qorti, fuq kwistjonijiet li jkunu jridu jaqtgħu bl-istess mod bħala Membri tal-Qorti tal-Ġustizzja, b'mod li l-imparzjalità li biha tkun trid taġixxi tkun kompromessa. Issa, hemm ir-riskju li tali sitwazzjoni tiġi riprodotta fil-każ in kwistjoni. Fil-fatt, huwa possibbli li l-imħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja jintepretaw u japplikaw, bħala Membri tal-Qorti ŻEE, dispożizzjonijiet Komunitarji li jkollhom, sussegwentement, jinterpretaw jew japplikaw mill-ġdid, bħala Membri tal-Qorti tal-Ġustizzja. Il-gvern Spanjol iqis li f'tali ipoteżi l-imħallef, li jkun ipparteċipa fid-deliberazzjonijiet tal-Qorti ŻEE, ma jiddeċidix iktar bl-imparzjalità meħtieġa. Jekk jastjeni milli jintervjeni, skond l-Artikolu 16 ta' l-Istatut, jista' jiġri, kif indikat l-opinjoni ċċitata iktar 'il fuq, li l-Qorti tal-Ġustizzja ssib ruħha fl-impossibbiltà li tilħaq il-kworum previst mill-Artikolu 15 ta' l-Istatut.

Il-gvern Spanjol iżid ukoll tliet preċiżazzjonijiet. Huwa jsostni, l-ewwel nett, li jekk il-Qorti ŻEE mhijiex kompetenti li tiddeċiedi taħt titolu preliminari fuq l-interpretazzjoni tal-ftehim, dan imur il-vers l-ieħor għall-Qorti tal-Ġustizzja li ser tkun, skond il-ġurisprudenza tagħha, dejjem kompetenti li tinterpreta taħt titolu preliminari kull ftehim konkluż bejn il-Komunità u l-pajjiżi ta' l-EFTA. Konsegwentement, it-termini ta' l-opinjoni 1/76, iċċitata iktar 'il fuq, ma jkun la effettwati u lanqas żnaturati fl-essenza tagħhom.

Il-gvern Spanjol jiddikjara sussegwentement li ma jaqbilx mal-fehma tal-Kummissjoni li tgħid li l-opinjoni 1/76 mhijiex applikabbli, fil-każ in kwistjoni, għar-raġuni li l-Qorti ŻEE u t-Tribunal ta' l-ewwel istanza ŻEE huma integrati funzjonalment mal-Qorti tal-Ġustizzja. L-Artikolu 7 tad-dispożizzjonijiet istituzzjonali tal-ftehim jgħid, fil-fatt, li l-Qorti ŻEE hija organu indipendenti u li ma hija bl-ebda mod subordinata għall-Qorti tal-Ġustizzja.

Il-gvern Spanjol jikkonstata fl-aħħar nett li l-Artikolu 104 tad-dispożizzjonijiet istituzzjonali ta' l-abbozz ta' ftehim ma jikkjarifikax il-kwistjoni li jsir magħruf f'liema miżura sentenza tal-Qorti ŻEE torbot lil-Qorti tal-Ġustizzja, meta din teżamina punt li fuqu l-Qorti ŻEE tkun diġà ppronunzjat ruħha.

Il-gvern Belġjan jaqbel ma l-analiżi tal-Kummissjoni dwar ir-rilevanza ta' l-opinjoni 1/76 fil-każ preżenti. Il-Qorti ŻEE ma jkollhiex il-kompetenza li tiddeċiedi taħt titolu preliminari, kontra dak li ġie previst għall-Qorti tal-Fondi Ewropej ta' waqfien min-navigazzjoni. Barra minn hekk, il-Qorti ŻEE tkun funzjonalment integrata mal-Qorti tal-Ġustizzja, imma tkun ser tħares l-indipendenza kollha tagħha. Il-preżenza ta' Mħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja ma tbiddilx in-natura ġuridika tal-Qorti ŻEE. F'dak li jirrigwarda n-nuqqas ta' kompetenza li tiddeċiedi taħt titolu preliminari, il-gvern Belġjan osserva li kemm il-Qorti tal-Ġustizzja kif ukoll il-Qorti ŻEE jiġu mitluba jippronunzjaw ruħhom fuq l-istess regoli tad-Dritt Komunitarju.

Skond il-gvern tar-Renju Unit, huwa kompatibbli, mat-Trattat KEE u l-opinjoni 1/76, li Mħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja joqgħodu fil-Qorti ŻEE. Ir-raġunament tal-Qorti tal-Ġustizzja f'din l-opinjoni kien ikkundizzjonat mill-fatt li l-kompetenza tal-qorti tal-Fondi biex tiddeċiedi fuq l-interpretazzjoni tal-ftehim kienet tiġi eżerċitata parallelament ma dik tal-Qorti tal-Ġustizzja.

L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 16 ta' l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja fuq l-inkapaċità ta' Mħallef li jieħu konjizzjoni ta’ kawża li fiha huwa jkun intervjena bħala avukat, konsulent jew Imħallef tikkorrispondi ma' l-impossibbiltà li jkun Imħallef jew parti fl-istess kawża. Huwa ma jikkonċernax il-pożizzjoni ta' Mħallef li joqgħod suċċessivament f'kawżi differenti, li jirrigwardaw kwistjonijiet li jixxiebħu jew ikunu identiċi, bħal meta l-Qorti tal-Ġustizzja tippronunzja ruħha taħt titolu preliminari fuq punti ta' dritt li jixxiebħu jew huma identiċi għal dawk li fuqhom hija tkun diġà ppronunzjat ruħha fil-kuntest ta' proċedura għal nuqqas ta' twettiq ta' obbligu, skond l-Artikolu 169 tat-Trattat. Peress li mhijiex marbuta mid-deċiżjonijiet preċedenti, il-Qorti tal-Ġustizzja tista' dejjem tiskarta l-ġurisprudenza tagħha billi tiddeċiedi fuq kwistjoni ta' dritt b'mod differenti.

Wara li analizza l-ftehim u l-istrumenti relatati li kienu s-suġġett ta' l-opinjoni 1/76, il-gvern tar-Renju Unit ikkonkluda li kien ikun possibbli f'din il-kawża li l-Imħallfin Komunitarji kkonċernati jiġu influwenzati mid-deċiżjonijiet preċedenti tal-qorti tal-Fondi. B'hekk, l-Acquis Komunitarju seta' jiġi ppreġudikat b'mod indirett, per eżempju, bl-inċidenza tal-prinċipji tad-dritt pubbliku internazzjonali li ġew issostitwiti fil-kuntest ta' l-ordinament ġuridiku Komunitarju. Kien dan ir-riskju li wasslet il-Qorti tal-Ġustizzja li tipprekludi, fl-opinjoni 1/76 tagħha, li l-Imħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja joqgħodu fil-qorti tal-Fondi.

Barra minn hekk, ir-Renju Unit josserva li d-diffikultajiet li huma l-kawża tat-talba għall-opinjoni 1/91 huma ħafna differenti minn dawk li kkawżaw l-opinjoni 1/76. Għar-regoli tal-Fondi ta' twaqqif ta' navigazzjoni qamet il-kwistjoni li l-Imħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja, li kienu ser joqgħodu fil-qorti tal-Fondi, kellhom iwettqu żewġ inkarigi inkompatibbli. Minn naħa, kellhom, bħala membri tal-Qorti tal-Ġustizzja, jikkonservaw l-Acquis Komunitarju fl-interpretazzjoni ta' ċerti atti maħruġa mill-istituzzjonijiet, u, min-naħa l-oħra, bħala membri tal-qorti tal-Fondi, jistħarrġu sistema ġuridika bbażata fuq prinċipji tad-dritt internazzjonali pubbliku differenti minn dawk li jikkostitwixxu l-Acquis Komunitarju. Fl-opinjoni tar-Renju Unit, il-ftehim ma jqajjem l-ebda diffikultà f'dan ir-rigward safejn l-imħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja u dawk tal-Qorti ŻEE jkunu marbuta japplikaw l-istess regoli u prinċipji u li jikkonservaw b'hekk l-Acquis Komunitarju.

F'dak li jirrigwarda l-kompożizzjoni tal-Qorti ŻEE, il-gvern tar-Renju Unit josserva li ħamsa mit-tlettax-il membru tal-Qorti tal-Ġustizzja jippresjedu fih. Peress li seba' Mħallfin jistgħu jikkomponu Seduta Planarja, ikun possibbli li titlaqqa’ Seduta Plenarja mingħajr ma xi ħadd ikun ipparteċipa f'deċiżjoni preċedenti tal-Qorti ŻEE. Jekk il-parteċipazzjoni ta' ħames Imħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja fl-attivitajiet tal-Qorti ŻEE toħloq problemi amministrattivi, l-Artikolu 165 tat-Trattat KEE jipprevedi dispożittiv li jippermetti li tiġi affrontata s-sitwazzjoni li tirriżulta mill-adozzjoni tal-ftehim.

Id-dritt ta' intervent estiż

Skond il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà aċċettat l-intervent ta' pajjiżi terzi abbażi ta' l-Artikolu 37 ta' l-Istatut. Madankollu, fil-każ in kwistjoni, dan huwa dritt iktar sistematiku li jkollu bżonn ta' notifikazzjoni tad-domandi preliminari lill-pajjiżi Membri ta' l-EFTA bl-istess mod ta' dak li jsir ma' l-Istati Membri. Il-Kummissjoni tistaqsi, konsegwentement, jekk għandux jiġi emendat l-Artikolu 20 ta' l-Istatut.

Skond il-gvern Spanjol, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun affermattiva. L-Artikolu 20 ta' l-Istatut huwa suffiċjentement ċar. Huwa jipprevedi espliċitament li huma biss id-destinatarji tan-notifikazzjonijiet, elenkati b'mod limitattiv, li jistgħu jippreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub fi proċedura preliminari u jintervjenu matul is-seduta. Minkejja li l-Qorti tal-Ġustizzja qatt ma ppronunzjat ruħha fuq il-possibbiltà għal Stat terz li jippreżenta osservazzjonijiet f'kawża preliminari, hija madankollu tat interpretazzjoni restrittiva tal-lista ta' partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 20 ta' l-Istatut.

Skond il-gvern Spanjol, il-Kummissjoni ħawdet, meta semmiet l-Artikolu 37 ta' l-Istatut, żewġ tipi ta’ proċedura li huma radikalment differenti. Fil-fatt, fil-każ ta’ l-intervent in sostenn tat-talbiet ta’ waħda mill-partijiet, hemm diversi partijiet li qed jiddefendu diversi teżijiet, jiġifieri parti attriċi, parti konvenuta u terz li jidher a posteriori. Dan it-terz huwa kkwalifikat bħala "koadjuvanti" skond it-terminoloċija proċedurali Spanjola. Huwa jkollu jintervjeni in sostenn tat-talbiet ta’ waħda mill-partijiet prinċipali. F’dan ir-rigward, għandu jittieħed in kunsiderazzjoni l-fatt li l-Artikolu 37 jissuġġetta l-intervent tal-persuni barra l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet Komunitarji taħt żewġ kundizzjonijiet: minn naħa, huma għandhom jiġġustifikaw interess fis-soluzzjoni tal-kontroversja u, min-naħa l-oħra, il-kontroversja ma tridx ikollha l-Istati Membri, istituzzjonijiet tal-Komunità u ta’ l-Istati Membri u lanqas l-istituzzjonijiet Komunitarji kontra xulxin. Isegwi li l-intervent ta' stat terz, ammess mill-Qorti tal-Ġustizzja fid-digriet tat-23 ta’ Frar 1983, Chris International Foods vs Il-Kummisjoni (91/82 u 200/82, Ġabra p. 417), jitlob li dawn iż-żewġ kundizzjonijiet jintlaqgħu.

Il-gvern Spanjol jitlob li l-Artikolu 20 ta' l-Istatut għandu jiġi emendat jekk wieħed ikun irid li l-Istati EFTA kollha jkunu jistgħu jippreżentaw osservazzjonijiet fi proċedura preliminari u li l-Artikolu 37 jibqa’ limitat għall-intervent, fil-kuntest tar-rikors dirett, in sostenn tat-talbiet ta’ parti prinċipali. L-intervent huwa għal kollox differenti mill-parteċipazzjoni fi proċedura preliminari, b'mod li anki interpretazzjoni estensiva ta' l-Artikolu 37 ma tkun tista’, fl-ebda każ, tibdel il-kontenut ċar u preċiż ta' l-Artikolu 20.

Il-gvern Belġjan josserva li emenda ta' l-Artikolu 37 hija neċessarja jekk wieħed ikun irid jippermetti lill-Istati EFTA jintervjenu fit-tliet kateoriji ta’ kontroversji li fihom l-intervent ta’ persuna morali huwa eskluż. Sabiex jiġi awtorizzat lill-Istati EFTA, li ma jkunux parti fil-kawża, jippreżentaw osservazzjonijiet fil-kuntest ta’ proċedura preliminari, hemm lok li jiġi emendat l-Artikolu 20.

Il-gvern tar-Renju Unit iqis li l-proċedura proposta għall-intervent tal-pajjiżi Membri ta' l-EFTA fil-kontroversji quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja teżiġi emenda ta' l-Artikolu 37. Ma jkunx biżżejjed li wieħed jipprevedi, fil-ftehim, dritt ta’ intervent għal dawn il-pajjiżi, għaliex dan il-ftehim ma jbiddilx l-istatut fih innifsu. Ikun jaqbel għaldaqstant li jsir rikors għall-proċedura tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 188 tat-Trattat KEE. Din id-dispożizzjoni tipprevedi li l-Kunsill jkun jista’ jemenda d-dispożizzjonijiet tat-titolu III ta' l-Istatut, fuq talba tal-Qorti tal-Ġustizzja u wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni u mal-Parlament Ewropew. Il-gvern tar-Renju Unit huwa wkoll tal-fehma li għandu jiġi emendat l-Artikolu 20 sabiex jippermetti lill-pajjiżi Membri ta' l-EFTA jippreżentaw l-osservazzjonijiet fi proċedura preliminari. Hemm lok li jiġu emendati, barra minn hekk, l-Artikoli 17, 18 u 39 ta' l-Istatut.

Id-domandi preliminari magħmula mill-qrati tal-pajjiżi ta’ l-EFTA

Skond il-gvern Spanjol, ir-risposta għat-tielet domanda għandha tkun negattiva. Ir-rikors preliminari huwa strument ta’ kooperazzjoni bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-imħallfin nazzjonali. Din it-tip ta’ kooperazzjoni bejn imħallfin għandha bħala konsegwenza diretta dik li huma biss l-organi ġudizzjarji ta' l-Istati Membri li għandhom id-dritt jindirizzaw ruħhom lill-Qorti tal-Ġustizzja bis-saħħa ta' l-Artikolu 177 tat-Trattat KEE. Sabiex dawn l-organi ġudizzjarji ta’ l-Istati EFTA jkunu jistgħu wkoll jindirizzaw ruħhom lill-Qorti tal-Ġustizzja taħt titolu preliminari, hemm bżonn li jiġi emendat l-Artikolu 177 tat-Trattat KEE billi jiżdied mat-test "qorti ta’ wieħed mill-Istati Membri" riferiment għall-organi ġudizzjarji ta' stat terz li miegħu l-Komunità tkun ikkonkludiet ftehim internazzjonali.

Il-gvern Belġjan iqis li l-Artikolu 177 għandu jiġi emendat sabiex jippermetti li tiġi indirizzata l-Qorti tal-Ġustizzja mill-qrati tal-pajjiżi membri ta' l-EFTA.

Il-gvern tar-Renju Unit josserva, l-ewwel nett, li l-Artikolu 177 jirigwarda wkoll qorti ta' Stat Membru li għandha s-sede tagħha fit-territorji extraewropej mir-raba’ parti tat-Trattat KEE (ara s-sentenza tat-12 ta’ Diċembru 1990, Kaefer u Procacci, C-100/89 u C-101/89, Ġabra p. I-4647). Minkejja li din id-dispożizzjoni hija applikabbli stricto sensu għall-qrati ta' l-Istati Membri biss, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li t-tieni subparagrafu ta’ din id-dispożizzjoni huwa applikabbli għal qorti li mhijiex parti mill-organizzazzjoni ġudizzjarja ta’ Stat Membru, meta tkun tinsab fit-territorju ta’ Stat Membru, li d-dritt Komunitarju huwa applikabbli f’miżura limitata għal dan it-territorju, u li dispożizzjoni approprjata hija prevista għal dan mid-dritt Komunitarju (sentenza tat-3 ta’ Lulju 1991, Barr u Montrose, C-355/89, Ġabra p. I-3479).

Ir-Renju Unit josserva, wara, li l-Artikolu 177 jippermetti lill-Qorti tal-Ġustizzja tesprimi ruħha taħt titolu preliminari fuq l-interpretazzjoni tal-ftehim internazzjonali li tiegħu l-Komunità hija parti. Il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ wkoll tiddeċiedi taħt titolu preliminari fuq l-interpretazzjoni tal-ftehim konklużi b'applikazzjoni ta' l-Artikolu 220 tat-Trattat. Il-ftehim ikun ftehim internazzjonali konkluż b'applikazzjoni ta' l-Artikolu 238 tat-Trattat. Huwa jkun għaldaqstant ftehim internazzjonali konkluż b'applikazzjoni tat-Trattat u att maħruġ mill-istituzzjonijiet. Xejn ma jwaqqaf għalaqstant li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi taħt titolu preliminari fuq l-interpretazzjoni tal-ftehim. Is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja ċċitati jitkellmu favur il-kompatibbiltà tad-dispożizzjonijiet prospettati mat-Trattat KEE.

L-Artikolu 238 tat-Trattat

Il-Kummissjoni ssaqsi jekk l-Artikolu 238 jippermettix binja ġudizzjarja tat-tip li twaqqfet mill-ftehim. Jekk dan ma jkunx il-każ, ikun hemm bżonn li tiġi emendata din id-dispożizzjoni tat-Trattat b’mod li l-proċeduri partikolari msemmija hemmhekk jinkludu t-twaqqif ta’ sistema ġudizzjarja, integrata funzjonalment mal-Qorti tal-Ġustizzja u li tiggarantixxi l-ispeċifiċità u l-intregralità tad-dritt Komunitarju.

Skond il-gvern Spanjol, l-Artikolu 238 jikkostitwixxi bażi suffiċjenti għall-konklużjoni min-naħa tal-Komunità ta’ ftehim ta’ assoċjazzjoni ma unjoni ta’ stati jew organizzazzjoni internazzjonali, bħall-ftehim li għandu jiġi konkluż ma’ l-EFTA. Ikun differenti, madankollu, jekk il-kontenut ta’ dan il-ftehim ikun inkompatibbli mat-Trattat. Fil-każ preżenti, l-inkompatibbiltà tirriżulta mill- mekkaniżmu ġudizzjarju prospettat. Għaldaqstant, hemm bżonn li jiġi emendat it-Trattat qabel ma jiġi konkluż il-ftehim.

Il-gvern Belġjan josserva li l-Artikolu 238 ma jippermettix li jitwaqqaf mekkaniżmu ġudizzjarju pprospettat mingħajr emenda minn qabel tat-Trattat KEE. Bħala prinċipju, xejn ma jipprekludi emenda ta’ l-Artikolu 238 tat-Trattat. Madankollu, jidher li jkun iktar għaqli, fil-każ preżenti, li jiġu estiżi l-emendi għal Artikoli oħra rilevanti tat-Trattat kif ukoll għall-Artikoli ta' l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex jiġi ggarantit minimu ta’ koerenza u ta’ ċertezza legali.

Skond il-gvern tar-Renju Unit, il-kliem "azzjonijiet komuni u proċeduri partikolari", li jidhru fl-Artikolu 238 tat-Trattat, jippermettu li l-proċeduri ġudizzjarji jiġu inklużi fil-ftehim imsemmija minn din id-dispożizzjoni. Tali proċeduri jistgħu wkoll jikkontribwixxu għat-tħaddim tajjeb ta’ dawn il-ftehim. Dan jgħodd ukoll, b’mod partikolari, għad-dispożizzjonijiet li jipprevedu regolament ġudizzjarju tal-kontroversji eventwali, għaliex huma jiffavorixxu l-eżekuzzjoni regolari tal-ftehim mill-partijiet.

 Pożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja

I

1.      Fl-opinjoni preżenti, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha teżamina, skond it-talba tal-Kummissjoni, il-kompatibbiltà ta’ sistema ta’ stħarriġ ġudizzjarju, li l-ftehim jipprospetta li jimplementa, mat-Trattat KEE. Id-dispożizzjonijiet l-oħra tal-ftehim, u b’mod partikolari dawk li jirrigwardaw il-proċess ta’ deċiżjoni u t-tqassim ta’ kompetenzi f’materja ta’ kompetizzjoni, mhumiex eżaminati minn din l-opinjoni.

2.      Il-ftehim ser jiġi konkluż bejn, minn naħa, l-Istati li huma Membri ta’ l-Assocjazzjoni Ewropea tal-kummerċ ħieles u, min-naħa l-oħra, il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha. F'dak li jirrigwarda l-Komunità, il-ftehim ser jiġi konkluż mill-Kunsill, wara opinjoni konformi tal-Parlament Ewropew, skond l-Artikolu 238 tat-Trattat KEE.

3.      Il-ftehim huwa intiż joħloq Żona Ekonomika Ewropea li testendi għat-territorji ta' l-Istati Membri tal-Komunità u għal dawk tal-pajjiżi ta’ l-EFTA. Jirriżulta mill-preambolu tal-ftehim li l-partijiet kontraenti bi ħsiebhom iwaqqfu Żona EE dinamika u omoġenea, ibbażata fuq regoli komuni u kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ugwali, u qed jipprevedu mezzi adegwati ta’ implementazzjoni, inkluż il-livell ġudizzjarju. Bis-saħħa ta' l-ewwel Artikolu tal-ftehim, dan huwa intiż li jippromwovi tisħiħ kontinwu u bbilanċat tar-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi bejn il-partijiet kontraenti f’kundizzjonijiet ugwali ta’ kompetizzjoni, kif ukoll l-osservanza ta’ l-istess regoli.

4.      Ir-regoli applikabbli fir-relazzjonijiet bejn l-Istati membri taż-Żona EE jirrigwardaw il-moviment ħieles tal-merkanzija, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapitali, kif ukoll fuq is-sistema ta’ kompetizzjoni. Dawn ir-regoli huma fis-sustanza dawk tad-dispożizzjonijiet korrispondenti tat-Trattati KEE u KEFA u ta’ l-atti adottati b'applikazzjoni ta’ dawn it-Trattati. Bħal ma indikat il-Kummissjoni fit-talba għal opinjoni, il-partijiet kontraenti għandhom l-intenzjoni li jestendu għaż-Żona EE d-dritt Komunitarju sabiex jiġi applikat fl-oqsma koperti mill-ftehim, sa fejn jinħoloq, jiżviluppa jew jemenda ruħu.

II

5.      L-għan ta’ omoġeneità fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tad-dritt fiż-Żona EE hekk kif indikat fl-ewwel Artikolu tal-ftehim għandu jiġi assigurat mill-użu ta’ dispożizzjonijiet testwalment identiċi għad-dispożizzjonijiet korrispondenti tad-dritt Komunitarju u mit-twettiq ta’ sistema ġudizzjarja.

6.      Il-ftehim iwaqqaf qorti, il-Qorti ŻEE li magħha huwa anness Tribunal ta’ l-ewwel istanza. Il-kompetenza tal-Qorti ŻEE hija ddefinita fl-Artikolu 96(1) ta’ dan il-ftehim. Din il-kompetenza tfittex tirregola l-kontroversji bejn il-partijiet kontraenti, l-azzjonijiet mibdija fil-kuntest tal-proċedura ta’ sorveljanza fir-rigward ta’ l-Istati ta' l-EFTA u, f’materja ta’ kompetizzjoni, l-appelli magħmula kontra d-deċiżjonijiet meħuda mill-awtorità ta' sorveljanza ta’ l-EFTA.

7.      Is-sistema ġudizzjarja tipprevedi wkoll il-mekkaniżmi segwenti.

8.      L-Artikolu 6 tal-ftehim jiddispponi li, għall-implementazzjoni u l-applikazzjoni tagħhom, id-dispożizzjonijiet tal-ftehim għandhom jiġu interpretati skond il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja qabel id-data tal-firma tal-ftehim u dwar id-dispożizzjonijiet korrispondenti tat-Trattat KEE, tat-Trattat KEFA u ta’ l-atti tad-dritt komunitarju derivat.

9.      L-Artikolu 104(1) tal-ftehim jipprevedi li, fl-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-ftehim jew tad-dispożizzjonijiet tat-Trattati KEE u KEFA, kif emendati jew ikkompletati, jew ta’ l-atti adottati b'applikazzjoni ta’ l-imsemmija Trattati, il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti ŻEE, il-Qorti tal-Prim’Istanza KE, it-Tribunal ta' l-ewwel istanza ŻEE u l-qrati ta’ l-istati ta' l-EFTA għandhom jieħdu deditament in kunsiderazzjoni l-prinċipji li joħorġu mid-deċiżjonijiet meħuda mill-qrati jew tribunali l-oħra, sabiex jassiguraw interpretazzjoni kemm huwa possibbli uniformi tal-ftehim.

10.    L-Artikolu 95 tal-ftehim jiddisponi li l-Qorti ŻEE tkun komposta minn tmien imħallfin, li minnhom ħamsa tal-Qorti tal-Ġustizzja. Fuq talba tiegħu, il-Kunsill EEE jista’ jawtorizza l-Qorti ŻEE twaqqaf Awli bi tliet jew ħames imħallfin. Billi tieħu in kunsiderazzjoni n-natura tal-kontroversji ppreżentati, numru bbilanċat u adegwat ta’ mħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja u ta' l-EFTA ser jiġi ppreċiżat fl-istatut tal-Qorti ŻEE. L-Artikolu 101 jipprevedi li t-Tribunal ta' l-ewwel istanza ŻEE tkun komposta minn ħames imħallfin, li minnhom tlieta jkunu nnominati mill-Istati ta' l-EFTA u żewġt imħallfin tat-Tribunal ta’ l-ewwel istanza mill-Komunitajiet Ewropej.

11.    Il-protokoll 34, li jirreferi għalih l-Artikolu 104(2) tal-ftehim, għandu dispożizzjonijiet li jippermettu lill-Istati ta' l-EFTA jawtorizzaw il-qrati tagħhom jitolbu l-Qorti tal-Ġustizzja tesprimi ruħha dwar l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tal-ftehim.

12.    Fl-aħħar nett, apostilla fil-protokoll 34 tipprevedi dritt ta’ intervent ta’ l-Istati ta' l-EFTA fil-kawżi li jiġu ppreżentati quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

III

13.    Qabel ma jiġu eżaminati d-domandi mqajma bit-talba għal opinjoni tal-Kummissjoni, għandhom jiġu mqabbla l-għanijiet u l-kuntest tal-ftehim, minn naħa, u dawk tad-dritt Komunitarju, min-naħa l-oħra.

14.    L-identiċità tal-kliem tad-dispożizzjonijiet tal-ftehim u tad-dispożizzjonijiet Komunitarji korrispondenti ma jfissirx li huma jkollhom jiġu neċessarjament interpretati bl-istess mod. Fil-fatt, trattat internazzjonali għandu jiġi interpretat mhux biss fid-dawl tal-kliem li jkun ġie fformulat, imma wkoll fid-dawl ta’ l-għanijiet tiegħu. L-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna fuq id-dritt tat-Trattati tat-23 ta’ Mejju 1969 jippreċiża, f'dan ir-rigward, li trattat għandu jiġi interpretat fis-sens it-tajjeb, skond is-sens normali li wieħed jattribwixxi lill-kliem fil-kuntest tagħhom, u fid-dawl tas-suġġett u tal-għan tiegħu.

15.    Fir-rigward tal-komparazzjoni tal-għanijiet tad-dispożizzjonijiet tal-ftehim u ta’ dawk tad-dritt Komunitarju, għandu jiġi kkonstatat li l-ftehim huwa intiż għall-applikazzjoni ta’ sistema ta’ kummerċ ħieles u ta’ kompetizzjoni fir-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali bejn il-partijiet kontraenti.

16.    Għal dak li jirrigwarda l-Komunità, min-naħa l-oħra, is-sistema ta’ kummerċ ħieles u ta’ kompetizzjoni, li l-ftehim irid jestendi għat-territorji kollha flimkien tal-partijiet kontraenti, żviluppat u daħlet fl-ordinament ġuridiku Komunitarju, li l-għanijiet tiegħu jmorru lil hinn minn dawk imfittxija mill-ftehim.

17.    Fil-fatt, joħroġ b’mod partikolari mill-Artikoli 2, 8 A u 102 A tat-Trattat KEE li dan ifittex li jilħaq integrazzjoni ekonomika li tersaq lejn l-istabbiliment ta’ suq intern u ta’ unjoni ekonomika u monetarja. L-ewwel Artikolu ta’ l-Att Uniku Ewropew jippreċiża, barra minn hekk, li t-Trattati Komunitarji flimkien għandhom bħala għan li jikkontribwixxu għall-progress konkret ta’ l-Unjoni Ewropea.

18.    Jirriżulta minn dak li ntqal qabel li d-dispożizzjonijiet tat-Trattat KEE li jirregolaw il-moviment liberu u l-kompetizzjoni, iktar milli jkunu finalità fiha nnifisha, huma biss mezz għat-twettiq ta’ dawn l-għanijiet.

19.    Il-kuntest li fih jidħol l-għan tal-ftehim jiddifferenzja ruħu wkoll minn dak li fih jiġu mfittxija l-għanijiet Komunitarji.

20.    Fil-fatt, iż-Żona EE għandha titwettaq fuq il-bażi ta' trattat internazzjonali li la joħloq, fis-sustanza, irbit tad-dritt u obbligi bejn il-partijiet kontraenti u li lanqas jipprevedi t-trasferiment ta’ drittijiet sovrani favur l-organi intergovernamentali li huwa joħloq.

21.    Min-naħa l-oħra, it-Trattat KEE, minkejja li kien konkluż taħt forma ta’ ftehim internazzjonali, ma jikkostitwixxix karta kostituzzjonali ta’ komunità ta’ dritt. Skond ġurisprudenza kostanti tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-Trattati Komunitarji stabbilixxew ordinament ġuridiku ġdid li favurih l-Istati llimitaw, f’oqsma iktar u iktar imwessa, id-drittijiet sovrani tagħhom, u s-suġġetti mhumiex biss l-Istati Membri, imma wkoll iċ-ċittadini tagħhom (ara, b'mod partikolari, is-sentenza tal-5 ta’ Frar 1963, Van Gend en Loos, 26/62, Ġabra p. 1). Il-karatteristiċi essenzjali ta’ l-ordinament ġuridiku Komunitarju hekk ikkostitwit huma, b’mod partikolari, is-supremazija f’relazzjoni mad-dritt ta' l-Istati Membri kif ukoll l-effett dirett ta’ numru ta’ dispożizzjonijiet applikabbli miċ-ċittadini tagħhom u minnhom stess.

22.    Jirriżulta minn dawn il-kunsiderazzjonijiet li l-uniformità tar-regoli tad-dritt fit-totalità taż-Żona EE mhijiex iggarantita mill-kontenut jew il-formulazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt Komunitarju u tad-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-ftehim.

23.    Għandu għaldaqstant jiġi eżaminat jekk il-ftehim jipprevedix mezzi oħra biex jiggarantixxi din l-omogeneità.

24.    L-Artikolu 6 jfittex dan il-għan billi jipprevedi li r-regoli tal-ftehim għandhom jiġu interpretati skond il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja relattiva għar-regoli korrispondenti tad-dritt Komunitarju.

25.    Madankollu, dan il-mekkaniżmu ta' interpretazzjoni ma jippermettix li tiġi assigurata l-uniformità ġuridika mfittxija u dan għal żewġ raġunijiet.

26.    L-ewwel nett, dan l-Artikolu jirrigwarda biss il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja qabel id-data tal-firma tal-ftehim. Peress li din il-ġurisprudenza sejra tevolvi, ikun diffiċli li ssir distinzjoni bejn il-ġurisprudenza ġdida f’relazzjoni ma’ dik storika, u għaldaqstant, il-passat mill-futur.

27.    Wara, minkejja li l-Artikolu 6 tal-ftehim ma jippreċiżax b’mod ċar jekk isemmix il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fit-totalità tagħha, u b’mod partikolari l-ġurisprudenza dwar l-effett dirett u s-supremazija tad-dritt Komunitarju, jirriżulta mill-protokoll 35 tal-ftehim li, mingħajr ma jirrikonoxxu l-prinċipji ta’ l-effett dirett u s-supremazija li huma neċessarji bis-saħħa ta’ din il-ġurisprudenza, il-partijiet kontraenti jintrabtu biss li jdaħħlu, fl-ordinamenti ġuridiċi rispettivi tagħhom, dispożizzjoni leġiżlattiva li tippermetti, skond il-kliem tal-ftehim, li tipprevali fuq dawk id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi konfliġġenti.

28.    Isegwi li l-osservanza tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, imposta mill-Artikolu 6 tal-ftehim, ma tkoprix xi elementi essenzjali ta’ din il-ġurisprudenza li huma irrikonċiljabbli mal-karatteristiċi ta’ dan il-ftehim. Konsegwentement, l-Artikolu 6, bħala tali, mhuwiex fil-pożizzjoni li jassigura l-għan ta’ l-uniformità tad-dritt fiż-Żona EE kollha, la għall-passat u lanqas għall-futur.

29.    Jirriżulta mill-kunsiderazzjonijiet ta qabel li l-għan ta’ l-uniformità fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tad-dritt fiż-Żona EE taħbat mad-diverġenzi eżistenti bejn il-finalitajiet u l-kuntest tal-ftehim, minn naħa, u dawk tad-dritt Komunitarju, min-naħa l-oħra.

IV

30.    Huwa fid-dawl tal-kontradizzjoni li qed tiġi rrilevata li wieħed għandu jeżamina jekk is-sistema ġudizzjarja prospettata hijex ta’ natura li tipperikola l-awtonomija ta’ l-ordinament ġuridiku Komunitarju fit-tfittxija tal-għanijiet tiegħu.

31.    Dan l-eżami ser jirrigwarda l-ewwel nett l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ parti kontraenti li l-qorti ŻEE sejra tiġi msejħa tifformula fl-eżerċizzju tal-kompetenzi tagħha u, wara, fuq l-inċidenza tal-ġurisprudenza tagħha fuq l-interpretazzjoni tad-Dritt Komunitarju.

32.    Fir-rigward ta’ l-ewwel punt, għandu jintqal li l-qorti ŻEE hija kompetenti, bis-saħħa ta' l-Artikolu 96(1) a) tal-ftehim, li tirregola d-diverġenzi bejn il-partijiet kontraenti u li, skond l-Artikolu 117(1) ta’ dan il-ftehim, il-kumitat konġunt taż-Żona EE jew kull parti kontraenti jista’ jressaq quddiem il-qorti ŻEE dawn it-tipi ta’ diverġenzi.

33.    L-Artikolu 2 c) tal-ftehim jiddefinixxi l-kunċett ta’ partijiet kontraenti. Għall-Komunità u l-Istati Membri tagħha, dan il-kunċett ikopri, skond il-każ, kemm il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, kemm il-Komunità, u kemm l-Istati Membri. L-għażla li għandha ssir bejn dawn it-tliet possibbiltajiet għandha tiġi dedotta mid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehim f’kull każ in kwistjoni u l-kompetenzi rispettivi tal-Komunità u ta' l-Istati Membri, kif jirriżultaw mit-Trattat KEE u t-Trattat KEFA.

34.    Il-qorti ŻEE tista’ tintalab, meta titressqilha diverġenza quddiemha ti tirrigwarda l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ waħda jew iktar dispożizzjonijiet tal-ftehim, li tinterpreta l-kunċett ta’ "parti kontraenti", fis-sens ta’ l-Artikolu 2c) tal-ftehim, sabiex tiddetermina jekk, fis-sens tad-dispożizzjoni kontenzjuża, il-kliem "parti kontraenti" jinkludux il-Komunità, il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, jew l-Istati Membri tagħha biss. Il-qorti ŻEE għaldaqstant tintalab tiddeċiedi fuq il-kompetenzi rispettivi tal-Komunità u ta’ l-Istati Membri tagħha għall-materji rregolati minn dawn id-dispożizzjonijiet tal-ftehim.

35.    Isegwi li l-kompetenza mogħtija lill-qorti ŻEE, bis-saħħa ta’ l-Artikoli 2c), 96(1)a), u 117(1) tal-ftehim, tista’ tipperikola l-ordni tal-kompetenzi ddefiniti mit-Trattati u, għaldaqstant, l-awtonomija tas-sistema ġuridika Komunitarja li tagħha l-Qorti tal-Ġustizzja tassigura r-rispett, bis-saħħa ta' l-Artikolu 164 tat-Trattat KEE. Din il-kompetenza esklużiva tal-Qorti tal-Ġustizzja hija kkonfermata mill-Artikolu 219 tat-Trattat KEE li jgħid li l-Istati Membri jintrabtu li ma jissottomettux diverġenza dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan it-Trattat għal mod ta’ regoli barra dawk previsti minnu. L-Artikolu 87 tat-Trattat KEFA jinkludi dispożizzjoni fl-istess sens.

36.    L-attribuzzjoni ta’ din il-kompetenza lill-qorti ŻEE hija, għaldaqstant, inkompatibbli mad-dritt Komunitarju.

37.    Fir-rigward tat-tieni punt, għandu jiġi osservat, preliminarjament, li l-ftehim internazzjonali konklużi skond il-proċedura ta' l-Artikolu 228 tat-Trattat jorbtu l-istituzzjonijiet tal-Komunità u l-Istati Membri tagħha u li, skond ġurisprudenza kostanti tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-dispożizzjonijiet ta’ dawn il-ftehim u l-atti adottati mill-korpi tagħhom huma, mill-mument li jidħlu fis-seħħ, parti integrali ta’ l-ordinament ġuridiku Komunitarju.

38.    F’dan ir-rigward, hemm lok li jiġi ppreċiżat li l-ftehim huwa att meħud minn waħda mill-istituzzjonijiet tal-Komunità, fis-sens ta' l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 177b) tat-Trattat KEE, u li, għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja hija kompetenti li tiddeċiedi taħt titolu preliminari dwar l-interpretazzjoni tiegħu. Hija wkoll kompetenti li tiddeċiedi dwar dan il-ftehim, meta l-Istati Membri tal-Komunità jonqsu milli jwettqu l-obbligi li għandhom bis-saħħa tiegħu.

39.    Issa, meta ftehim internazzjonali jipprevedi sistema ġudizzjarja tagħha li tinkludi qorti kompetenti li tirregola d-diverġenzi bejn il-partijiet kontraenti ta’ dan il-ftehim u, konsegwentement, biex tinterpreta d-dispożizzjonijiet, id-deċiżjonijiet ta’ din il-Qorti jorbtu l-istituzzjonijiet tal-Komunità, inkluża l-Qorti tal-Ġustizzja. Dawn id-deċiżjonijiet ikunu neċessarji wkoll meta l-Qorti tal-Ġustizzja tintalab tiddeċiedi, taħt titolu preliminari jew fil-kuntest ta’ rikors dirett, dwar l-interpretazzjoni tal-ftehim internazzjonali, għaliex din ta’ l-aħħar tkun parti integrali ta’ l-ordinament ġuridiku Komunitarju.

40.    Ftehim internazzjonali li jipprevedi t-tali sistema ġudizzjarja huwa, bħala prinċipju, kompatibbli mad-Dritt Komunitarju. Fil-fatt, il-kompetenza tal-Komunità f’materja ta’ relazzjonijiet barranin u l-kapaċità tagħha li tikkonkludi ftehim internazzjonali ġġib magħha neċessarjament il-fakultà li tissuġġetta ruħha għad-deċiżjonijiet ta’ qorti maħluqa jew innominata bis-saħħa ta’ tali ftehim, għal dak li għandu x’jaqsam l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tagħhom.

41.    Madankollu, il-ftehim in kwistjoni jirriproduċi parti essenzjali tar-regoli, inklużi dawk tad-dritt derivat, li jirregolaw ir-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali fil-Komunità u li huma, fil-parti l-kbira tagħhom, dispożizzjonijiet fundamentali ta’ l-ordinament ġuridiku Komunitarju.

42.    Dan il-ftehim għandu għaldaqstant bħala effett li jdaħħal fl-ordinament ġuridiku Komunitarju ġabra vasta ta’ regoli ġuridiċi li titqiegħed ma’ grupp ta’ regoli Komunitarji li għandhom formulazzjoni identika.

43.    Barra minn hekk, fil-preambolu tal-ftehim u fl-ewwel Artikolu tiegħu, il-partijiet kontraenti esprimew l-intenzjoni li tiġi assigurata applikazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijiet tal-ftehim fit-totalità tat-territorji kollha tagħhom. Issa, l-għan ta’ applikazzjoni uniformi u ta’ ugwaljanza ta’ kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni, hekk kif imfittex u rifless fl-Artikoli 6 u 104(1) tal-ftehim, huwa intiż neċessarjament għall-interpretazzjoni kemm tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-ftehim kif ukoll ta’ dawk korrispondenti ta’ l-ordinament ġuridiku Komunitarju.

44.    Minkejja li l-Artikolu 6 tal-ftehim jobbliga l-qorti ŻEE tinterpreta d-dispożizzjonijiet tal-ftehim fid-dawl tal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja, qabel id-data tal-firma tal-ftehim, il-qorti ŻEE ma tkunx iktar suġġetta għal tali obbligu għad-deċiżjonijiet mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja wara din id-data.

45.    Konsegwentement, l-għan tal-ftehim li jfittex li jassigura l-uniformità tad-dritt fit-totalità taż-Żona EE jkopri mhux biss l-interpretazzjoni tar-regoli ta’ dan il-ftehim, imma wkoll dik tar-regoli korrispondenti tad-dritt Komunitarju.

46.    Isegwi li, billi jikkundizzjona l-interpretazzjoni futura tar-regoli Komunitarji f’materja ta’ moviment libera u ta’ kompetizzjoni, il-mekkaniżmu ġudizzjarju previst mill-ftehim jipperikola l-Artikolu 164 tat-Trattat KEE u, b’mod iktar ġenerali, il-fundamenti stess tal-Komunità.

V

47.    Il-periklu li tirrappreżenta s-sistema ġudizzjarja tal-ftehim għall-awtonomija ta’ l-ordinament ġuridiku Komunitarju mhuwa bl-ebda mod imxejjen mill-fatt li l-Artikoli 95 u 101 tiegħu jfittxu li jolħqu rabtiet organiċi bejn il-qorti ŻEE u l-Qorti tal-Ġustizzja billi jipprovdu li mħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja joqgħodu fi ħdan il-qorti ŻEE u l-Awli tagħhom, kif ukoll li l-imħallfin tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej joqgħodu fi ħdan it-Tribunal ta' l-ewwel istanza ŻEE.

48.    Wieħed għandu jemmen, bil-kontra, li l-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet ikabbar il-problemi ġenerali li jirriżultaw mis-sistema ġudizzjarja prospettata mill-ftehim.

49.    F’dan ir-rigward, hemm lok wieħed ifakkar li l-qorti ŻEE għandha tassigura t-tħaddim tajjeb ta’ sistema ta’ kummerċ ħieles u ta’ kompetizzjoni fil-kuntest ta’ trattat internazzjonali li joħloq obbligi bejn il-partijiet kontraenti biss.

50.    Min-naħa l-oħra, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tassigura l-osservanza ta’ ordinament ġuridiku parikolari u tikkontribwixxi għall-iżvilupp tiegħu, sabiex tilħaq l-għanijiet imsemmija b’mod partikolari fl-Artikoli 2, 8A u 102A tat-Trattat KEE u sabiex twettaq, bejn l-Istati Membri, Unjoni Ewropea kif jirriżulta mid-dikjarazzjoni solenni ta’ Stuttgart tad-19 ta’ Ġunju 1983 (punt 2.5) li għaliha tirreferi l-ewwel premessa tal-preambolu ta’ l-Att Uniku Ewropew. F’dan il-kuntest, il-kummerċ ħieles u l-kompetizzjoni huma biss mezzi intiżi biex jintlaħqu dawn l-għanijiet.

51.    Konsegwentement, jekk ikunu ser joqgħodu fil-Qorti tal-Ġustizzja jew fil-qorti ŻEE, l-imħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja, Membri tal-qorti ŻEE, ikollhom japplikaw u jinterpretaw l-istess dispożizzjonijiet imma skond approċċi, metodi u kunċetti differenti sabiex jieħdu in kunsiderazzjoni n-natura ta’ kull trattat u l-għanijiet proprji tagħhom.

52.    F’dawn iċ-ċirkustanzi, ser ikun diffiċli ħafna, jekk mhux impossibbli, għall-imħallfin li jiddeċiedu, bi spirtu kompletament indipendenti, meta joqogħodu fil-Qorti tal-Ġustizzja, fuq il-kwistjonijiet li jridu jinqatgħu wara li dawn ikunu pparteċipaw fil-kuntest tal-qorti ŻEE.

53.    Madankollu, peress li s-sistema ġudizzjarja tal-ftehim hija, f’kull każ, inkompatibbli mat-Trattat KEE, mhuwiex neċessarju li tiġi eżaminata b’iktar reqqa din il-kwistjoni, u lanqas dik dwar jekk din is-sistema hijiex ta’ tali natura li tqajjem riżervi serji fir-rigward tal-fiduċja li l-partijiet fil-kawża jistgħu jkollhom fil-kapaċità tal-Qorti tal-Ġustizzja li teżerċita l-funzjonijiet tagħha b’mod għal kollox indipendenti.

VI

54.    Għandu jiġi ezaminat jekk il-mekkaniżmu previst mill-Artikolu 104(2) tal-ftehim, għall-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tiegħu, huwiex kompatibli mad-dritt Komunitarju.

55.    Bis-saħħa ta' l-Artikolu 104(2) tal-ftehim, id-dispożizzjonijiet li jippermettu lil Stat ta' l-EFTA jawtorizza l-qrati tiegħu jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja tesprimi ruħha fuq l-interpretazzjoni tal-ftehim jidhru fil-protokoll 34.

56.    Skond l-ewwel l-Artikolu ta’ dan il-protokoll, meta kwistjoni ta’ interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-ftehim, li huma identiċi fis-sustanza għad-dispożizzjonijiet tat-Trattati Komunitarji, titqajjem f’kawża pendenti quddiem waħda mill-qrati ta’ Stat ta' l-EFTA, din il-qorti tista’, jekk jidhrilha li huwa neċessarju, titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tesprimi ruħha fuq din il-kwistjoni.

57.    L-Artikolu 2 tal-protokoll 34 jiddisponi li Stat ta' l-EFTA, li jkun bi ħsiebu jirrikorri għal dan il-protokoll, għandu jinnotifika lid-depożitarju tal-ftehim u l-Qorti tal-Ġustizzja sa fejn u skond liema proċeduri l-protokoll ikun applikabbli għall-qrati tiegħu.

58.    Jirriżulta li din il-proċeduta hija kkaratterizzata mill-fatt li tagħti lill-Isati ta' l-EFTA l-fakultà li jawtorizzaw jew le l-qrati tagħhom li jagħmlu domandi lill-Qorti tal-Ġustizzja u li ma tipprevedi ebda obbligu għall-qrati ta’ dawn l-Istati li jiddeċiedu fl-aħħar istanza. Barra minn hekk, mhuwiex iggarantit li r-risposti, li l-Qorti tal-Ġustizzja tkun mitluba tagħti, ikollhom effett obbligatorju għall-qrati li jkunu għamluha. Din il-proċedura hija fundamentalment differenti minn dik prevista mill-Artikolu 177 tat-Trattat KEE.

59.    Huwa minnu li l-ebda dispożizzjoni tat-Trattat KEE ma tipprekludi li ftehim internazzjonali jagħti lill-Qorti tal-Ġustizzja kompetenza għall-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ tali ftehim għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni tiegħu fi stati terzi.

60.    L-ebda obbjezzjoni ta’ prinċipju ma tista’ tiġi fformulata kontra l-libertà mogħtija lill-Istati ta’ l-EFTA li jawtorizzaw jew le lill-qrati tagħhom jagħmlu domandi lill-Qorti tal-Ġustizzja, iktar u iktar in-nuqqas ta’ obbligu għal xi wħud minn dawn il-qrati li jirrikorru għand il-Qorti tal-Ġustizzja.

61.    Min-naħa l-oħra, huwa impossibbli li wieħed jaċċetta li r-risposti li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti lill-qrati ta’ l-Istati ta' l-EFTA jkollhom effett purament konsultattiv u li jitneħħielhom kull effett obbligatorju. Tali sitwazzjoni tneħħi n-natura tal-funzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, hekk kif ikkonċepita mit-Trattat KEE, jiġifieri dik ta’ qorti li s-sentenzi tagħha jkunu obbligatorji. Anki fil-każ partikolari ħafna ta’ l-Artikolu 228, l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja għandha l-effett obbligatorju ppreċiżat f’dan l-Artikolu.

62.    Wieħed għandu josserva, barra minn hekk, li l-interpretazzjoni tal-ftehim mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja b’risposta għad-domandi magħmula mill-qrati ta l-Istati ta' l-EFTA għandhom jittieħdu in kunsiderazzjoni wkoll mill-qrati ta' l-Istati Membri tal-Komunità, meta jintalbu jiddeċiedu fuq l-applikazzjoni tal-ftehim. Issa, l-effett mhux obbligatorju ta’ dawn ir-risposti għall-qrati ta' l-EFTA jista’ jikkawża inċertezza fuq il-valur ġuridiku għall-istess qrati ta' l-Istati Membri tal-Komunità.

63.    Barra minn hekk, m’għandux jiġi eskluż li l-qrati ta' l-Istati Membri jintalbu jikkunsidraw li l-effett mhux obbligatorju ta’ l-interpretazzjonijiet mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja, bis-saħħa tal-protokoll 34, jiġi estiż ukoll għall-dawk is-sentenzi li din ta’ l-aħħar tagħti taħt l-Artikolu 177 tat-Trattat KEE.

64.    F’dan is-sens, il-mekkaniżmu in kwistjoni jipperikola ċ-ċertezza legali li hija indispensabbli għat-tħaddim tajjeb tal-proċedura preliminari.

65.    Jirriżulta mill-kunsiderazzjonijiet ta’ qabel li l-Artikolu 104(2) tal-ftehim u l-protokoll 34 tiegħu huma inkompatibbli mad-dritt Komunitarju, sa fejn dawn ma jiggarantuixxux effett obbligatorju tar-risposti li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tintalab tagħti bis-saħħa ta’ dan il-protokoll.

VII

66.    Għandu jiġi evalwat, wara, id-dritt previst għall-Istati ta' l-EFTA li jintervjenu fil-kawżi pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Apostilla fil-protokoll 34 tipprevedi li l-Artikoli 20 u 37 tal-protokoll fuq l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja għandhom jiġu emendati sabiex jippermettu tali dritt ta’ intervent.

67.    Huwa suffiċenti li jiġi osservat, f'dan ir-rigward, li dawn iż-żewġ Artikoli jidhru fit-Titolu III tal-protokoll fuq l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u li, skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 188 tat-Trattat KEE, il-Kunsill, billi jiddeċiedi bl-unanimità fuq talba tal-Qorti tal-Ġustizzja u wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni u mal-Parlament Ewropew, jista’ jemenda d-dispożizzjonijiet ta’ dan it-titolu.

68.    Jirriżulta minn dan li l-attribuzzjoni lill-Istati ta' l-EFTA ta’ dritt ta’ intervent fil-kawżi pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ma jeżiġix emenda tat-Trattat KEE, fis-sens ta’ l-Artikolu 236 tiegħu.

VIII

69.    L-aħħar domanda tal-Kummissjoni hija intiża li ssir taf jekk l-Artikolu 238 tat-Trattat KEE, li jirrigwarda l-konklużjoni, mill-Komunità, ta’ ftehim ta’ assoċjazzjoni ma Stat terz, unjoni ta’ stati jew organizzazzjoni internazzjonali, jawtorizzax l-implementazzjoni ta’ sistema ġudizzjarja, bħal dik prevista minn dan il-ftehim. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ddikjarat li, fil-każ ta’ opinjoni negattiva tal-Qorti tal-Ġustizzja, din id-dispożizzjoni tkun tista’ tiġi emendata b’tali mod li tippermetti l-implementazzjoni ta’ tali sistema.

70.    Kid digà ġie osservat fil-punt 40, ftehim internazzjonali li jipprevedi sistema ġudizzjarja mgħammra b’qorti kompetenti għall-interpretazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet mhijiex, bħala prinċipju, inkompatibbli mad-dritt Komunitarju u tista’, konsegwentement, issib il-bażi ġuridika fl-Artikolu 238 tat-Trattat KEE.

71.    Madankollu, l-Artikolu 238 tat-Trattat KEE ma jagħti ebda bażi biex titwaqqaf sistema ġudizzjarja li tipperikola l-Artikolu 164 ta’ dan it-trattat u, b’mod iktar ġenerali, għall-fundamenti stess tal-Komunità.

72.    Għall-istess raġunijiet, emenda ta’ din id-dispożizzjoni fis-sens indikat mill-Kummissjoni ma tkunx tista’ tirrimedja l-inkompatibbiltà tas-sistema ġudizzjarja tal-ftehim mad-dritt Komunitarju.

Għaldaqstant,

IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA

tagħti l-opinjoni segwenti:

–        Is-sistema ta’ stħarriġ ġudizzjarju, li l-ftehim prospettat huwa intiż li jwettaq, hija inkompatibbli mat-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea.

Due

Slynn

Joliet

President

President ta’ Awla

President ta’ Awla

Schockweiler

Grévisse

Kapteyn

President ta’ Awla

President ta’ Awla

President ta’ Awla

Mancinijuge

Kakouris

Moitinho de Almeida

Imħallef

Imħallef

Imħallef

Rodríguez Iglesias

 

      Díez de Velasco

Imħallef

 

      Imħallef

Zuleeg

 

      Murray

Imħallef

 

      Imħallef

Mogħtija fil-Lussemburgu, fl-14 ta’ Diċembru 1991.

J.-G. Giraud

Ir-Reġistratur


1 –      All disputes between Contracting Parties or cases when the EEA Court is seized by the EEA Joint Committee will be dealt with in plenary session.


2 –      An appropriate balance of ECJ and EFTA Judges, taking into account the nature of the cases, shall be laid down in the Statute of the EEA Court.


3 –      The Statutes shall contain provisions on qualifications for the Judges.


4 –      In French "s'exprime".


5 –      Agreed Minutes will ensure that the term "application" also covers implementation of the Agreement.


6 –      In an agreed Minute it will be clarified that this also includes interpretation in the sense of the Ministerial Declaration of 14 May 1991.