Brussell, 9.9.2026

COM(2026) 599 final

2026/0268(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi qafas għal miżuri fl-Istati Membri biex jissalvagwardjaw l-affordabbiltà u d-disponibbiltà tal-akkomodazzjoni (l-Att dwar l-Akkomodazzjoni Affordabbli)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

{SEC(2026) 599 final} - {SWD(2026) 605 final} - {SWD(2026) 606 final} - {SWD(2026) 607 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

•Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Dan il-memorandum ta’ spjegazzjoni jakkumpanja l-proposta għal Regolament li jistabbilixxi qafas għal miżuri fl-Istati Membri għas-salvagwardja tal-affordabbiltà u tad-disponibbiltà tal-akkomodazzjoni (l-Att dwar l-Akkomodazzjoni Affordabbli) (il-“Proposta”).

L-affordabbiltà tal-akkomodazzjoni saret sfida li dejjem qiegħda tikber madwar l-Unjoni, partikolarment f’ċerti bliet, reġjuni metropolitani, gżejjer u destinazzjonijiet turistiċi, fejn id-domanda għall-akkomodazzjoni taqbeż b’mod sinifikanti l-provvista disponibbli. Filwaqt li l-provvista insuffiċjenti tal-akkomodazzjoni tibqa’ l-ixprunatur strutturali, id-domanda assoċjata ma’ ċerti forom ta’ użu mhux primarju tal-akkomodazzjoni tista’ taggrava l-pressjonijiet tal-affordabbiltà f’xi swieq lokali. Dawn il-pressjonijiet jaffettwaw b’mod partikolari lill-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx u medju, liż-żgħażagħ u lill-ħaddiema essenzjali, u jistgħu jagħmluha dejjem aktar diffiċli għar-residenti biex jaċċessaw akkomodazzjoni affordabbli fil-postijiet fejn jgħixu u jaħdmu.

Bi tweġiba għal dan, l-awtoritajiet kompetenti qed jadottaw jew qed jikkunsidraw dejjem aktar miżuri li jaffettwaw il-forniment ta’ servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir jew l-akkwist u l-użu ta’ proprjetà residenzjali. Tali miżuri għandhom l-għan li jippreservaw l-akkomodazzjoni għal użu residenzjali fit-tul u li jtaffu l-pressjonijiet fuq l-affordabbiltà u fuq id-disponibbiltà tal-akkomodazzjoni. Filwaqt li l-politika tal-akkomodazzjoni tibqa’ primarjament kompetenza nazzjonali, reġjonali u lokali, tali miżuri jistgħu jaffettwaw il-libertajiet tas-suq intern u għalhekk jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni.

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) irrikonoxxiet li s-salvagwardja tal-affordabbiltà u d-disponibbiltà tal-akkomodazzjoni jistgħu jikkostitwixxu raġuni prevalenti relatata mal-interess pubbliku li kapaċi tiġġustifika restrizzjonijiet li jaffettwaw il-libertajiet tas-suq intern. Madankollu, id-dritt tal-Unjoni eżistenti, inkluż it-Trattat, id-Direttiva 2006/123/KE (id-“Direttiva dwar is-Servizzi”) u l-ġurisprudenza tal-QĠUE, huwa ta’ natura ġenerali. Huwa meħtieġ qafas operazzjonali speċifiku għall-valutazzjoni tal-istress tal-akkomodazzjoni jew għad-dimostrazzjoni tal-ġustifikazzjoni u l-proporzjonalità ta’ miżuri individwali biex tittejjeb iċ-ċertezza legali għall-awtoritajiet kompetenti, għaċ-ċittadini u għall-operaturi ekonomiċi u biex titnaqqas il-frammentazzjoni tal-approċċi regolatorji madwar l-Unjoni.

Hemm rikonoxximent dejjem jikber li l-isfida kondiviża tal-Ewropa tal-affordabbiltà tal-akkomodazzjoni titlob rispons kondiviż. Filwaqt li l-akkomodazzjoni tibqa’ fil-biċċa l-kbira responsabbiltà nazzjonali, reġjonali u lokali, l-UE tappoġġa, tikkoordina u tikkomplementa l-isforzi nazzjonali, reġjonali u lokali, fil-kompetenzi tagħha, filwaqt li tirrispetta d-diversità tas-swieq tal-akkomodazzjoni u s-sistemi ta’ governanza madwar l-UE.

Il-linji gwida politiċi għall-Kummissjoni Ewropea 2024-2029 ( 1 ), li rrikonoxxew l-urġenza tal-kriżi tal-akkomodazzjoni, ħabbru l-ħatra ta’ Kummissarju għall-akkomodazzjoni, u impenjaw ruħhom li jressqu l-ewwel Pjan Ewropew għal Akkomodazzjoni Affordabbli.

Fil-Kunsill Ewropew f’Ottubru 2025( 2 ), il-mexxejja tal-UE talbu lill-Kummissjoni biex tippreżenta malajr pjan ambizzjuż u komprensiv għal akkomodazzjoni affordabbli, li l-għan tiegħu jkun li jappoġġa u li jikkumplimenta l-isforzi tal-Istati Membri, b’kunsiderazzjoni xierqa għall-prinċipju tas-sussidjarjetà u tal-kompetenzi nazzjonali. Fl-10 ta’ Marzu 2026, il-Parlament Ewropew adotta r-rapport finali tal-Kumitat Speċjali dwar il-Kriżi tal-Akkomodazzjoni, li laqa’ b’sodisfazzjon kbir l-impenn tal-Kummissjoni li twassal u li timplimenta Pjan Ewropew għal Akkomodazzjoni Affordabbli (EAHP) ambizzjuż ( 3 ).

Il-Proposta tifforma parti mill-EAHP( 4 ) ippreżentata mill-Kummissjoni fis-16 ta’ Diċembru 2025, li tinkludi analiżi tal-ixprunaturi ewlenin tal-kriżi tal-affordabbiltà tal-akkomodazzjoni fl-UE( 5 ) . Din twieġeb għal sejħiet ripetuti mill-Istati Membri, minn bliet, minn reġjuni u minn partijiet ikkonċernati għal ċertezza legali akbar rigward il-kundizzjonijiet li skonthom jistgħu jiġu adottati miżuri relatati mal-akkomodazzjoni b’mod konsistenti mad-dritt tal-Unjoni.

L-objettiv ta’ din il-Proposta ma huwiex li tarmonizza l-politika tal-akkomodazzjoni, iżda li jiġi stabbilit qafas komuni li jirregola l-valutazzjoni skont id-dritt tal-Unjoni ta’ ċerti miżuri relatati mal-akkomodazzjoni maħsuba biex jissalvagwardjaw l-affordabbiltà u d-disponibbiltà tal-akkomodazzjoni. Tistabbilixxi rekwiżiti komuni għall-ġustifikazzjoni, għall-proporzjonalità, għat-trasparenza u għar-rieżami ta’ tali miżuri, li tinkludi metodoloġija komuni biex jintwera l-istress tal-akkomodazzjoni. B’dan il-mod, tfittex li ttejjeb iċ-ċertezza legali, it-trasparenza u l-applikazzjoni konsistenti tad-dritt tal-Unjoni filwaqt li tirrispetta bis-sħiħ il-kompetenzi nazzjonali, reġjonali u lokali. Billi tnaqqas l-inċertezza legali, il-Proposta għandha tippermetti wkoll lill-awtoritajiet kompetenti jindirizzaw il-pressjonijiet lokali dwar l-affordabbiltà u d-disponibbiltà tal-akkomodazzjoni b’mod aktar effettiv fejn l-intervent ikun ġustifikat.

Il-Proposta ma tistabbilix, skont il-liġi tal-UE, kwalunkwe dritt ġdid għall-awtoritajiet kompetenti li jirrestrinġu l-aċċess għal servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir, jew il-forniment tagħhom, jew l-akkwist jew l-użu ta’ proprjetà, u lanqas ma tippreskrivi jew tirrakkomanda kwalunkwe tali miżura. Tistabbilixxi l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti applikabbli skont il-liġi tal-UE fejn l-awtoritajiet kompetenti jagħżlu li jadottaw miżuri li huma disponibbli għalihom skont il-liġi nazzjonali.

Il-Proposta tfittex li tissimplifika u li tiċċara l-qafas eżistenti tal-UE applikabbli għal miżuri maħsuba biex jissalvagwardjaw l-affordabbiltà u d-disponibbiltà tal-akkomodazzjoni. Tagħmel dan billi b’mod partikolari tneħħi l-obbligu ta’ notifika stabbilit fl-Artikolu 15(7) tad-Direttiva 2006/123/KE għal miżuri fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, filwaqt li tarmonizza l-proċedura għall-valutazzjoni tal-proporzjonalità ta’ dawk il-miżuri.

•Il-problema u l-ixprunaturi tagħha

Il-problema indirizzata minn din il-Proposta hija n-nuqqas ta’ ċertezza legali rigward il-kompatibbiltà tal-miżuri li jipproteġu l-affordabbiltà u d-disponibbiltà tal-akkomodazzjoni mad-dritt tal-Unjoni li jirregola l-libertajiet tas-suq intern. Dan jirriżulta f’miżuri nazzjonali, reġjonali u lokali diverġenti li jaffettwaw b’mod negattiv il-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

Din il-problema għandha żewġ xprunaturi:

–L-ewwel xprunatur huwa sfida sostanzjali fis-suq tal-akkomodazzjoni li teħtieġ intervent pubbliku. F’xi żoni taħt stress tal-akkomodazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti qed ifittxu dejjem aktar li jindirizzaw il-pressjonijiet fuq l-affordabbiltà tal-akkomodazzjoni li jirriżultaw mid-diskrepanza bejn il-provvista u d-domanda u li jistgħu jiġu aggravati minn ċerti forom ta’ użu mhux primarju tal-akkomodazzjoni.

–It-tieni xprunatur huwa sfida ta’ governanza. Id-dritt tal-Unjoni jirrikonoxxi li l-affordabbiltà u d-disponibbiltà tal-akkomodazzjoni jistgħu jiġġustifikaw restrizzjonijiet anke jekk jaffettwaw il-libertajiet tas-suq intern. Madankollu, il-qafas kurrenti huwa ta’ natura ġenerali. Ma jipprovdix bażi speċifika u strutturata biżżejjed biex tiġi stabbilita l-preżenza ta’ stress tal-akkomodazzjoni, biex jiġu vvalutati l-ħtieġa u l-proporzjonalità ta’ interventi speċifiċi, jiġu bbilanċjati r-risponsi min-naħa tad-domanda u min-naħa tal-provvista, jew biex jiġu żgurati t-trasparenza, il-monitoraġġ u r-rieżami matul iż-żmien.

B’riżultat ta’ dan, mingħajr azzjoni ulterjuri mill-UE, l-awtoritajiet kompetenti x’aktarx li se jkomplu jiffaċċjaw diffikultajiet biex jidentifikaw, jiġġustifikaw u jfasslu interventi relatati mal-akkomodazzjoni b’mod li jkun kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, u se jsibuha diffiċli biex jirrispondu b’mod effettiv għall-pressjonijiet tal-affordabbiltà u tad-disponibbiltà tal-akkomodazzjoni fejn dawn ikunu l-aktar akuti. 

Il-politika tal-akkomodazzjoni, l-ippjanar urban u r-regolamentazzjoni tal-użu tal-art jibqgħu primarjament kompetenzi nazzjonali, reġjonali u lokali. L-iskop ta’ din il-Proposta la huwa li tarmonizza r-riżultati tal-politika tal-akkomodazzjoni u lanqas li tippromwovi jew li tinkoraġġixxi l-adozzjoni ta’ interventi partikolari relatati mal-akkomodazzjoni, iżda li tistabbilixxi qafas Ewropew komuni li jirregola l-mod kif il-ġustifikazzjoni u l-proporzjonalità ta’ interventi relatati mal-akkomodazzjoni li jaffettwaw il-libertajiet tas-suq intern jiġu vvalutati, rieżaminati u magħmulin trasparenti. B’hekk tikkontribwixxi għall-funzjonament effettiv tas-suq intern.

•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika kkonċernat

Il-Proposta tikkumplimenta l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni li tirregola s-suq intern.

Tibni fuq ir-Regolament (UE) 2024/1028 ( 6 ) dwar il-ġbir u l-kondiviżjoni ta’ data b’rabta mas-servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir (“ir-Regolament STR”). Filwaqt li r-Regolament STR jistabbilixxi qafas armonizzat għar-reġistrazzjoni u għall-kondiviżjoni tad-data, ma jiddeterminax iċ-ċirkostanzi li fihom ir-restrizzjonijiet relatati mal-akkomodazzjoni jistgħu jiġu ġġustifikati skont id-dritt tal-Unjoni. Għalhekk, iż-żewġ strumenti huma komplementari: ir-Regolament STR itejjeb it-trasparenza u d-disponibbiltà tad-data, filwaqt li din il-Proposta tipprovdi qafas komuni għall-valutazzjoni ta’ miżuri relatati mal-akkomodazzjoni.

Il-Proposta hija konsistenti wkoll mad-Direttiva 2006/123/KE ( 7 ). Għal miżuri li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, din il-Proposta tistabbilixxi regoli speċifiċi li jirregolaw id-dimostrazzjoni tal-istress tal-akkomodazzjoni u l-valutazzjoni tal-ġustifikazzjoni, in-neċessità u l-proporzjonalità, li japplikaw minflok id-Direttiva dwar is-Servizzi. Dispożizzjonijiet applikabbli oħra tad-dritt tal-Unjoni, inkluża d-Direttiva dwar is-Servizzi, ikomplu japplikaw dment li ma jiġux sostitwiti minn dawk ir-regoli speċifiċi.

Il-Proposta hija akkumpanjata minn Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar miżuri għall-provvista tal-akkomodazzjoni f’żoni taħt stress tal-akkomodazzjoni u tikkomplementa l-inizjattivi usa’ tal-Kummissjoni biex iżżid il-provvista ta’ akkomodazzjoni affordabbli permezz ta’ simplifikazzjoni, investiment u kapaċità mtejba tal-kostruzzjoni. Filwaqt li r-Regolament jippermetti azzjoni aktar effettiva biex jiġu indirizzati l-pressjonijiet immedjati fuq l-istokk tal-akkomodazzjoni eżistenti, ir-Rakkomandazzjoni tiffoka fuq iż-żieda fil-provvista b’mod strutturali biex twassal titjib dejjiemi fl-affordabbiltà.

Il-Proposta hija konsistenti wkoll mal-ħidma tal-Kummissjoni biex tissaħħaħ il-bażi tal-evidenza Ewropea dwar l-akkomodazzjoni, inkluż statistika mtejba dwar l-akkomodazzjoni, trasparenza akbar tas-swieq tal-akkomodazzjoni u aċċess aħjar għad-data u għall-analiżi tal-akkomodazzjoni.

•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Il-Proposta hija konsistenti mal-qafas tal-Unjoni li jirregola s-servizzi diġitali, inkluża d-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku( 8 ) u l-Att dwar is-Servizzi Diġitali ( 9 ), u ma taffettwax ir-responsabbiltajiet stabbiliti skont dawk l-istrumenti.

Hija konsistenti wkoll mal-inizjattivi li ġejjin tal-Kummissjoni dwar l-ekwità diġitali, it-turiżmu sostenibbli, id-“Dritt li Wieħed Jibqa’ fit-Territorju” u mal-qafas rieżaminat tal-għajnuna mill-Istat għal servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali relatati ma’ akkomodazzjoni affordabbli. Din il-Proposta tikkumplimenta dawn l-inizjattivi billi tipprovdi ċertezza legali akbar għall-awtoritajiet kompetenti li jadottaw miżuri relatati mal-akkomodazzjoni li jaffettwaw is-suq intern.

2.BAŻI LEGALI, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

•Bażi legali

Il-bażi legali għall-Proposta hija l-Artikolu 114 tat-TFUE. L-inizjattiva għandha l-għan li ttejjeb il-funzjonament tas-suq intern billi tistabbilixxi qafas komuni għall-valutazzjoni ta’ ċerti miżuri relatati mal-akkomodazzjoni li jaffettwaw il-libertajiet tas-suq intern. Filwaqt li l-politika tal-akkomodazzjoni tibqa’ primarjament fil-kompetenza tal-Istati Membri u tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali tagħhom, miżuri li jaffettwaw il-forniment ta’ servizzi jew l-akkwist jew l-użu ta’ proprjetà residenzjali jistgħu jirrestrinġu l-libertajiet tas-suq intern u għalhekk huma soġġetti għad-dritt tal-Unjoni.

Il-Proposta tistabbilixxi metodoloġija komuni biex turi l-istress tal-akkomodazzjoni u rekwiżiti komuni għall-ġustifikazzjoni u l-proporzjonalità ta’ ċerti miżuri relatati mal-akkomodazzjoni, filwaqt li tirrispetta bis-sħiħ il-kompetenza tal-Istati Membri rigward il-politika tal-akkomodazzjoni u l-kontenut sostantiv tal-miżuri tal-akkomodazzjoni. Metodoloġiji u rekwiżiti proċedurali nazzjonali, reġjonali u lokali diverġenti joħolqu kundizzjonijiet differenti għall-operaturi ekonomiċi u inċertezza legali rigward ir-restrizzjonijiet fuq il-libertà tal-istabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi skont l-Artikoli 49 u 56 tat-TFUE, b’mod partikolari fir-rigward tas-servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir, u fuq il-moviment liberu tal-kapital skont l-Artikolu 63 tat-TFUE, b’mod partikolari fir-rigward tal-akkwist u l-użu ta’ proprjetà residenzjali. Il-Proposta tqarreb dawk il-metodoloġiji u r-rekwiżiti billi tistabbilixxi qafas komuni tal-Unjoni għall-valutazzjoni ta’ dawn ir-restrizzjonijiet. Għalhekk, l-Artikolu 114 tat-TFUE huwa l-bażi legali xierqa.

•Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva) 

Il-Proposta tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Il-politika tal-akkomodazzjoni, l-ippjanar urban u r-regolamentazzjoni tal-użu tal-art jibqgħu primarjament kwistjonijiet għall-Istati Membri. Madankollu, il-kundizzjonijiet għall-valutazzjoni ta’ jekk il-miżuri relatati mal-akkomodazzjoni li jirrestrinġu l-libertajiet tas-suq intern jikkonformawx mad-dritt tal-Unjoni ma jistgħux jiġu ċċarati b’mod effettiv mill-Istati Membri li jaġixxu waħedhom.

Filwaqt li l-QĠUE interpretat il-prinċipji legali rilevanti, id-dritt eżistenti tal-Unjoni ma jipprovdi l-ebda qafas operazzjonali komuni speċifiku għall-identifikazzjoni tal-istress tal-akkomodazzjoni jew għall-valutazzjoni tal-ġustifikazzjoni u l-proporzjonalità tal-miżuri relatati mal-akkomodazzjoni. B’riżultat ta’ dan, l-awtoritajiet kompetenti japplikaw metodoloġiji u standards evidenzjali differenti, u b’hekk joħolqu inċertezza legali, piż amministrattiv u applikazzjoni inkonsistenti tad-dritt tal-Unjoni.

Il-valur miżjud tal-azzjoni tal-Unjoni huwa għalhekk li jiġi stabbilit qafas komuni għall-valutazzjoni ta’ miżuri relatati mal-akkomodazzjoni li jaffettwaw is-suq intern. Il-Proposta tipprovdi metodoloġija komuni għat-turija tal-istress tal-akkomodazzjoni u rekwiżiti komuni għall-ġustifikazzjoni, għan-neċessità, għall-proporzjonalità, għat-trasparenza u għar-rieżami ta’ tali miżuri. Din tippreserva d-diskrezzjoni tal-awtoritajiet kompetenti biex jiddeterminaw jekk hemmx bżonn ta’ intervent u liema miżuri huma xierqa fid-dawl taċ-ċirkostanzi lokali, filwaqt li tiżgura li l-miżuri li jaffettwaw is-suq intern jiġu vvalutati skont standards komuni tal-Unjoni.

•Proporzjonalità

Il-Proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għax ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jittejjeb il-funzjonament tas-suq intern. Ma tarmonizzax il-politika tal-akkomodazzjoni, ma teħtieġx li l-awtoritajiet kompetenti jadottaw miżuri relatati mal-akkomodazzjoni, jew jippreskrivu l-kontenut sostantiv ta’ tali miżuri. Minflok, tistabbilixxi biss dawk ir-rekwiżiti komuni meħtieġa biex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, it-trasparenza u l-applikazzjoni konsistenti tad-dritt tal-Unjoni għal miżuri li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha. Ma tkoprix miżuri meħuda mill-awtoritajiet kompetenti għal raġunijiet prevalenti relatati mal-interess pubbliku għajr il-ħtieġa li jiġu salvagwardjati l-affordabbiltà u d-disponibbiltà tal-akkomodazzjoni, bħall-politika pubblika, is-sigurtà pubblika, is-saħħa pubblika, il-protezzjoni tal-konsumaturi, il-protezzjoni tal-ambjent u l-ambjent urban, il-protezzjoni tal-wirt kulturali.

Fir-rigward ta’ miżuri li jikkonċernaw servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir, il-Proposta tapplika biss fejn tali miżuri jiġu adottati bil-għan li jissalvagwardjaw l-affordabbiltà u d-disponibbiltà tal-akkomodazzjoni f’żoni taħt stress tal-akkomodazzjoni. Il-Proposta għandha l-għan li tiżgura li huma kalibrati għal forom ta’ attività li, minħabba l-iskala, il-frekwenza jew il-karattru kummerċjali tagħhom, huma aktar probabbli li jnaqqsu d-disponibbiltà ta’ akkomodazzjoni għal użu residenzjali fit-tul.

Fir-rigward ta’ miżuri li jaffettwaw l-akkwist jew l-użu ta’ art u proprjetà residenzjali, il-Proposta tapplika biss fejn tali miżuri jiġu adottati bil-għan li jissalvagwardjaw l-affordabbiltà u d-disponibbiltà tal-akkomodazzjoni f’żoni taħt stress tal-akkomodazzjoni. Għalhekk tista’ tkopri, pereżempju, restrizzjonijiet fuq użu residenzjali mhux primarju, rekwiżiti li jirriżervaw proprjetà residenzjali affordabbli għall-okkupazzjoni mis-sid jew għal kategoriji speċifikati ta’ unitajiet domestiċi, inklużi dawk li jixtru għall-ewwel darba jew unitajiet domestiċi b’introjtu baxx u medju, miżuri li jindirizzaw postijiet vakanti fit-tul, jew rekwiżiti ta’ dikjarazzjoni dwar użu maħsub qabel l-akkwist, jew projbizzjoni ta’ bidliet fl-użu li jipprevjenu milli akkomodazzjoni tinqeleb minn użu residenzjali għal użu kummerċjali jew professjonali. Regoli ġenerali li jirregolaw is-sjieda u t-trasferiment tal-proprjetà, inkluż wirt, rigali u trasferimenti fi ħdan il-familji, miżuri li jirregolaw il-kirjiet skont kuntratti ta’ kiri residenzjali, benefiċċji għall-akkomodazzjoni, standards tal-bini, tassazzjoni, u regoli ġenerali dwar l-użu tal-art, l-ippjanar spazjali u ż-żonar jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni fejn ma jkollhomx l-għan jew l-effett li jirrestrinġu l-akkwist jew l-użu għall-iskop li jissalvagwardjaw l-affordabbiltà u d-disponibbiltà tal-akkomodazzjoni skont it-tifsira tar-Regolament.

Kif ikkonfermat mill-valutazzjoni tal-impatt, dan l-approċċ jipprovdi l-bilanċ xieraq bejn it-titjib taċ-ċertezza legali u l-preservazzjoni tal-flessibbiltà tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali biex jirrispondu għall-kundizzjonijiet tas-suq lokali tal-akkomodazzjoni.

•Għażla tal-istrument

Regolament huwa l-aktar strument legali xieraq għaliex jistabbilixxi qafas proċedurali komuni li jirregola l-valutazzjoni ta’ miżuri relatati mal-akkomodazzjoni li jaffettwaw is-suq intern. L-applikazzjoni uniformi ta’ dawk ir-rekwiżiti proċedurali hija essenzjali biex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali u l-applikazzjoni konsistenti tad-dritt tal-Unjoni madwar l-Unjoni.

Gwida mhux vinkolanti tista’ tippromwovi interpretazzjoni aktar konsistenti tad-dritt tal-Unjoni eżistenti iżda ma tipprovdix qafas prevedibbli u uniformi biżżejjed għall-awtoritajiet kompetenti, għaċ-ċittadini u għall-operaturi ekonomiċi. Direttiva tkun teħtieġ traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali, u b’hekk iżżid ir-riskju ta’ implimentazzjoni diverġenti u xxekkel il-progress lejn l-objettiv li tittejjeb iċ-ċertezza legali.

Għalhekk, Regolament jipprovdi l-aktar mezz effettiv biex jiġi stabbilit qafas komuni filwaqt li jirrispetta bis-sħiħ il-kompetenza tal-Istati Membri għall-politika tal-akkomodazzjoni u għat-tfassil sostantiv tal-miżuri relatati mal-akkomodazzjoni.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

F’konformità mal-Linji Gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar, il-Kummissjoni wettqet attivitajiet ta’ konsultazzjoni mmirati biex tikkomplementa l-konsultazzjoni pubblika estensiva li saret qabel fl-2025 bi tħejjija għall-EAHP, li rċeviet 13 330 tweġiba.

Bejn is-6 ta’ Marzu u t-3 ta’ April 2026, il-Kummissjoni organizzat Sejħa għal Evidenza, kwestjonarju mmirat u erba’ workshops iddedikati mal-Istati Membri, mar-reġjuni, mal-bliet, mal-partijiet ikkonċernati u mal-esperti. Is-Sejħa għall-Evidenza rċeviet 617-il kontribuzzjoni u kien hemm 303 tweġibiet għall-kwestjonarju mmirat.

Il-konsultazzjonijiet ikkonfermaw il-preżenza ta’ appoġġ wiesa’ għal ċertezza legali akbar rigward il-kompatibbiltà tal-miżuri relatati mal-akkomodazzjoni mad-dritt tal-Unjoni, filwaqt li enfasizzaw il-ħtieġa li tiġi rispettata s-sussidjarjetà u li tiġi ppreservata l-flessibbiltà għall-awtoritajiet kompetenti. L-awtoritajiet pubbliċi talbu għal qafas komuni għall-valutazzjoni tal-istress tal-akkomodazzjoni u l-ġustifikazzjoni tal-miżura lokali. L-operaturi ekonomiċi enfasizzaw l-importanza tal-proporzjonalità, taċ-ċertezza legali u tat-teħid ta’ deċiżjonijiet ibbażat fuq l-evidenza, filwaqt li rappreżentanti ta’ inkwilini, studenti, fornituri ta’ akkomodazzjoni soċjali u s-soċjetà ċivili enfasizzaw il-ħtieġa ta’ għodod effettivi biex jissalvagwardjaw l-affordabbiltà u d-disponibbiltà tal-akkomodazzjoni.

•Ġbir u użu tal-għarfien espert

Il-Proposta hija bbażata fuq analiżi ekonomika u legali estensiva mwettqa mill-Kummissjoni, inkluż l-appoġġ miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka u servizzi oħra tal-Kummissjoni.

•Valutazzjoni tal-impatt

Il-Proposta hija appoġġata minn rapport ta’ valutazzjoni tal-impatt (SWD(2026) xxx), imħejji f’konformità mal-Linji Gwida tal-Kummissjoni għal Regolamentazzjoni Aħjar.

Wara opinjoni negattiva tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju fil-5 ta’ Ġunju 2026, il-valutazzjoni tal-impatt ġiet rieżaminata sostanzjalment. Ir-rapport rieżaminat jiċċara d-definizzjoni tal-problema, l-objettivi, il-valutazzjoni tas-sussidjarjetà, l-għażliet ta’ politika u l-analiżi tal-impatt, u jiċċara li l-inizjattiva hija strument proċedurali maħsub biex itejjeb iċ-ċertezza legali aktar milli intervent fis-suq tal-akkomodazzjoni. Isaħħaħ ukoll il-bażi tal-evidenza, l-analiżi tal-partijiet ikkonċernati, il-valutazzjoni tal-litigazzjoni u l-qafas ta’ monitoraġġ. Ir-rapport rivedut irċieva opinjoni pożittiva b’riżervi fis-17 ta’ Lulju 2026.

Il-valutazzjoni tal-impatt eżaminat tliet għażliet ta’ politika flimkien mal-linja bażi:

Għażla 1: kienet tikkonsisti fi gwida mhux vinkolanti li tispjega d-dritt tal-Unjoni eżistenti u tipprovdi rakkomandazzjonijiet prattiċi.

Għażla 2: l-għażla ppreferuta. Tistabbilixxi qafas komuni li jirregola miżuri relatati mal-akkomodazzjoni li jaffettwaw il-libertajiet tas-suq intern. Tgħaqqad metodoloġija komuni biex jintwera l-istress tal-akkomodazzjoni ma’ rekwiżiti li jikkonċernaw il-ġustifikazzjoni, il-proporzjonalità, it-trasparenza u r-rieżami perjodiku, filwaqt li tippreserva d-diskrezzjoni nazzjonali, reġjonali u lokali dwar jekk għandux isir intervent u kif.

Għażla 3: kienet tintroduċi qafas aktar preskrittiv, inkluża d-deżinjazzjoni obbligatorja ta’ żoni tal-istress tal-akkomodazzjoni, limiti u pjanijiet ta’ akkomodazzjoni armonizzati, u armonizzazzjoni aktar estensiva fil-livell tal-Unjoni.

L-għażla ppreferuta hija mistennija li tikkontribwixxi għat-titjib tal-affordabbiltà u tad-disponibbiltà tal-akkomodazzjoni f’żoni li jkunu qed jesperjenzaw stress tal-akkomodazzjoni billi tippermetti azzjoni aktar f’waqtha, immirata u bbażata fuq l-evidenza fejn servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir jew użi oħra mhux primarji jaggravaw b’mod dimostrabbli l-pressjonijiet tal-akkomodazzjoni. Meta tali miżuri jippreservaw jew iżidu l-istokk ta’ akkomodazzjoni disponibbli għal użu residenzjali fit-tul, jistgħu jgħinu biex itaffu l-pressjoni fuq il-kirjiet u fuq il-prezzijiet tal-akkomodazzjoni u jtejbu l-aċċess għal akkomodazzjoni affordabbli, b’mod partikolari fi swieq lokali ristretti. Għalhekk, ir-residenti, inklużi l-inkwilini u x-xerrejja prospettivi tad-djar, jistgħu jibbenefikaw minn disponibbiltà akbar ta’ akkomodazzjoni u minn pressjonijiet imnaqqsa fuq l-affordabbiltà, filwaqt li l-awtoritajiet kompetenti jiksbu ċertezza legali akbar u ċ-ċittadini u l-operaturi ekonomiċi jibbenefikaw minn salvagwardji aktar ċari u konsistenti. Il-limiti tal-proporzjon bejn il-prezz u l-introjtu jiffokaw il-qafas fuq żoni li qed jiffaċċjaw pressjonijiet sinifikanti ta’ affordabbiltà, filwaqt li l-valutazzjoni sussegwenti tal-kundizzjonijiet tas-suq lokali tal-akkomodazzjoni tiżgura li l-miżuri jirrispondu għal ċirkostanzi lokali reali. Il-Proposta żżomm il-flessibbiltà għall-Istati Membri u għall-awtoritajiet kompetenti u tirrispetta s-sussidjarjetà. L-impatti ambjentali u tal-kompetittività huma mistennija li jkunu limitati u prinċipalment indiretti. Il-Proposta hija konsistenti mal-objettivi klimatiċi tal-Unjoni.

•Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Il-Proposta tikkontribwixxi għas-simplifikazzjoni billi tistabbilixxi qafas proċedurali komuni għall-valutazzjoni tal-miżuri relatati mal-akkomodazzjoni li jaffettwaw is-suq intern. Għall-miżuri li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, il-Proposta tiċċara r-rekwiżiti proċedurali applikabbli. Skont il-Proposta, mhux se jibqa’ jkun hemm rekwiżit li jiġu notifikati restrizzjonijiet fuq servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir skont id-Direttiva 2006/123/KE, u dan se jnaqqas il-formalitajiet amministrattivi ripetittivi u se jtejjeb l-effiċjenza amministrattiva. Il-Proposta tikkumplimenta r-Regolament (UE) 2024/1028 u tevita l-ħolqien ta’ rekwiżiti amministrattivi li jikkoinċidu jew li huma duplikati.

Il-Proposta ma timponix obbligi diretti fuq in-negozji. Għalhekk, l-effetti tagħha fuq l-Intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) u l-mikrointrapriżi huma indiretti u jiddependu fuq il-miżuri relatati mal-akkomodazzjoni adottati mill-awtoritajiet kompetenti. Ċertezza legali, trasparenza u prevedibbiltà akbar huma mistennija li jnaqqsu l-inċertezza regolatorja u l-kostijiet ta’ konformità għall-operaturi ekonomiċi, partikolarment dawk attivi f’diversi ġuriżdizzjonijiet. L-impatt ġenerali fuq il-kompetittività huwa mistenni li jkun limitat u ġeneralment newtrali.

Il-Proposta tfasslet f’konformità mal-prinċipji tat-tfassil tal-politika tal-Kummissjoni dwar it-tħejjija diġitali. Tibni fuq sorsi ta’ data eżistenti, tippromwovi l-interoperabbiltà mal-qafas stabbilit mir-Regolament (UE) 2024/1028 u tevita obbligi ta’ rappurtar bla bżonn.

Il-Proposta ma teżentax espliċitament lill-mikrointrapriżi, peress li ma timponix obbligi diretti fuq il-fornituri tas-servizzi. Pjuttost, tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li skonthom, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jadottaw miżuri li jaffettwaw ċerti attivitajiet. L-attività ta’ servizz ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir, li tinvolvi akkomodazzjoni mhux użata bħala residenza primarja, ħafna drabi titwettaq minn mikrointrapriżi, u li għalhekk jistgħu jiġu affettwati indirettament minn miżuri adottati mill-awtoritajiet kompetenti skont il-qafas.

Il-Proposta tkun rilevanti għall-SMEs, b’mod partikolari dawk attivi fis-setturi ta’ servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir u tat-turiżmu, iżda ma timponix obbligi diretti jew kostijiet ta’ konformità fuqhom. L-effetti tagħha huma mistennija li jkunu prinċipalment indiretti u li jvarjaw bejn is-setturi. Madankollu, l-SMEs jistgħu jiġu affettwati minn miżuri adottati mill-awtoritajiet kompetenti skont il-qafas, bin-natura u l-kobor ta’ dawk l-effetti jiddependu fuq il-miżuri kkonċernati u l-kundizzjonijiet tas-suq lokali. Iżda fl-istess ħin, l-SMEs jibbenefikaw minn viżibilità u minn prevedibbiltà akbar dwar meta, fejn u għal kemm żmien jistgħu japplikaw ir-restrizzjonijiet, kif ukoll minn rekwiżiti komuni mmirati biex jiżguraw li tali miżuri jkunu bbażati fuq l-evidenza, neċessarji u proporzjonati. Dawn il-benefiċċji huma partikolarment rilevanti għall-SMEs li joperaw f’diversi swieq lokali, jew li jipprovdu servizzi fihom. L-impatt ġenerali fuq il-kompetittività huwa mistenni li jkun limitat u ġeneralment newtrali. Billi l-inizjattiva hija indirizzata primarjament lill-awtoritajiet kompetenti aktar milli lin-negozji, l-effetti tagħha huma indiretti u jiddependu fuq għażliet ta’ implimentazzjoni lokali. Ċertezza legali, trasparenza u prevedibbiltà akbar huma mistennija li jnaqqsu l-inċertezza regolatorja u l-kostijiet ta’ konformità għall-operaturi ekonomiċi attivi f’diversi ġuriżdizzjonijiet, filwaqt li kwalunkwe kost ta’ aġġustament li jirriżulta minn restrizzjonijiet introdotti f’żoni taħt stress tal-akkomodazzjoni huwa mistenni li jibqa’ lokalizzat u speċifiku għas-settur.

•Drittijiet fundamentali

Il-Proposta tirrispetta d-drittijiet u l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Billi tistabbilixxi salvagwardji proċedurali komuni li jirregolaw il-ġustifikazzjoni, it-trasparenza u r-rieżami perjodiku ta’ miżuri relatati mal-akkomodazzjoni, il-Proposta tappoġġa d-dritt għal amministrazzjoni tajba skont l-Artikolu 41 tal-Karta.

Il-Proposta hija mistennija li tikkontribwixxi indirettament għall-objettivi stabbiliti fl-Artikoli 7, 34(3) u 36 tal-Karta billi tappoġġa lill-awtoritajiet kompetenti fis-salvagwardja tal-affordabbiltà u tad-disponibbiltà tal-akkomodazzjoni, filwaqt li tiżgura rispett sħiħ għad-dritt għall-proprjetà skont l-Artikolu 17. B’mod partikolari, il-miżuri fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Proposta huma soġġetti għal salvagwardji, inkluż evidenza oġġettiva ta’ effett negattiv sinifikanti fuq l-affordabbiltà jew id-disponibbiltà tal-akkomodazzjoni, l-immirar territorjali, in-neċessità u l-proporzjonalità, il-kunsiderazzjoni ta’ alternattivi inqas restrittivi, ir-rispett għaċ-ċertezza legali u l-aspettattivi leġittimi, arranġamenti tranżizzjonali xierqa, limitazzjonijiet fuq id-durata, rieżami perjodiku u protezzjoni ġudizzjarja effettiva. Il-Proposta nnifisha ma tistabbilixxi ebda restrizzjoni fuq is-sjieda tal-proprjetà jew tagħti lill-awtoritajiet kompetenti setgħat biex jadottaw restrizzjonijiet li ma humiex disponibbli għalihom skont il-liġi nazzjonali.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

L-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha implikazzjonijiet baġitarji limitati għall-baġit tal-Unjoni. Hemm bżonn ta’ riżorsi addizzjonali primarjament biex jappoġġaw l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-qafas il-ġdid, inkluż it-tħejjija ta’ gwida, l-involviment tal-partijiet ikkonċernati, is-segwitu legali u politiku, u l-manutenzjoni u t-tħaddim kontinwu tal-għodda Mapadomo eżistenti (bażi tad-data tal-akkomodazzjoni). Kull fejn ikun possibbli, il-Proposta tibni fuq strutturi, għarfien espert u infrastruttura diġitali eżistenti tal-Kummissjoni u ma tistabbilix korp ġdid tal-Unjoni, programm ta’ finanzjament jew pjattaforma diġitali. L-implikazzjonijiet finanzjarji dettaljati huma stabbiliti fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja u Diġitali Leġiżlattiva li takkumpanja din il-Proposta.

5.    ELEMENTI OĦRA

•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Il-Kummissjoni se timmonitorja l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament f’kooperazzjoni mal-Istati Membri u mal-awtoritajiet kompetenti. Il-Kummissjoni se tivvaluta l-mod kif jopera l-qafas stabbilit minn dan ir-Regolament, inkluż l-applikazzjoni tal-metodoloġija għat-turija tal-istress tal-akkomodazzjoni, il-ġustifikazzjoni, il-proporzjonalità, it-trasparenza u r-rieżami tal-miżuri adottati skont ir-Regolament, it-tnaqqis fil-litigazzjoni u l-isfidi legali ta’ suċċess. L-evalwazzjoni se tiffoka fuq l-effettività tal-qafas tal-Unjoni u mhux se tivvaluta l-għażliet tal-politika tal-akkomodazzjoni magħmula mill-awtoritajiet kompetenti.

Il-Kummissjoni se tevalwa dan ir-Regolament mhux qabel 5 snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu.

•Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Proposta

Il-Kapitolu I jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali. Jiddefinixxi s-suġġett u l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament, jiċċara r-relazzjoni tiegħu mal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni, u jistabbilixxi d-definizzjonijiet ewlenin użati fir-Regolament kollu.

Il-Kapitolu II jistabbilixxi l-qafas komuni applikabbli għal miżuri relatati mal-akkomodazzjoni. Dan jistabbilixxi l-metodoloġija għat-turija tal-istress tal-akkomodazzjoni, ir-regoli dwar il-kamp ta’ applikazzjoni territorjali u l-kundizzjonijiet li jirregolaw in-nondiskriminazzjoni, in-neċessità u l-proporzjonalità. Jistabbilixxi wkoll rekwiżiti dwar id-durata, ir-rieżami perjodiku, it-trasparenza u r-stħarriġ ġudizzjarju.

Il-Kapitolu III fih id-dispożizzjonijiet finali relatati mal-atti delegati, l-evalwazzjoni u r-rieżami tar-Regolament, u d-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni tiegħu.

2026/0268 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi qafas għal miżuri fl-Istati Membri biex jissalvagwardjaw l-affordabbiltà u d-disponibbiltà tal-akkomodazzjoni (l-Att dwar l-Akkomodazzjoni Affordabbli)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 10 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 11 ,

Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)L-Unjoni qed tiffaċċja kriżi ta’ affordabbiltà tal-akkomodazzjoni li ddgħajjef il-koeżjoni soċjali u thedded il-kompetittività ġenerali tal-Unjoni. Din il-kriżi qed taffettwa numru dejjem akbar ta’ unitajiet domestiċi, b’numru dejjem jikber ta’ nies li qed jiffaċċjaw diffikultajiet biex isibu akkomodazzjoni ta’ kwalità bi prezz raġonevoli. Dan jaffettwa, b’mod partikolari, lin-nies f’sitwazzjonijiet vulnerabbli, iżda wkoll dejjem aktar unitajiet domestiċi b’introjtu medju. In-nuqqas ta’ affordabbiltà tal-akkomodazjoni sar ostaklu għall-mobilità tal-ħaddiema, għall-aċċess għal opportunitajiet ta’ impjieg u edukazzjoni, u għall-iżvilupp ekonomiku u għall-kompetittività. Il-ħaddiema essenzjali u persuni li jagħmlu xogħol staġunali ’l bogħod mir-residenza tas-soltu tagħhom ma jistgħux jibqgħu jaffordjaw li jgħixu fil-komunitajiet li jaqdu.

(2)L-analiżi stabbilita fid-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni “Understanding the housing crisis” 12 turi li għalkemm l-isfidi tal-affordabbiltà tal-akkomodazzjoni huma preżenti madwar l-Unjoni, is-severità u l-fatturi sottostanti tagħhom ivarjaw b’mod sinifikanti bejn l-Istati Membri u fi ħdanhom. B’mod partikolari, iċ-ċentri urbani ewlenin, iż-żoni metropolitani bi tkabbir qawwi fis-suq tax-xogħol u ċerti żoni kkaratterizzati minn intensità għolja ta’ turiżmu esperjenzaw żbilanċi sostnuti bejn il-provvista u d-domanda tal-akkomodazzjoni. Dan wassal għal żidiet mgħaġġla fil-prezzijiet tax-xiri u fil-kirjiet, u żieda fir-riskji ta’ spostament residenzjali.

(3)F’dawk l-inħawi, id-domanda għal proprjetà residenzjali żdiedet minħabba xejriet ta’ urbanizzazzjoni fit-tul, konċentrazzjoni ta’ attività ekonomika, strutturi ta’ unitajiet domestiċi li qed jinbidlu u domanda dejjem tikber għal spazju għall-għajxien modern. Il-proprjetà residenzjali qed tintuża wkoll dejjem aktar għal skopijiet oħra għajr residenza permanenti. Dan jinkludi l-użu għal akkomodazzjoni turistika, bħal servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir, użu okkażjonali u investiment. F’xi muniċipalitajiet jew viċinanzi taħt stress tal-akkomodazzjoni, ir-residenzi mhux primarji jistgħu jirrappreżentaw sehem sinifikanti tal-istokk tal-akkomodazzjoni, u listings tas-servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir jistgħu jiffurmaw proporzjon konsiderevoli tal-istokk ġenerali tal-kiri, b’numru sostanzjali ta’ ospitanti li jikru diversi proprjetajiet taħt tali kuntratti għal żmien qasir. Filwaqt li dawn l-użi addizzjonali jistgħu jiġġeneraw benefiċċji ekonomiċi u soċjali, inkluż għal unitajiet domestiċi li qed jitħabtu biex ilaħħqu mal-ħajja, jistgħu wkoll jaggravaw il-pressjonijiet tad-domanda għall-akkomodazzjoni f’xi swieq lokali tal-akkomodazzjoni ristretti billi jnaqqsu d-disponibbiltà ta’ abitazzjonijiet għal użu primarju u jpoġġu pressjoni inflazzjonarja fuq il-kirjiet u l-prezzijiet tal-akkomodazzjoni. Il-firxa ta’ dawk l-effetti tvarja konsiderevolment skont il-kundizzjonijiet tas-suq lokali tal-akkomodazzjoni u l-abbiltà tal-provvista tal-akkomodazzjoni li tirrispondi għad-domanda. Jekk ir-rispons tal-provvista ma jkunx biżżejjed, tali żoni jistgħu jesperjenzaw stress tal-akkomodazzjoni, ħafna drabi rifless f’nuqqas ta’ konnessjoni dejjem jikber bejn il-prezzijiet u l-kirjiet tal-akkomodazzjoni, minn naħa waħda, u l-introjtu tal-unitajiet domestiċi, min-naħa l-oħra.

(4)Id-disponibbiltà lokali tal-akkomodazzjoni tista’ wkoll tkun limitata minn fatturi li jaffettwaw il-kapaċità tal-provvista tal-akkomodazzjoni li tirrispondi għad-domanda. Tali fatturi jinkludu l-iskarsezza tal-art, ir-restrizzjonijiet fl-ippjanar u fil-ħruġ tal-permessi, in-nuqqas ta’ ħaddiema, ir-restrizzjonijiet fit-trasport u fl-infrastruttura, fil-proprjetajiet vakanti, u fl-investiment insuffiċjenti fil-bini tad-djar, inkluż akkomodazzjoni affordabbli u soċjali. Provvista addizzjonali ta’ akkomodazzjoni tista’ tiġi ġġenerata wkoll permezz ta’ rinnovazzjoni, adattament għal skop differenti, tqassim mill-ġdid f’aktar unitajiet, u li l-abitazzjonijiet vakanti jerġgħu jibdew jintużaw. F’dan il-kuntest, akkomodazzjoni vakanti u mhux użata biżżejjed f’żoni rurali tista’ wkoll tipprovdi opportunitajiet biex tiżdied il-provvista ta’ akkomodazzjoni. Titjib sostenibbli fl-affordabbiltà tal-akkomodazzjoni jeħtieġ żieda fil-provvista tal-akkomodazzjoni, inkluż akkomodazzjoni affordabbli u soċjali.

(5)F’dawn l-aħħar snin, l-awtoritajiet kompetenti f’żoni taħt stress tal-akkomodazzjoni adottaw, jew qed jikkunsidraw, miżuri restrittivi mmirati biex jippreservaw l-akkomodazzjoni għal użu residenzjali fit-tul u biex itaffu l-pressjonijiet fuq l-affordabbiltà u fuq id-disponibbiltà tal-akkomodazzjoni. Dawn jinkludu miżuri mmirati lejn il-preservazzjoni tal-proprjetà residenzjali għal użu residenzjali primarju, kemm jekk tkun okkupata mis-sid jew minn persuna oħra, inkluż billi jindirizzaw l-attività ta’ servizz ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir jew forom oħra ta’ użu residenzjali mhux primarju.

(6)Jenħtieġ li dan ir-Regolament la jistabbilixxi dritt skont id-dritt tal-Unjoni għall-awtoritajiet kompetenti li jirrestrinġu s-sjieda jew l-użu tal-proprjetà u lanqas ma jirrikjedi, jippreskrivi jew jinkoraġġixxi l-adozzjoni ta’ kwalunkwe tali miżura. Jenħtieġ li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti applikabbli fejn l-awtoritajiet kompetenti jagħżlu li jadottaw miżuri disponibbli għalihom skont il-liġi nazzjonali għall-iskop li jissalvagwardjaw l-affordabbiltà u d-disponibbiltà tal-akkomodazzjoni f’żoni taħt stress tal-akkomodazzjoni, bħal restrizzjonijiet fuq użu residenzjali mhux primarju, rekwiżiti li jirriżervaw proprjetà residenzjali affordabbli għall-okkupazzjoni mis-sid jew għal kategoriji speċifikati ta’ unitajiet domestiċi, inklużi dawk li jixtru għall-ewwel darba jew unitajiet domestiċi b’introjtu baxx u medju, miżuri li jindirizzaw postijiet vakanti fit-tul, jew rekwiżiti ta’ dikjarazzjoni dwar l-użu maħsub qabel l-akkwist, jew rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni dwar bidliet fl-użu minn skopijiet residenzjali għal skopijiet kummerċjali jew professjonali.

(7)L-approċċi nazzjonali, reġjonali u lokali jvarjaw mhux biss fir-rigward tal-miżuri adottati, iżda wkoll fil-kunċetti u fl-indikaturi użati biex jidentifikaw l-istress tal-akkomodazzjoni, il-limiti applikati, l-evidenza meħtieġa u l-istandards użati biex jiġi vvalutat jekk ir-restrizzjonijiet humiex ġustifikati. Tali diverġenzi x’aktarx li jiżdiedu hekk kif aktar awtoritajiet kompetenti jieħdu azzjoni b’reazzjoni għall-pressjonijiet fuq l-akkomodazzjoni. Din il-frammentazzjoni żżid il-kostijiet tal-konformità u tnaqqas iċ-ċertezza legali għall-operaturi ekonomiċi attivi fis-suq intern, inklużi pjattaformi online li joperaw madwar l-Unjoni, ospitanti li joffru proprjetajiet fi Stati Membri differenti u xerrejja u investituri transfruntiera. B’hekk taffettwa b’mod negattiv il-funzjonament xieraq tas-suq intern.

(8)Il-qafas legali huwa regolat prinċipalment skont l-Artikoli 49, 56 u 63 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Għal servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir, l-aċċess għal tali servizzi jew il-forniment tagħhom huma regolati mid-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 13 . Madankollu, hemm nuqqas ta’ ċarezza dwar liema tip ta’ miżuri jikkonformaw mal-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni tal-ġustifikazzjoni, in-nondiskriminazzjoni u l-proporzjonalità.

(9)Jenħtieġ li dan ir-Regolament jiġi applikat b’rispett sħiħ tad-dritt għall-proprjetà stabbilit fl-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Il-miżuri li jirrestrinġu l-akkwist jew l-użu ta’ art jew proprjetà residenzjali jistgħu jinterferixxu mal-eżerċizzju ta’ dak id-dritt u għalhekk jenħtieġ li jkunu soġġetti għal rekwiżiti ta’ neċessità u proporzjonalità. B’mod partikolari, jenħtieġ li tali miżuri jkunu bbażati fuq evidenza oġġettiva, ikunu mmirati b’mod xieraq fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali u materjali tagħhom, ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq l-objettiv imfittex, ikunu limitati fid-durata, jirrispettaw iċ-ċertezza legali u l-aspettattivi leġittimi u jkunu soġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv. Pereżempju, meta l-miżuri jindirizzaw postijiet vakanti fit-tul ta’ proprjetà residenzjali, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jqisu sitwazzjonijiet fejn in-nuqqas ta’ okkupazzjoni huwa ġġustifikat miċ-ċirkostanzi tas-sid jew tal-okkupant. B’mod partikolari, jenħtieġ li titqies bis-sħiħ l-assenza temporanja għal raġunijiet bħal xogħol, edukazzjoni jew taħriġ, saħħa, dipendenza jew emerġenza soċjali. Għalhekk, jenħtieġ li l-qafas stabbilit minn dan ir-Regolament jiżgura bilanċ ġust bejn il-protezzjoni tad-dritt għall-proprjetà u l-interess pubbliku fis-salvagwardja tal-aċċess għal akkomodazzjoni affordabbli.

(10)Fl-istess ħin, fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jqisu d-dritt għar-rispett tad-domiċilju kif rifless fl-Artikolu 7 tal-Karta, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni u l-liġijiet u l-prattiki nazzjonali.

(11)Il-fatt li miżura taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jinftiehemx bħala li jimplika li dik il-miżura hija kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni. Il-kompatibbiltà ta’ miżura mad-dritt tal-Unjoni tiddependi mill-konformità mar-rekwiżiti applikabbli ta’ neċessità u proporzjonalità, filwaqt li jitqiesu n-natura, il-kamp ta’ applikazzjoni u l-effetti tal-miżura kif ukoll iċ-ċirkostanzi li fihom tiġi applikata. Kif jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, miżura tista’, pereżempju, tonqos milli tosserva r-rekwiżit ta’ nuqqas ta’ diskriminazzjoni meta s-setgħa diskrezzjonali disponibbli għall-awtorità kompetenti toħloq riskju ta’ applikazzjoni diskriminatorja, inkluż billi tissuġġetta liċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra għal skrutinju aktar strett minn dak applikat għaċ-ċittadini tal-Istat Membru kkonċernat.

(12)Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea rrikonoxxiet li s-salvagwardja tad-disponibbiltà u l-affordabbiltà tal-akkomodazzjoni tista’ tikkostitwixxi raġuni imperattiva ta’ interess pubbliku li tiġġustifika restrizzjonijiet fuq il-libertajiet tas-suq intern, dment li l-miżura tkun xierqa u proporzjonata. Madankollu, ma hemm l-ebda regola speċifika fil-livell tal-Unjoni li tirregola kif l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li juru l-istress tal-akkomodazzjoni u jistabbilixxu li miżuri temporanji speċifiċi huma ġustifikati, adatti u proporzjonati. Fin-nuqqas ta’ qafas komuni li jirregola l-valutazzjoni ta’ tali miżuri, tista’ tinqala’ inċertezza legali rigward il-kundizzjonijiet li skonthom jistgħu jiġu introdotti, miżmuma jew adattati interventi relatati mal-akkomodazzjoni. Dan jista’ jżid il-piż amministrattiv, il-kostijiet tal-konformità u r-riskji ta’ litigazzjoni u jnaqqas il-prevedibbiltà għall-awtoritajiet kompetenti, iċ-ċittadini u l-operaturi ekonomiċi.

(13)Sabiex jittejbu ċ-ċertezza legali u l-funzjonament tas-suq intern, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit qafas komuni tal-Unjoni li jirregola l-valutazzjoni tal-miżuri restrittivi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li l-awtoritajiet kompetenti jadottaw biex jissalvagwardjaw l-affordabbiltà u d-disponibbiltà tal-akkomodazzjoni. Jenħtieġ li dak il-qafas ma jfittixx li jarmonizza l-għażliet tal-politika tal-akkomodazzjoni jew jirrikjedi li l-awtoritajiet kompetenti jintervjenu fis-swieq tal-akkomodazzjoni. Pjuttost, jenħtieġ li jiżgura li l-miżuri li jaffettwaw il-libertajiet tas-suq intern jiġu vvalutati abbażi ta’ rekwiżiti proċedurali komuni relatati mal-evidenza, it-trasparenza, il-ġustifikazzjoni u l-proporzjonalità. Jenħtieġ li jikkontribwixxi għal prevedibbiltà akbar għall-awtoritajiet kompetenti, għall-pubbliku u għall-operaturi ekonomiċi, filwaqt li jippreserva l-kapaċità tal-awtoritajiet kompetenti li jadottaw miżuri li huma l-aktar adatti għaċ-ċirkostanzi lokali.

(14)Is-swieq tal-akkomodazzjoni huma intrinsikament lokali u spiss jeħtieġu risponsi adattati għaċ-ċirkostanzi lokali. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jżommu l-kapaċità li jiddeterminaw jekk l-intervent huwiex meħtieġ u liema miżuri huma l-aktar xierqa fid-dawl tal-kundizzjonijiet lokali tal-akkomodazzjoni. Fl-istess ħin, iċ-ċittadini u l-operaturi ekonomiċi attivi fis-suq intern jibbenefikaw minn trasparenza u minn prevedibbiltà akbar fir-rigward tal-kundizzjonijiet li skonthom jistgħu jiġu adottati miżuri relatati mal-akkomodazzjoni.

(15)Id-Direttiva 2006/123/KE tistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali li jiffaċilitaw l-eżerċizzju tal-libertà tal-istabbiliment għall-fornituri tas-servizzi u l-moviment liberu tas-servizzi. Dik id-Direttiva tapplika għall-aċċess għal servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir jew il-forniment tagħhom. Dan ir-Regolament jirregola aspetti speċifiċi tal-aċċess għal servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir jew il-forniment tagħhom. Jenħtieġ li din tapplika, minflok id-Direttiva 2006/123/KE, għal miżuri adottati minn awtoritajiet kompetenti li jirrestrinġu l-aċċess għal servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir jew il-forniment tagħhom, fejn dawk il-miżuri jkunu ġġustifikati mill-ħtieġa li jiġu ssalvagwardjati l-affordabbiltà u d-disponibbiltà ta’ proprjetà residenzjali. Jenħtieġ li d-Direttiva 2006/123/KE tkompli tapplika għal miżuri li jirrestrinġu l-aċċess għal servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir, jew il-forniment tagħhom, kemm fuq residenzi primarji kif ukoll fuq residenzi mhux primarji, meħuda abbażi ta’ raġunijiet prevalenti relatati mal-interess pubbliku għajr il-ħtieġa li jiġu ssalvagwardjati l-affordabbiltà u d-disponibbiltà tal-akkomodazzjoni, pereżempju l-politika pubblika, is-sigurtà pubblika, is-saħħa pubblika, il-protezzjoni tal-konsumaturi, il-protezzjoni tal-ambjent u l-ambjent urban, il-protezzjoni tal-wirt kulturali.

(16)Sabiex jiġi limitat l-impatt negattiv fuq is-suq intern ta’ kwalunkwe miżura li tirrestrinġi l-aċċess għal servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir jew il-forniment tagħhom, jew li tirrestrinġi l-akkwist u l-użu ta’ art u proprjetà residenzjali, jenħtieġ li tali miżuri jkunu limitati għal żoni fejn il-pressjoni akuta fuq id-disponibbiltà u fuq l-affordabbiltà tal-proprjetà residenzjali (“żoni taħt stress tal-akkomodazzjoni”) tiġġustifika azzjoni biex tissalvagwardja l-affordabbiltà u d-disponibbiltà tal-proprjetà residenzjali, u għandhom ikunu proporzjonati kemm jista’ jkun.

(17)Ma hemm l-ebda metodoloġija komuni tal-Unjoni biex jiġi determinat meta l-pressjonijiet fuq l-akkomodazzjoni huma biżżejjed biex jiġġustifikaw restrizzjonijiet li jaffettwaw is-suq intern minħabba l-affordabbiltà u d-disponibbiltà tal-akkomodazzjoni. Diversi Stati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u lokali tagħhom jużaw kunċetti, indikaturi, limiti, unitajiet territorjali, sorsi ta’ data u proċeduri differenti biex jiddeterminaw jekk żona hijiex taħt stress tal-akkomodazzjoni. Xi approċċi jiffokaw fuq indikaturi tal-affordabbiltà, bħall-proporzjon bejn il-prezz u l-introjtu, il-livelli tal-kera jew il-piż żejjed tal-kostijiet tal-akkomodazzjoni. Oħrajn jużaw dijanjostika usa’, bħas-sehem ta’ djar sekondarji jew l-abitazzjonijiet vakanti, il-konċentrazzjoni ta’ servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir, l-impatt fuq l-akkomodazzjoni soċjali jew il-pressjoni fuq is-servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien twil. In-nuqqas ta’ kriterji komuni u oġġettivi joħloq inċertezza legali u jfixkel il-valutazzjoni ta’ jekk il-miżuri humiex ġustifikati b’mod oġġettiv, immirati b’mod xieraq u proporzjonati.

(18)Għalhekk huwa neċessarju li jiġi stabbilit approċċ komuni tal-Unjoni biex jiġi ddeterminat jekk żona hijiex taħt stress tal-akkomodazzjoni.

(19)Meta awtorità kompetenti jkollha l-ħsieb li tadotta miżura skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li tivvaluta l-istress tal-akkomodazzjoni fiż-żona kkonċernata abbażi tal-proporzjon bejn il-prezz u l-introjtu u t-tkabbir tiegħu matul iż-żmien, flimkien ma’ indikaturi oħrajn li jagħmluha possibbli li jintwera li l-istress tal-akkomodazzjoni ma huwiex probabbli li jonqos fil-futur. Jenħtieġ li l-fatt li żona tissodisfa l-kriterji għall-istress tal-akkomodazzjoni ma jwassalx awtomatikament għall-adozzjoni ta’ xi miżura skont dan ir-Regolament minn awtorità kompetenti. Jenħtieġ li d-deċiżjoni dwar jekk għandhiex tittieħed azzjoni u liema miżuri għandhom jiġu adottati tibqa’ f’idejn l-awtorità kompetenti.

(20)Il-proporzjon bejn il-prezz u l-introjtu jkejjel l-affordabbiltà tal-akkomodazzjoni billi jqabbel il-prezz tal-akkwist ta’ abitazzjoni mal-introjtu tal-unità domestika. Billi tgħaqqad il-proporzjon bejn il-prezz u l-introjtu matul l-aħħar 10 snin tad-data disponibbli, l-awtorità kompetenti tista’ tikseb stampa aktar kompluta tad-dinamika riċenti tal-affordabbiltà. It-tqabbil tal-indikaturi tal-proporzjon bejn il-prezz u l-introjtu fir-reġjuni u fiż-żmien jagħti stampa aktar sfumata kemm tal-pressjoni kurrenti tal-affordabbiltà kif ukoll tad-dinamiċi reċenti tal-affordabbiltà u jgħin lill-awtoritajiet jidentifikaw hotspots emerġenti fejn il-proporzjonijiet bejn il-prezz u l-introjtu jistgħu jkunu għadhom moderati iżda qed jiddeterjoraw malajr. Il-limiti fuq il-proporzjon bejn il-prezz u l-introjtu jindikaw livell ta’ nuqqas ta’ affordabbiltà tal-akkomodazzjoni u l-persistenza u l-aggravar tas-sitwazzjoni lokali. Il-proporzjon bejn il-prezz u l-introjtu jista’ jintuża wkoll bħala indikatur għall-proporzjon bejn il-kera u l-introjtu, peress li hemm korrelazzjoni pożittiva bejn il-prezzijiet tal-akkomodazzjoni u l-kirjiet.

(21)Il-Kummissjoni tagħmel disponibbli serje ta’ data stmata aġġornata regolarment li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jużaw għall-kalkolu tal-proporzjon bejn il-prezz u l-introjtu meta jivvalutaw l-istress tal-akkomodazzjoni skont dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jużaw data affidabbli u rappreżentattiva biżżejjed oħra li tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

(22)Sabiex tifhem aħjar il-pressjonijiet fuq l-akkomodazzjoni f’żona partikolari, minbarra l-proporzjon bejn il-prezz u l-introjtu, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tivvaluta wkoll ix-xejriet tal-popolazzjoni, kif ukoll ix-xejriet tal-provvista u tad-domanda tal-akkomodazzjoni f’dik iż-żona. Jenħtieġ li l-evidenza tkun reċenti u ġeografikament rilevanti u li tkun tista’ tiġi vverifikata. Huwa biss meta jitqiesu flimkien li dawn l-elementi jgħinu biex tiġi vvalutata s-severità tas-sitwazzjoni tal-akkomodazzjoni u jiġu identifikati ċ-ċirkostanzi speċifiċi, l-ixprunaturi u l-fatturi aggravanti potenzjali f’kull żona. Jenħtieġ li l-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tad-deżinjazzjoni jiġi delimitat bl-aktar mod ristrett possibbli, skont kemm tippermetti l-evidenza disponibbli, u jista’ jkun iżgħar mill-unità territorjali li għaliha tkun disponibbli d-data.

(23)Sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe miżura li tirrestrinġi l-aċċess għal servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir jew il-forniment tagħhom, jew li tirrestrinġi l-akkwist u l-użu ta’ art u proprjetà residenzjali tkun konformi mad-dritt tal-Unjoni, din trid tkun mhux diskriminatorja, ġustifikata minn raġuni prevalenti relatata mal-interess pubbliku u proporzjonata.

(24)F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw il-miżuri disponibbli u jagħżlu dawk li huma adatti biex jissalvagwardjaw l-affordabbiltà u d-disponibbiltà tal-akkomodazzjoni u li ma jkunux aktar restrittivi milli meħtieġ biex jintlaħaq dak l-objettiv.

(25)Meta l-miżuri jikkonċernaw l-akkwist jew l-użu ta’ art residenzjali jew proprjetà residenzjali, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw u, fejn xieraq, jużaw miżuri inqas restrittivi minn projbizzjonijiet assoluti ta’ ċerti akkwisti jew użi ta’ proprjetà, bħal limiti kwantitattivi f’żoni taħt stress tal-akkomodazzjoni, regoli ta’ anterjorità, eċċezzjonijiet għall-evitar ta’ tbatijiet indebiti jew inċentivi fiskali.

(26)Fil-qasam ta’ servizz ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jimmiraw lejn il-forom ta’ attività li x’aktarx ikollhom effett negattiv fuq id-disponibbiltà u fuq l-affordabbiltà tal-akkomodazzjoni għal użu residenzjali fit-tul, bħal dawk li huma kkaratterizzati mill-iskala kummerċjali tagħhom. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu dan billi jqisu kriterji oġġettivi bħall-għadd ta’ abitazzjonijiet offruti minn ospitant wieħed, il-frekwenza tal-attività, jew indikaturi komparabbli.

(27)Dan ir-Regolament jeskludi l-kiri tar-residenza primarja ta’ ospitant minn kwalunkwe restrizzjoni taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu. Dan għaliex tali kiri ġeneralment ma jneħħix l-akkomodazzjoni mis-suq fit-tul u għalhekk jenħtieġ li jiġi ttrattat b’mod differenti minn forom ta’ attività ta’ servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir li jinvolvu l-użu ta’ stokk ta’ akkomodazzjoni mhux użata bħala residenza primarja. L-esklużjoni tar-residenzi primarji mir-restrizzjonijiet fuq l-attività ta’ servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir skont dan ir-Regolament tikkostitwixxi salvagwardja minima u l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħżlu li jillimitaw ulterjorment il-kategoriji ta’ proprjetà residenzjali li għalihom japplikaw il-miżuri tagħhom, f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità.

(28)Ir-restrizzjonijiet li jaffettwaw l-akkwist jew l-użu ta’ proprjetà residenzjali jista’ jkollhom implikazzjonijiet indiretti, pereżempju fuq il-valuri tal-proprjetà, il-kundizzjonijiet ta’ finanzjament jew l-investiment. Tali effetti jiddependu fuq it-tip, fuq il-kamp ta’ applikazzjoni u fuq id-durata tal-miżuri adottati, fuq il-karatteristiċi tas-suq lokali tal-akkomodazzjoni u fuq kemm dawn ikunu akkumpanjati minn miżuri biex tiżdied il-provvista tal-akkomodazzjoni. Sabiex jiġi żgurat li l-aspetti prudenzjali marbuta mal-miżuri meħuda fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jiġu kkunsidrati kif suppost, l-awtorità kompetenti biex tapplika dan ir-Regolament tista’ tikkonsulta u tikkoopera mal-awtorità kompetenti jew mal-awtorità maħtura skont il-punt (40) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 14 skont l-Artikolu 458(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u skont l-Artikolu 133(3) tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 15 .

(29)Ir-restrizzjonijiet li jaffettwaw il-libertajiet tas-suq intern iridu jkunu xierqa biex jintlaħaq l-objettiv imfittex u ma jridux imorru lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-preżenza ta’ stress tal-akkomodazzjoni f’żona partikolari ma tiġġustifikax fiha nnfisha l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi. L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li juru, abbażi ta’ evidenza oġġettiva, li l-attività kkonċernata kellha effett negattiv sinifikanti fuq l-affordabbiltà jew fuq id-disponibbiltà tal-akkomodazzjoni fiż-żona kkonċernata matul mill-inqas 3 snin qabel l-adozzjoni tal-miżura, u li l-miżura hija meħtieġa u proporzjonata fid-dawl taċ-ċirkostanzi speċifiċi taż-żona kkonċernata.

(30)Filwaqt li l-użu ta’ proprjetà residenzjali għal skopijiet oħra għajr ir-residenza primarja jżid pressjoni fuq id-domanda fi swieq tal-akkomodazzjoni diġà ristretti, id-diskrepanza bejn il-provvista u d-domanda hija wkoll xprunata minn provvista insuffiċjenti ta’ akkomodazzjoni residenzjali. Restrizzjonijiet fuq l-aċċess għal servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir, jew il-forniment tagħhom, jew fuq l-akkwist u l-użu ta’ art u proprjetà residenzjali għal skopijiet oħra għajr ir-residenza primarja waħedhom ma jistgħux jindirizzaw il-kawżi strutturali tan-nuqqas ta’ akkomodazzjoni fit-tul. Filwaqt li restrizzjonijiet li huma limitati fiż-żmien u fl-ambitu tagħhom jistgħu jimmitigaw il-pressjonijiet tad-domanda għall-akkomodazzjoni fuq terminu qasir, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jikkomplementaw kwalunkwe tali restrizzjoni b’miżuri biex iżidu l-provvista tal-akkomodazzjoni f’dawk iż-żoni, b’mod partikolari l-provvista ta’ akkomodazzjoni soċjali u affordabbli.

(31)F’żoni taħt stress tal-akkomodazzjoni, it-twettiq ta’ proġetti ta’ żvilupp ta’ siti abbandunati u l-użu aħjar tal-istokk tal-bini eżistenti jistgħu jgħinu biex tiżdied il-provvista tal-akkomodazzjoni, speċjalment f’żoni urbani b’art limitata għal kostruzzjoni ġdida. Il-kodiċijiet tal-bini, ir-regoli ta’ żonar, il-proċeduri tal-ippjanar u tal-ħruġ tal-permessi huma fatturi ewlenin fejn l-azzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tista’ tgħin biex id-domanda u l-provvista ta’ akkomodazzjoni jiġu allinjati aħjar, billi tappoġġa kemm il-kostruzzjoni ta’ akkomodazzjoni ġdida kif ukoll il-fatt li l-abitazzjonijiet vakanti jerġgħu jibdew jintużaw, kif ukoll ir-rinnovazzjoni u l-adattament għal skop differenti ta’ bini mhux residenzjali bħala abitazzjonijiet, u t-tnaqqis tal-użu insuffiċjenti tal-akkomodazzjoni. Biex tappoġġa lill-awtoritajiet pubbliċi, f’Settembru 2026 il-Kummissjoni adottat Rakkomandazzjoni dwar l-affordabbiltà u dwar il-provvista tal-akkomodazzjoni f’żoni taħt stress tal-akkomodazzjoni 16 , inklużi rakkomandazzjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni ta’ investimenti pubbliċi u privati għall-provvista tal-akkomodazzjoni, b’mod partikolari għal akkomodazzjoni taħt ir-rati tas-suq. Dik ir-Rakkomandazzjoni tista’ wkoll tappoġġa l-ġlieda kontra l-esklużjoni mill-akkomodazzjoni u tikkontribwixxi għal komunitajiet aktar inklużivi u soċjalment koeżivi fejn l-akkomodazzjoni hija konnessa sew mal-impjiegi, mal-edukazzjoni u mas-servizzi essenzjali.

(32)Ir-Regolament (UE) 2024/1028 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 17 jistabbilixxi qafas armonizzat għar-reġistrazzjoni ta’ ospitanti li jipprovdu servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir u għall-ġbir u għall-kondiviżjoni ta’ data relatata ma’ tali servizzi. Id-disponibbiltà ta’ informazzjoni affidabbli u komparabbli dwar il-post, id-durata u l-intensità tal-attività ta’ servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir hija importanti għall-awtoritajiet kompetenti meta jivvalutaw il-kundizzjonijiet tas-suq tal-akkomodazzjoni u meta jiddeterminaw jekk il-miżuri li jaffettwaw tali attività humiex ġustifikati, neċessarji u proporzjonati. Għalhekk, jenħtieġ li d-data miġbura skont ir-Regolament (UE) 2024/1028 tappoġġa t-teħid ta’ deċiżjonijiet abbażi tal-evidenza u tiffaċilita l-applikazzjoni tar-regolament propost.

(33)Jenħtieġ li l-miżuri adottati għall-finijiet tar-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) 2024/1028 ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika biss għal miżuri oħra li jirregolaw jew li jirrestrinġu l-aċċess għal servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir jew il-forniment tagħhom, jew l-akkwist jew l-użu ta’ proprjetà residenzjali għal skopijiet oħra għajr ir-residenza primarja minħabba raġunijiet ta’ affordabbiltà tal-akkomodazzjoni. Jenħtieġ li miżuri oħra relatati ma’ proprjetà residenzjali u akkomodazzjoni, inklużi regoli ġenerali li jirregolaw is-sjieda u t-trasferiment ta’ proprjetà, akkwist permezz ta’ wirt, rigali u trasferimenti fi ħdan il-familji, miżuri li jirregolaw il-kirjiet taħt kuntratti ta’ kiri residenzjali, benefiċċji għall-akkomodazzjoni, miżuri ta’ tassazzjoni ta’ applikazzjoni ġenerali, standards tal-bini, u regoli ta’ ppjanar jew ta’ żonar ta’ applikazzjoni ġenerali, jibqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fejn huma ma jirregolawx jew li inkella jkollhom l-għan jew l-effett li jwassal għal restrizzjonijiet li jaqgħu fi ħdan l-iskop tiegħu.

(34)L-effettività tar-Regolament (UE) 2024/1028 hija essenzjali biex jiġu żgurati l-affidabbiltà u l-kompletezza tal-informazzjoni li jużaw l-awtoritajiet kompetenti meta jivvalutaw il-pressjonijiet tal-akkomodazzjoni u l-impatt tal-attività ta’ servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir. Listi li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti relatati mar-reġistrazzjoni stabbiliti f’dak ir-Regolament idgħajfu l-kwalità tal-informazzjoni disponibbli u jistgħu jfixklu l-infurzar effettiv tar-regoli nazzjonali, reġjonali u lokali applikabbli għas-servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir. Għalhekk huwa importanti li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu, f’konformità mar-Regolament (UE) 2024/1028, jirrikjedu li l-fornituri ta’ pjattaformi online ta’ servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir ineħħu jew jiddiżattivaw l-aċċess mingħajr dewmien żejjed għal-listi li ma jikkonformawx ma’ dawk ir-rekwiżiti.

(35)Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jżommu l-prinċipji taċ-ċertezza legali, it-trasparenza, il-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u l-protezzjoni ġudizzjarja effettiva. Jenħtieġ li l-persuni fiżiċi u ġuridiċi affettwati minn miżuri adottati minn awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament jibbenefikaw minn salvagwardji proċedurali xierqa u jkollhom aċċess għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv ta’ dawk il-miżuri.

(36)Sabiex jiġu protetti ċ-ċertezza legali u l-aspettattivi leġittimi, fejn l-awtoritajiet kompetenti jadottaw miżuri li jirrestrinġu l-akkwist jew l-użu ta’ proprjetà residenzjali jew art, jenħtieġ li kwalunkwe kundizzjoni marbuta mal-akkwist tapplika biss għall-proprjetà akkwistata wara d-data tal-applikazzjoni tal-miżura. Għalhekk, jenħtieġ li l-persuni li akkwistaw proprjetà qabel dik id-data ma jkunux soġġetti għal restrizzjonijiet ġodda marbuta ma’ dak l-akkwist, imposti skont dan ir-Regolament.

(37)Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri adottati skont dan ir-Regolament ma jibqgħux fis-seħħ għal aktar milli meħtieġ, jenħtieġ li dawn jiġu adottati għal perjodu li ma jaqbiżx il-5 snin, bil-possibbiltà li jiġu estiżi wara rieżami. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jirrieżaminawhom f’intervalli regolari biex jivverifikaw li l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament ikomplu jiġu ssodisfati. Meta dawk il-kundizzjonijiet ma jibqgħux jiġu ssodisfati, jenħtieġ li l-miżuri jiġu rtirati mingħajr dewmien żejjed.

(38)Sabiex jiġi żgurat kejl akkurat tal-pressjonijiet fuq l-affordabbiltà tal-akkomodazzjoni, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE tiġi delegata lill-Kummissjoni biex temenda d-data, il-limiti, l-indikaturi u l-metodoloġija użati għall-kalkolu tal-proporzjon bejn il-prezz u l-introjtu fejn żviluppi oġġettivi, murija minn evidenza statistika rilevanti jew evidenza affidabbli oħra, jagħmlu tali emendi neċessarji. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt il-ħidma preparatorja tagħha, anke fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet 18 . B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, jenħtieġ li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u jenħtieġ li l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(39)Sabiex jiġi vvalutat l-impatt ta’ dan ir-Regolament fuq il-funzjonament tas-suq intern u fuq l-affordabbiltà u d-disponibbiltà tal-akkomodazzjoni fl-Istati Membri, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(40)Peress li l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jtejjeb il-kundizzjonijiet għall-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern billi jipprovdi qafas komuni għal miżuri fl-Istati Membri biex jissalvagwardjaw l-affordabbiltà u d-disponibbiltà tal-akkomodazzjoni, ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista’, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu 1 
Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas komuni għal miżuri meħuda mill-awtoritajiet kompetenti biex jissalvagwardjaw l-affordabbiltà u d-disponibbiltà tal-akkomodazzjoni bil-ħsieb li jittejbu l-kundizzjonijiet għall-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern. Jistabbilixxi regoli komuni biex jiġi żgurat li l-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament ikunu ġġustifikati, trasparenti, proporzjonati u soġġetti għal rieżami.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.Dan ir-Regolament japplika għall-miżuri li ġejjin meħudin mill-awtoritajiet kompetenti, fejn dawk il-miżuri huma ġġustifikati mill-ħtieġa li jiġu salvagwardjati l-affordabbiltà u d-disponibbiltà tal-akkomodazzjoni:

(a)miżuri li jirrestrinġu l-aċċess għal servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir jew il-forniment tagħhom fi proprjetà residenzjali;

(b)miżuri li jirrestrinġu l-akkwist jew l-użu ta’ art u proprjetà residenzjali li ma tkunx akkwistata jew użata għall-iskop ta’ residenza primarja, kemm jekk okkupata mis-sid kif ukoll jekk tkun okkupata minn persuna oħra.

2.Dan ir-Regolament ma japplikax għal miżuri meħuda biss għal raġunijiet prevalenti relatati mal-interess pubbliku għajr il-ħtieġa li jiġu salvagwardjati l-affordabbiltà u d-disponibbiltà tal-akkomodazzjoni.

Artikolu 3

Relazzjoni ma’ atti oħrajn tal-Unjoni

1.Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 2(1), il-punt (a) ma għandhomx ikunu soġġetti għad-Direttiva 2006/123/KE, inkluż l-obbligu ta’ notifika stabbilit fl-Artikolu 15(7) ta’ dik id-Direttiva.

2.Dan ir-Regolament ma japplikax għal kwalunkwe miżura meħuda mill-awtoritajiet kompetenti għall-uniku skop li japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar ir-reġistrazzjoni stabbiliti fil-Kapitolu II tar-Regolament (UE) 2024/1028.

Artikolu 4

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)“awtorità kompetenti” tfisser awtorità nazzjonali, reġjonali jew lokali ta’ Stat Membru li hija kompetenti biex tapplika dan ir-Regolament, inkluż li tieħu miżuri li jirrestrinġu l-aċċess għal servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir jew il-forniment tagħhom, jew li jirrestrinġu l-akkwist jew l-użu ta’ art u proprjetà residenzjali;

(2)“żona taħt stress tal-akkomodazzjoni” tfisser żona ġeografika subnazzjonali delimitata b’mod ċar fejn id-diskrepanza bejn il-provvista tal-akkomodazzjoni u d-domanda għall-akkomodazzjoni tagħti lok għal pressjonijiet osservabbli fuq is-suq tal-akkomodazzjoni, abbażi ta’ valutazzjoni mwettqa mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-Artikolu 6;

(3)“proprjetà residenzjali” tfisser proprjetà immobbli maħsuba għal skopijiet ta’ akkomodazzjoni;

(4)“residenza primarja” tfisser il-proprjetà residenzjali li fiha persuna fiżika tkompli tirrisjedi abitwalment, u fejn jinsab ukoll iċ-ċentru abitwali tal-interess tagħha, kif definit ulterjorment fil-liġi nazzjonali;

(5)“proporzjon bejn il-prezz u l-introjtu” tfisser il-proporzjon bejn il-prezz rappreżentattiv ta’ abitazzjoni ta’ daqs medju f’żona speċifika, espress f’euro, u l-introjtu disponibbli rappreżentattiv per capita, espress f’euro;

(6)“abitazzjoni” tfisser unità residenzjali li tista’ tikkonsisti minn kamra waħda jew minn diversi kmamar imfassla biex tiġi okkupata minn unitajiet domestiċi;

(7)“akkwist” tfisser l-akkwist tas-sjieda ta’ proprjetà residenzjali, bl-esklużjoni ta’ trasferimenti permezz ta’ suċċessjoni, skont reġim ta’ proprjetà matrimonjali jew id-diviżjoni jew id-distribuzzjoni ta’ wirt, riorganizzazzjonijiet korporattivi li ma jirriżultawx f’bidla fis-sjieda benefiċjarja, u r-realizzazzjoni ta’ garanzija minn kreditur;

(8)“servizz ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir” tfisser servizz ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir kif definit fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament (UE) 2024/1028;

(9)“ospitant” tfisser ospitant kif definit fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) 2024/1028;

(10)“miżuri” tfisser dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri.

Kapitolu 2 
Miżuri biex jissalvagwardjaw l-affordabbiltà u d-disponibbiltà tal-akkomodazzjoni

Artikolu 5

Rekwiżiti għal miżuri biex jissalvagwardjaw l-affordabbiltà u d-disponibbiltà tal-akkomodazzjoni

1.Awtorità kompetenti tista’ tieħu kwalunkwe waħda mill-miżuri li ġejjin, sa fejn ikunu ġġustifikati mill-ħtieġa li jiġu ssalvagwardjati l-affordabbiltà u d-disponibbiltà tal-akkomodazzjoni, u sakemm dawk il-miżuri jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 6 sa 10:

(a)miżuri li jirrestrinġu l-aċċess għal servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir jew il-forniment tagħhom fi proprjetà residenzjali għajr ir-residenza primarja tal-ospitant;

(b)miżuri li jirrestrinġu l-akkwist jew l-użu ta’ art u proprjetà residenzjali li ma jkunux ġew akkwistati jew użati għall-iskop ta’ residenza primarja, kemm jekk okkupata mis-sid kif ukoll minn persuna oħra.

2.Miżuri li jirrestrinġu l-aċċess għal servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir jew il-forniment tagħhom unikament minħabba s-salvagwardja tal-affordabbiltà u d-disponibbiltà tal-akkomodazzjoni skont dan ir-Regolament japplikaw biss għal akkomodazzjoni li ma hijiex ipprovduta minn ospitant fir-residenza primarja tiegħu.

Artikolu 6

Valutazzjoni tal-istress tal-akkomodazzjoni

1.L-awtorità kompetenti għandha tivvaluta jekk iż-żona li fiha biħsiebha tieħu miżuri tissodisfax il-kriterji li ġejjin biex titqies bħala żona taħt stress tal-akkomodazzjoni:

(a)il-proporzjon bejn il-prezz u l-introjtu huwa ugwali għall-limitu ta’ tmienja jew jaqbżu, li jikkorrispondi għal 8 snin ta’ introjtu disponibbli per capita biex tinxtara abitazzjoni ta’ daqs medju fl-istokk tal-bini residenzjali taż-żona kkonċernata;

(b)il-proporzjon bejn il-prezz u l-introjtu żdied matul il-perjodu li jkopri l-aktar 10 snin reċenti ta’ data disponibbli;

(c)fin-nuqqas tal-miżura, l-istress tal-akkomodazzjoni x’aktarx li ma jonqosx matul it-3 snin ta’ wara l-adozzjoni tagħha abbażi ta’ valutazzjoni tal-elementi li ġejjin:

(i)id-dinamiċi tal-popolazzjoni;

(ii)il-provvista ta’ akkomodazzjoni;

(iii)id-domanda għall-akkomodazzjoni.

2.Meta l-proporzjon bejn il-prezz u l-introjtu jkun ugwali għall-limitu ta’ għaxra jew jaqbżu, il-paragrafu 1, il-punt (b), ma għandux japplika.

3.Meta tivvaluta jekk żona tissodisfax il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha tibbaża l-valutazzjoni tagħha fuq data oġġettiva, trasparenti u verifikabbli, u f’konformità ma’ prinċipji statistiċi sodi.

4.Il-proporzjon bejn il-prezz u l-introjtu għandu jiġi kkalkulat bl-użu tad-data, tal-limiti, tal-indikaturi u tal-metodoloġija speċifikati fl-Anness. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jużaw data alternattiva f’livell aktar granulari, sakemm ikunu jistgħu juru li l-proporzjon bejn il-prezz u l-introjtu li jirriżulta huwa konsistenti mal-limiti msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a), u l-paragrafu 2.

5.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 15 biex temenda l-paragrafu 1, il-punt (a), u l-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, fir-rigward tal-limiti, u l-Anness, fir-rigward tad-data, il-limiti, l-indikaturi u l-metodoloġija użati għall-kalkolu, fejn żviluppi oġġettivi, murija minn evidenza statistika rilevanti jew evidenza affidabbli oħra, jagħmlu dawn l-emendi neċessarji biex jiżguraw kejl akkurat tal-pressjonijiet fuq l-affordabbiltà tal-akkomodazzjoni.

Artikolu 7

Kamp ta’ applikazzjoni territorjali ta’ żona taħt stress tal-akkomodazzjoni

Il-kamp ta’ applikazzjoni territorjali ta’ żona taħt stress tal-akkomodazzjoni msemmija fl-Artikolu 6 ma għandux jaqbeż dak li huwa meħtieġ biex tiġi salvagwardjata l-affordabbiltà u d-disponibbiltà tal-akkomodazzjoni. Tali żoni jistgħu jkunu distretti, muniċipalitajiet, żoni metropolitani, żoni urbani funzjonali, agglomerazzjonijiet, żoni rurali jew kwalunkwe parti minnhom.

Artikolu 8

Nondiskriminazzjoni

Il-miżuri ma għandhomx ikunu direttament jew indirettament diskriminatorji bejn ċittadini ta’ Stati Membri abbażi ta’ nazzjonalità jew, fil-każ ta’ persuni ġuridiċi stabbiliti fi Stat Membru, għal raġunijiet tal-Istat Membru ta’ stabbiliment tagħhom.

Artikolu 9

Neċessità

1.Il-miżuri jistgħu jittieħdu biss jekk ikunu ġġustifikati mill-ħtieġa li jiġu salvagwardjati l-affordabbiltà u d-disponibbiltà tal-akkomodazzjoni fiż-żoni taħt stress tal-akkomodazzjoni msemmija fl-Artikolu 6.

2.Awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri msemmija fl-Artikolu 5(1), il-punt (a), biss fejn tkun tista’ turi li l-forniment ta’ servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir fiż-żona taħt stress tal-akkomodazzjoni kellu effett negattiv sinifikanti fuq id-disponibbiltà jew fuq l-affordabbiltà tal-akkomodazzjoni f’dik iż-żona għal aktar minn 3 snin qabel l-adozzjoni tal-miżura. Fejn disponibbli, l-awtorità kompetenti għandha tqis id-data miksuba skont ir-Regolament (UE) 2024/1028.

3.Awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri msemmija fl-Artikolu 5(1), il-punt (b), biss fejn tkun tista’ turi li l-akkwist u l-użu ta’ art u proprjetà residenzjali għal skopijiet oħra għajr residenza primarja fiż-żona taħt stress tal-akkomodazzjoni kellhom effett negattiv sinifikanti fuq id-disponibbiltà jew fuq l-affordabbiltà tal-akkomodazzjoni f’dik iż-żona matul mill-inqas 3 snin qabel l-adozzjoni tal-miżura.

4.Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 5(1), il-punt (b) li jikkonċernaw postijiet vakanti fit-tul ma għandhomx japplikaw fejn in-nuqqas ta’ okkupazzjoni huwa ġustifikat, inkluż minħabba raġunijiet ta’ assenza temporanja minħabba xogħol, edukazzjoni jew taħriġ, saħħa, proċedimenti dwar suċċessjoni li għaddejjin, impediment legali għall-okkupazzjoni jew minħabba li l-proprjetà ma tkunx abitabbli.

Artikolu 10

Proporzjonalità

1.Il-miżuri għandhom ikunu adatti biex jintlaħaq l-objettiv imfittex, ma għandhomx imorru lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq dak l-objettiv u għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)huma limitati territorjalment għaż-żona taħt stress tal-akkomodazzjoni u, fejn xieraq, ikkalibrati għal livelli differenti ta’ stress tal-akkomodazzjoni fiż-żona;

(b)huma bbażati fuq valutazzjoni li l-ebda miżura oħra inqas restrittiva ma tkun biżżejjed biex ittejjeb l-affordabbiltà u d-disponibbiltà tal-akkomodazzjoni b’mod ugwalment effettiv f’perjodu raġonevoli;

(c)jikkonformaw mal-prinċipji taċ-ċertezza legali u mal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi;

(d)għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 5(1), il-punt (a), huma kkalibrati għal forom ta’ attività ta’ servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir li, minħabba l-iskala, il-frekwenza jew il-karattru kummerċjali tagħhom, huma aktar probabbli li jnaqqsu d-disponibbiltà ta’ akkomodazzjoni għal użu residenzjali fit-tul;

(e)għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 5(1), il-punt (a), l-awtorità kompetenti tapplika u tinforza r-Regolament (UE) 2024/1028 fiż-żona ġeografika rilevanti, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tiegħu dwar ir-reġistrazzjoni, inklużi s-sospensjoni u l-irtirar tan-numri ta’ reġistrazzjoni, il-verifika, il-kondiviżjoni tad-data u l-ordnijiet li jeħtieġu t-tneħħija jew id-diżattivazzjoni ta’ listi mingħajr in-numru ta’ reġistrazzjoni, b’numru ta’ reġistrazzjoni invalidu jew li jinvolvi użu ħażin ta’ numru ta’ reġistrazzjoni;

(f)għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 5(1), il-punt (b), sa fejn jimponu restrizzjonijiet fuq l-akkwist ta’ proprjetà residenzjali u art, dawn japplikaw biss għal proprjetà u art akkwistati wara d-data tal-applikazzjoni tal-miżura;

(g)għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 5(1), il-punt (b) relatati ma’ postijiet vakanti fit-tul, huma kkalibrati, bl-applikazzjoni ta’ kriterji oġġettivi, ibbażati fuq in-natura u d-durata tan-nuqqas ta’ okkupazzjoni li x’aktarx inaqqsu d-disponibbiltà ta’ akkomodazzjoni għal użu residenzjali fit-tul, filwaqt li jqisu b’mod partikolari l-għadd ta’ abitazzjonijiet miżmuma mill-istess sid fiż-żona kkonċernata, id-durata ta’ nuqqas ta’ okkupazzjoni jew l-akkwist minn persuni ġuridiċi.

2.Għall-finijiet tal-paragrafu 1, fejn il-miżuri jaffettwaw sitwazzjonijiet legali eżistenti, dawn għandhom jinkludu arranġamenti tranżizzjonali xierqa.

Artikolu 11
Salvagwardji proċedurali u stħarriġ ġudizzjarju

Il-persuni fiżiċi u ġuridiċi affettwati mill-miżuri meħuda skont l-Artikolu 5 għandu jkollhom aċċess għal salvagwardji proċedurali xierqa u għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv ta’ dawk il-miżuri, inkluża l-possibbiltà li jikkontestaw il-valutazzjonijiet imwettqa mill-awtorità kompetenti biex tiġi żgurata l-konformità mal-Artikoli 6 sa 10.

Artikolu 12

Durata u rieżami tal-miżuri

1.Il-miżuri għandhom jiġu adottati għal perjodu li ma jaqbiżx il-5 snin. Jistgħu jiġu estiżi jekk, wara r-rieżami msemmi fil-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti tikkonkludi li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 6 sa 10 jibqgħu jiġu ssodisfati.

2.Awtorità kompetenti għandha tirrieżamina regolarment jekk miżura msemmija fl-Artikolu 5 tkomplix tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 6 sa 10. L-ewwel rieżami għandu jitwettaq fi żmien 5 snin mid-data tal-adozzjoni tal-miżura.

3.Meta, wara r-rieżami, awtorità kompetenti tikkonkludi li miżura ma għadhiex tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 6 sa 10, hija għandha tirtira dik il-miżura mingħajr dewmien żejjed.

Artikolu 13

Pubblikazzjoni tal-miżuri

1.Awtorità kompetenti għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku informazzjoni dwar kwalunkwe miżura adottata skont l-Artikolu 5, u dwar l-estensjoni, l-emendar jew l-irtirar tal-miżura, qabel id-dħul fis-seħħ tagħha.

2.L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi:

(a)il-valutazzjonijiet imwettqa mill-awtorità kompetenti biex tiġi żgurata l-konformità mal-Artikoli 6 sa 10;

(b)il-kamp ta’ applikazzjoni territorjali preċiż taż-żona taħt stress tal-akkomodazzjoni u tal-miżura;

(c)id-durata tal-miżura.

Kapitolu 3 
Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 14

Miżuri eżistenti

Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal miżuri adottati qabel ... [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jekk jogħġbok daħħal id-data: id-data tad-dħul fis-seħħ]. Madankollu, awtorità kompetenti tista’ tirrieżamina tali miżuri f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 15

Eżerċizzju tad-delega

1.Is-setgħa li tadotta atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu 6(3).

2.Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(3) għandha tiġi mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat minn ... [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jekk jogħġbok daħħal id-data: id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

3.Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 6(3) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti nnominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.Att delegat adottat skont l-Artikolu 6(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni, la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill, fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li ma humiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 16

Evalwazzjoni

Sa … [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok daħħal id-data: l-istess jum u xahar bħad-data tad-dħul fis-seħħ u 5 snin], il-Kummissjoni għandha tevalwa l-impatt ta’ dan ir-Regolament fuq il-funzjonament tas-suq intern u fuq l-affordabbiltà u d-disponibbiltà tal-akkomodazzjoni u għandha tissottometti rapport dwar is-sejbiet ewlenin tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

Artikolu 17

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President



DIKJARAZZJONI FINANZJARJA U DIĠITALI LEĠIŻLATTIVA

Werrej

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)

1.3.Objettiv(i)

1.3.1.Objettiv(i) ġenerali

1.3.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

1.3.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

1.3.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

1.4.Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’:

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, pereż. gwadanji mill-koordinazzjoni, ċertezza legali, aktar effettività jew komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ din it-taqsima, “valur miżjud tal-involviment tal-UE” huwa l-valur li jirriżulta mill-azzjoni tal-UE, li huwa addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

1.6.Durata tal-proposta/tal-inizjattiva u tal-impatt finanzjarju tagħha

1.7.Metodu/Metodi ta’ implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i)

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon bejn il-kostijiet tal-kontroll u l-valur tal-fondi relatati ġestiti) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (fil-ħlas u fl-għeluq)

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.1.1.Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat

3.2.2.Output stmat iffinanzjat mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (ma għandux jimtela għal aġenziji deċentralizzati))

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi

3.2.3.1. Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat

3.2.4.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

3.2.4.1.Iffinanzjati mill-baġit ivvutat

3.2.5.Ħarsa ġenerali lejn l-impatt stmat fuq l-investimenti relatati mat-teknoloġija diġitali

3.2.6.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.7.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

4.Dimensjonijiet diġitali

4.1. Rekwiżiti ta’ rilevanza diġitali

4.2. Data

4.3. Soluzzjonijiet diġitali

4.4. Valutazzjoni tal-interoperabbiltà

4.5. Miżuri li jappoġġaw l-implimentazzjoni diġitali

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas għal miżuri fl-Istati Membri biex jissalvagwardjaw l-affordabbiltà u d-disponibbiltà tal-akkomodazzjoni (l-Att dwar l-Akkomodazzjoni Affordabbli)

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) 

Akkomodazzjoni affordabbli

Suq Intern

Regolamentazzjoni aħjar u tfassil ta’ politika bbażat fuq l-evidenza

Data u monitoraġġ

1.3.Objettiv(i)

1.3.1.Objettiv(i) ġenerali

Objettivi Ġenerali 1: Tittejjeb iċ-ċertezza legali, it-trasparenza u l-prevedibbiltà fir-rigward tal-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni ta’ miżuri relatati mal-akkomodazzjoni li jaffettwaw is-suq intern.

Objettivi Ġenerali 2: Jiġi żgurat li r-restrizzjonijiet għas-suq intern ikunu proporzjonati u miżura tal-aħħar istanza billi jiġi pprovdut approċċ metodoloġiku komuni li jħeġġeġ lill-awtoritajiet pubbliċi jqisu kemm miżuri min-naħa tad-domanda kif ukoll il-provvista tal-akkomodazzjoni, fil-limiti tal-kompetenza tal-UE.

1.3.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

Objettiv speċifiku Nru

Objettiv Speċifiku 1.1: Jiġi żgurat li ż-żoni taħt stress jiġu identifikati billi jintużaw kriterji komuni, ibbażati fuq l-evidenza u trasparenti biex jiġi ddeterminat meta l-affordabbiltà u d-disponibbiltà tal-akkomodazzjoni jkunu jistgħu jiġġustifikaw intervent pubbliku

Objettiv Speċifiku 1.2: Jiġu stabbiliti rekwiżiti proċedurali komuni li jirregolaw il-proporzjonalità ta’ interventi speċifiċi relatati mal-akkomodazzjoni li jaffettwaw is-suq intern.

Objettiv Speċifiku 2.1: L-awtoritajiet kompetenti jiġu megħjuna jidentifikaw miżuri xierqa biex tiżdied il-provvista ta’ akkomodazzjoni fiż-żoni taħt stress tal-akkomodazzjoni u madwarhom.

1.3.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

Il-benefiċċji diretti ewlenin tal-Proposta huma ċertezza legali mtejba, trasparenza, prevedibbiltà u konsistenza fl-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni. Metodoloġija komuni, salvagwardji proċedurali, rekwiżiti ta’ pubblikazzjoni u rieżami perjodiku jappoġġaw lill-awtoritajiet kompetenti fl-identifikazzjoni ta’ żoni taħt stress tal-akkomodazzjoni u jipprovdu bażi aktar ċara u strutturata biex jiġi vvalutat jekk ir-restrizzjonijiet relatati mal-akkomodazzjoni li jaffettwaw il-libertajiet tas-suq intern humiex ġustifikati u proporzjonati. Dan huwa mistenni li jnaqqas l-inċertezza regolatorja, il-piż amministrattiv, il-kostijiet tal-konformità u l-litigazzjoni li tista’ tiġi evitata għall-awtoritajiet kompetenti, għaċ-ċittadini u għall-operaturi ekonomiċi. Id-data magħmula disponibbli skont ir-Regolament (UE) 2024/1028 issaħħaħ ulterjorment l-evidenza disponibbli għall-valutazzjoni tal-kontribut tal-attività ta’ servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir għall-pressjonijiet lokali tal-akkomodazzjoni, fejn rilevanti. L-effetti fuq l-affordabbiltà u fuq id-disponibbiltà tal-akkomodazzjoni jkunu indiretti, lokali u dipendenti fuq għażliet ta’ implimentazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti u kundizzjonijiet usa’ tas-suq tal-akkomodazzjoni. Ir-residenti f’żoni taħt stress tal-akkomodazzjoni jistgħu jibbenefikaw fejn jiġu adottati miżuri mmirati aħjar flimkien ma’ azzjoni biex jiġu indirizzati r-restrizzjonijiet tal-provvista tal-akkomodazzjoni. 

1.3.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.

Il-monitoraġġ se jiffoka fuq l-operat tal-qafas ta’ governanza, inkluż l-użu u r-rieżami tal-kriterji biex jiġu vvalutati l-istress tal-akkomodazzjoni, id-disponibbiltà u l-użu ta’ evidenza li jsostnu l-identifikazzjoni ta’ żoni taħt stress tal-akkomodazzjoni u l-miżuri adottati, żviluppi fin-numru u r-raġunijiet ta’ sfidi legali, inklużi sfidi ta’ suċċess relatati ma’ nuqqasijiet evidenzjali jew proċedurali indirizzati mir-Regolament, u jekk il-kunsiderazzjonijiet tan-naħa tal-provvista humiex riflessi fir-risponsi lokali għall-istress tal-akkomodazzjoni.

Indikatur

Objettiv

Linja bażi

Mira

Sors tad-data

KPI 1:

% tal-awtoritajiet kompetenti li jivvalutaw l-istress tal-akkomodazzjoni bl-użu tal-kriterji komuni

Effettività – jekk l-inizjattiva tirnexxix f’li tipperswadi lill-awtoritajiet lokali biex jibbażaw il-valutazzjoni fuq il-kriterji proposti

0 %

Iż-żoni eżistenti taħt stress tal-akkomodazzjoni ma jistgħux jitqiesu bħala linja bażi għal dan l-indikatur ewlieni tal-prestazzjoni (KPI) peress li kollha jużaw approċċ differenti għal dak propost

100 %

Pubblikazzjoni mill-Istati Membri/awtoritajiet kompetenti; pubblikazzjoni nazzjonali jew lokali tal-miżuri

KPI 2:

Sehem tal-miżuri mġedda jew itterminati skont il-qafas

Impatt u Effettività – jekk l-inizjattiva jirnexxilhiex tiżgura li l-miżuri jinżammu biss meta jkun iġġustifikat mill-pressjonijiet fil-qasam tal-akkomodazzjoni

Numru ta’ żoni taħt stress tal-akkomodazzjoni identifikati bl-użu tal-kriterji komuni stabbiliti taħt l-inizjattiva l-ġdida

75 %

Pubblikazzjoni mill-Istati Membri/awtoritajiet kompetenti; pubblikazzjoni nazzjonali jew lokali tal-miżuri

KPI 3: Tnaqqis fil-litigazzjoni u sfidi legali ta’ suċċess

(Għadd assolut u f’%)

Impatt u effiċjenza - l-inizjattiva tnaqqas l-inċertezza legali, ir-riskju ta’ litigazzjoni u l-piżijiet amministrattivi relatati

m.a.

Tnaqqis li jista’ jitkejjel, matul il-perjodu ta’ evalwazzjoni, fl-għadd ta’ sfidi legali ta’ suċċess abbażi ta’ ġustifikazzjoni insuffiċjenti, diskriminazzjoni jew sproporzjonalità

Bażijiet tad-data tal-qorti nazzjonali; korpi ta’ ilment imressaq qabel; Ġestjoni tal-ilmenti tal-Kummissjoni

KPI 4:

Sehem ta’ miżuri akkumpanjati minn miżuri dwar il-provvista tal-akkomodazzjoni (f’għadd assolut u f’%)

Impatt u effettività

L-inizjattiva tappoġġa b’mod effettiv lill-awtoritajiet kompetenti bl-għażla ta’ interventi li huma xierqa għall-kundizzjonijiet lokali tal-akkomodazzjoni u tikkontribwixxi b’mod effettiv u proporzjonat biex jiġu indirizzati l-pressjonijiet identifikati fuq l-akkomodazzjoni

0 %

Iż-żoni eżistenti taħt stress tal-akkomodazzjoni ma jistgħux jitqiesu bħala linja bażi għal dan il-KPI peress li kollha jużaw approċċ differenti għal dak propost

In-numru ta’ pjanijiet ta’ affordabbiltà tal-akkomodazzjoni jew miżuri ekwivalenti biex tiżdied il-provvista tal-akkomodazzjoni f’żoni taħt stress jiżdied maż-żmien

Pubblikazzjoni mill-Istati Membri/awtoritajiet kompetenti; pubblikazzjoni nazzjonali jew lokali tal-miżuri

1.4.Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’: 

☒ azzjoni ġdida

¨ azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 19

¨ l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti

¨ fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva 

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

Il-proposta tistabbilixxi qafas komuni tal-Unjoni li jirregola l-valutazzjoni, skont id-dritt tal-Unjoni, tal-miżuri adottati mill-awtoritajiet kompetenti biex jissalvagwardjaw l-affordabbiltà u d-disponibbiltà tal-akkomodazzjoni fejn tali miżuri jaffettwaw is-suq intern. Tistabbilixxi metodoloġija komuni għall-valutazzjoni tal-istress tal-akkomodazzjoni u rekwiżiti proċedurali komuni li jirregolaw il-ġustifikazzjoni, il-proporzjonalità, it-trasparenza u r-rieżami ta’ dawk il-miżuri.

Wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament, l-awtoritajiet tal-Istati Membri se jkunu responsabbli għall-applikazzjoni tiegħu u għall-konformità mar-rekwiżiti ta’ pubblikazzjoni u rieżami stabbiliti fir-Regolament. Il-Kummissjoni se tappoġġa l-implimentazzjoni billi tagħmel disponibbli data rilevanti, inkluż permezz tal-bażi tad-data Mapadomo fejn xieraq, tipprovdi gwida u tiffaċilita l-iskambji mal-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati.

Ladarba r-Regolament isir applikabbli, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jadottaw, jemendaw jew jirrieżaminaw miżuri f’konformità mal-qafas komuni stabbilit mir-Regolament. Il-Kummissjoni se timmonitorja l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tar-Regolament u se tevalwa l-effettività tiegħu f’konformità mal-klawżola ta’ rieżami.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, pereż. gwadanji mill-koordinazzjoni, ċertezza legali, aktar effettività jew komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ din it-taqsima, “valur miżjud tal-involviment tal-UE” huwa l-valur li jirriżulta mill-azzjoni tal-UE, li huwa addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

Raġunijiet għall-azzjoni fil-livell tal-UE (ex ante)

Il-ħtieġa ta’ azzjoni tal-Unjoni tirriżulta minħabba li, filwaqt li l-politika tal-akkomodazzjoni tibqa’ primarjament kompetenza nazzjonali, reġjonali u lokali, il-kompatibbiltà tal-miżuri relatati mal-akkomodazzjoni li jaffettwaw is-suq intern mad-dritt tal-Unjoni hija regolata mir-regoli tal-UE u interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Il-ġurisprudenza tal-QĠUE tibqa’ limitata, speċifika għall-każ u għalhekk ma tistabbilix metodoloġiji komuni għall-identifikazzjoni tal-istress tal-akkomodazzjoni, għall-valutazzjoni tar-rabtiet kawżali, għad-definizzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni territorjali, għad-determinazzjoni tad-durata jew għall-evalwazzjoni tal-effettività. Ma tistabbilix u ma tistax tistabbilixxi metodoloġija komuni jew qafas proċedurali għall-valutazzjoni tal-istress tal-akkomodazzjoni jew biex jintwera li l-miżuri relatati mal-akkomodazzjoni li jaffettwaw is-suq intern huma ġġustifikati. L-Istati Membri individwali, li jaġixxu waħedhom, lanqas ma jistgħu jiżguraw approċċ koerenti u konsistenti.

Valur miżjud tal-UE li mistenni jiġi ġġenerat (ex post)

Għalhekk, il-valur miżjud tal-azzjoni tal-Unjoni huwa li jiġi stabbilit qafas proċedurali komuni li jirrikonċilja l-flessibbiltà lokali ma’ salvagwardji kondiviżi li jiżguraw koerenza mad-dritt tal-Unjoni. L-inizjattiva ma toħloqx qasam ġdid ta’ kompetenza tal-Unjoni jew obbligu ġdid biex jiġu vvalutati l-miżuri relatati mal-akkomodazzjoni. Pjuttost, tistabbilixxi metodoloġija u qafas proċedurali komuni għall-applikazzjoni tar-rekwiżiti eżistenti tad-dritt tal-Unjoni. L-inizjattiva tipprovdi kundizzjonijiet komuni għall-identifikazzjoni tal-istress tal-akkomodazzjoni u għall-valutazzjoni tal-ġustifikazzjoni u tal-proporzjonalità tal-miżuri relatati mal-akkomodazzjoni, filwaqt li tippreserva d-diskrezzjoni tal-awtoritajiet kompetenti biex jiddeċiedu jekk huwiex meħtieġ intervent, liema miżuri għandhom jiġu adottati u kif jenħtieġ li jitfasslu. Ittejjeb iċ-ċertezza legali, it-trasparenza u l-prevedibbiltà mingħajr ma tarmonizza politiki sostantivi tal-akkomodazzjoni jew mingħajr ma tissostitwixxi l-kompetenzi nazzjonali, reġjonali jew lokali. 

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

L-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tas-suq intern uriet li l-oqfsa legali komuni huma l-aktar effettivi meta jkunu akkumpanjati minn gwida f’waqtha, minn djalogu strutturat mal-Istati Membri u minn monitoraġġ konsistenti tal-implimentazzjoni. Dawn l-attivitajiet inaqqsu l-inċertezza legali, jiffaċilitaw il-konformità u jgħinu fil-prevenzjoni ta’ proċeduri ta’ ksur bla bżonn. Għalhekk, il-proposta teħtieġ riżorsi umani u finanzjarji adegwati biex tappoġġa l-implimentazzjoni, filwaqt li tibbaża kemm jista’ jkun fuq l-għarfien espert eżistenti tal-Kummissjoni u l-għodod diġitali.

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Il-proposta hija kompatibbli mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali.

In-nefqa tikkonċerna:

–    infrastruttura u governanza tad-data

–    implimentazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni

–    segwitu leġiżlattiv

–    l-involviment tal-partijiet ikkonċernati.

Il-kostijiet huma komparabbli ma’ inizjattivi oħra tal-Unjoni li jistabbilixxu oqfsa komuni u infrastrutturi tal-evidenza, bħall-istatistika Ewropea, il-governanza tad-data u l-oqfsa tal-interoperabbiltà.

L-attivitajiet li għandhom jiġu ffinanzjati b’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-proposta preżenti se jibbenefikaw minn sinerġiji ma’ attivitajiet orizzontali oħra fil-qasam tal-immudellar ekonomiku.

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

Wara l-valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, il-Kummissjoni kkonkludiet li r-riżorsi jistgħu jinkisbu minn riallokazzjoni minn programmi ta’ finanzjament tal-akkomodazzjoni rilevanti skont il-QFP kurrenti u mis-sehem tal-Intestatura 7 allokat għal programmi oħra ta’ finanzjament. Ma hemm l-ebda linja baġitarja speċifika jew programm ta’ nfiq iddedikat għall-akkomodazzjoni fil-QFP kurrenti.

1.6.Durata tal-proposta/tal-inizjattiva u tal-impatt finanzjarju tagħha

☐ durata limitata

–☐    fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

–¨    impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

☒ durata bla limitu wara 20 jum mill-pubblikazzjoni tal-Proposta f’Il-Ġurnal Uffiċjali,

–Implimentazzjoni bħal

–segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Metodu/Metodi ta’ implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i) 20  

☒ Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

–☒ mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

–¨    mill-aġenziji eżekuttivi

¨ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

¨ Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit:

–¨ lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom

–¨ lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (għandhom jiġu speċifikati)

–¨ lill-Bank Ewropew tal-Investiment u lill-Fond Ewropew tal-Investiment

–¨ lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju

–¨ lill-korpi tad-dritt pubbliku

–¨ lill-korpi rregolati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku sal-punt li huma pprovduti b’garanziji finanzjarji adegwati

–¨ lill-korpi rregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li huma pprovduti b’garanziji finanzjarji adegwati

–¨ lill-korpi jew lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u identifikati fl-att bażiku rilevanti

–¨ korpi stabbiliti fi Stat Membru, regolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru jew mid-dritt tal-Unjoni u eliġibbli biex jiġu fdati, f’konformità mar-regoli speċifiċi għas-settur, bl-implimentazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni jew ta’ garanziji baġitarji, sa fejn tali korpi jkunu kkontrollati minn korpi tad-dritt pubbliku jew minn korpi regolati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku, u jkunu pprovduti b’garanziji finanzjarji adegwati fil-forma ta’ responsabbiltà in solidum mill-korpi kontrollanti jew b’garanziji finanzjarji ekwivalenti, li jistgħu, għal kull azzjoni, ikunu limitati għall-ammont massimu tal-appoġġ tal-Unjoni.

Kummenti

m/a (mhux applikabbli)

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI 

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar 

Il-kompiti implimentati direttament mit-Task Force Akkomodazzjoni (TFH) relatati mal-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tal-applikazzjoni tal-proposta, se jsegwu ċ-ċiklu annwali tal-ippjanar u tal-monitoraġġ, kif implimentati fil-Kummissjoni, inkluż ir-rappurtar permezz tar-Rapport Annwali tal-Attività tad-DĠ ENER.

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

L-implimentazzjoni tar-Regolament se tkun primarjament ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet kompetenti li jiddeċiedu li jadottaw miżuri relatati mal-akkomodazzjoni li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu. Ir-Regolament ma jeħtieġx l-istabbiliment ta’ strutturi amministrattivi nazzjonali ġodda jew korpi tal-Unjoni iżda jistabbilixxi rekwiżiti proċedurali komuni li jirregolaw il-valutazzjoni, il-ġustifikazzjoni, il-proporzjonalità, it-trasparenza u r-rieżami ta’ tali miżuri.

Għall-Kummissjoni, il-proposta se tinvolvi kompiti relatati mas-sostenn tal-implimentazzjoni, inkluż it-tħejjija ta’ gwida, ta’ djalogu mal-partijiet ikkonċernati, ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni tal-applikazzjoni tar-Regolament, u, fejn xieraq, infurzar tad-dritt tal-Unjoni. Dawn l-attivitajiet se jitwettqu mit-Task Force tal-Akkomodazzjoni u servizzi rilevanti oħra tal-Kummissjoni, billi jagħmlu użu, fejn possibbli, minn strutturi amministrattivi eżistenti u għodod diġitali. Għalhekk, il-metodu ta’ implimentazzjoni propost jirrappreżenta l-aktar mezz effiċjenti u proporzjonat biex jintlaħqu l-objettivi tal-inizjattiva filwaqt li jiġu limitati l-kostijiet amministrattivi addizzjonali.

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

Ir-riskju ewlieni tal-implimentazzjoni huwa l-applikazzjoni inkonsistenti tar-Regolament mill-awtoritajiet kompetenti, li tista’ tnaqqas iċ-ċertezza legali u l-prevedibbiltà madwar l-Unjoni. Riskju operazzjonali ieħor huwa li d-data ta’ referenza magħmula disponibbli permezz ta’ Mapadomo tista’ ma tibqax aġġornata biżżejjed biex tappoġġa l-valutazzjoni tal-istress tal-akkomodazzjoni fejn tintuża tali data.

Dawn ir-riskji se jittaffew permezz tat-tħejjija tal-gwida tal-Kummissjoni, skambji regolari mal-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati, il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tar-Regolament, u, fejn xieraq, l-użu tas-setgħat ta’ infurzar tal-Kummissjoni taħt it-Trattati. Il-Kummissjoni se tiżgura wkoll iż-żamma u l-aġġornament perjodiku tal-għodod rilevanti bl-użu ta’ sorsi ta’ data disponibbli u riżorsi amministrattivi eżistenti.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon bejn il-kostijiet tal-kontroll u l-valur tal-fondi relatati ġestiti) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (fil-ħlas u fl-għeluq) 

L-inizjattiva tirrikjedi ġestjoni mill-Kummissjoni ta’ fondi tas-servizz meħtieġa biex iżżomm u tiġġestixxi l-bażi tad-data u l-applikazzjoni korretta tagħha, madankollu l-kosteffettività tal-kontrolli ma tistax tiġi stmata f’dan l-istadju.

Il-kompitu assenjat lit-TFH se jiġi implimentat wara s-sistema ta’ kontroll diġà eżistenti u l-kost tal-kontrolli huwa mistenni li jibqa’ minimu.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet 

L-inizjattiva tinkludi fondi limitati implimentati permezz tal-modalità ta’ ġestjoni diretta. F’dan l-istadju ma hija prevista l-ebda proċedura ta’ akkwist pubbliku (eż. għal skopijiet ta’ monitoraġġ jew evalwazzjoni).

Id-DĠ ENER adotta Strateġija Kontra l-Frodi (AFS) u pjan ta’ azzjoni, ibbażati fuq l-AFS tal-Kummissjoni. Valutazzjoni tar-riskju titwettaq kull sena internament biex jiġu identifikati l-oqsma l-aktar vulnerabbli għall-frodi, il-kontrolli fis-seħħ u l-azzjonijiet meħtieġa biex tittejjeb il-kapaċità tad-DĠ ENER u t-TFH biex jipprevjenu, jiskopru u jikkoreġu l-frodi.



3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

L-impatt stmat fuq in-nefqa u fuq il-persunal għall-2028 u lil hinn huwa miżjud għal skopijiet illustrattivi biss u ma jippreġudikax il-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss. Is-sors ta’ finanzjament u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-impenn finanzjarju tal-Unjoni fil-perjodu ta’ wara l-2027 jibqgħu soġġetti għall-eżitu tan-negozjati interistituzzjonali dwar il-QFP 2028-2034, u minn hemm ’il quddiem għandhom jiġu ddeterminati permezz tal-proċedura baġitarja annwali. L-approprjazzjonijiet u l-allokazzjonijiet tal-persunal kollha mill-2028 huma indikattivi.

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i 

Il-Proposta u l-implimentazzjoni korretta tagħha se jibbażaw fuq il-bażi tad-data tal-akkomodazzjoni eżistenti tal-Kummissjoni, Mapadomo, żviluppata b’mod konġunt mid-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji (ECFIN) u miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, li tipprovdi data granulari tal-klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika 3 (NUTS) u tal-unità amministrattiva lokali (LAU) dwar ħażniet tal-akkomodazzjoni u prezzijiet tat-tranżazzjonijiet u tappoġġa l-indikatur tal-proporzjon bejn il-prezz u l-introjtu użat biex jidentifika żoni taħt stress tal-akkomodazzjoni.

Għalhekk, din il-bażi tad-data hija assi diġitali ewlieni ta’ abilitazzjoni, li tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jużaw mill-ġdid data komparabbli miżmuma mill-Kummissjoni u tappoġġa implimentazzjoni konsistenti u bbażata fuq l-evidenza mingħajr ma tiġi stabbilita bażi tad-data ta’ żoni ta’ akkomodazzjoni affordabbli (AHA) separata. Il-bażi tad-data teħtieġ manutenzjoni u aġġornament kontinwi mill-persunal tal-Kummissjoni; dawn il-ħtiġijiet ta’ riżorsi huma indikati fit-tabelli ta’ hawn taħt.

Barra minn hekk, in-nefqa proposta se tkun meħtieġa biex tappoġġa l-implimentazzjoni tal-proposta preżenti permezz tal-involviment tal-partijiet ikkonċernati (laqgħat mal-awtoritajiet lokali u nazzjonali, gruppi ta’ ħidma ta’ esperti), studji u evalwazzjonijiet.

·Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’ nefqa

Kontribuzzjoni

Numru

Diff./Mhux diff 21 .

mill-pajjiżi tal-EFTA 22

minn pajjiżi kandidati u minn kandidati potenzjali 23

Minn pajjiżi terzi oħra

dħul assenjat ieħor

Diversi linji baġitarji, inkluża l-linja baġitarja 03.0202 - It-titjib tal-kompetittività tal-intrapriżi, partikolarment l-SMEs, u l-appoġġ tal-aċċess tagħhom għas-swieq 24

Diff. u Mhux diff.

LE

LE

LE

LE

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali 

–¨    Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

–☒    Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt

3.2.1.1.Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Numru

DĠ: ENER

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2028-2034

2027

2028

2029

2030

2031

2032

2033

2034

Approprjazzjonijiet operazzjonali

Linja baġitarja 25

Impenji

(1a)

0,68

1,000

1,000

1,000

1,000

1,000

1,000

1,000

7,000

Pagamenti

(2a)

0,68

1,000

1,000

1,000

1,000

1,000

1,000

1,000

7,000

Linja baġitarji 03.0202 - It-titjib tal-kompetittività tal-intrapriżi, partikolarment l-SMEs, u l-appoġġ tal-aċċess tagħhom għas-swieq

Impenji

(1b)

0,32

 

 

 

 

 

 

 

0

Pagamenti

(2b)

0,32

 

 

 

 

 

 

 

0

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 26

Linja baġitarja

 

(3)

 

 

 

 

 

 

 

0

TOTAL tal-approprjazzjonijiet

Impenji

=1a+1b+3

1,000

1,000

1,000

1,000

1,000

1,000

1,000

1,000

7,000

għad-DĠ ENER

Pagamenti

=2 a+2b+3

1,000

1,000

1,000

1,000

1,000

1,000

1,000

1,000

7,000

 

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2028-2034

2027

2028

2029

2030

2031

2032

2033

2034

TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

1,000

1,000

1,000

1,000

1,000

1,000

1,000

1,000

7,000

Pagamenti

(5)

1,000

1,000

1,000

1,000

1,000

1,000

1,000

1,000

7,000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

0

0

0

0

0

0

0

0

0

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA

Impenji

=4+6

1,000

1,000

1,000

1,000

1,000

1,000

1,000

1,000

7,000

tal-qafas finanzjarju pluriennali

Pagamenti

=5+6

1,000

1,000

1,000

1,000

1,000

1,000

1,000

1,000

7,000

 

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2028-2034

2027

2028

2029

2030

2031

2032

2033

2034

TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

1,000

1,000

1,000

1,000

1,000

1,000

1,000

1,000

7,000

Pagamenti

(5)

1,000

1,000

1,000

1,000

1,000

1,000

1,000

1,000

7,000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

0

0

0

0

0

0

0

0

0

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURI minn 1 sa 3

Pagamenti

=4+6

1,000

1,000

1,000

1,000

1,000

1,000

1,000

1,000

7,000

tal-qafas finanzjarju pluriennali

=5+6

1,000

1,000

1,000

1,000

1,000

1,000

1,000

1,000

7,000


Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

4

“Nefqa amministrattiva” 27

DĠ: ENER

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2028-2034

2027

2028

2029

2030

2031

2032

2033

2034

Ÿ Riżorsi umani

0,582

0,582

0,582

0,582

0,582

0,582

0,582

0,582

4,07

Ÿ Nefqa amministrattiva oħra

0,018

0,018

0,018

0,018

0,018

0,018

0,018

0,018

0,13

TOTAL DĠ ENER

Approprjazzjonijiet

0,600

0,600

0,600

0,600

0,600

0,600

0,600

0,600

4,20

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

 

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2028-2034

2027

2028

2029

2030

2031

2032

2033

2034

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURI 1 sa 4 28

Impenji

1,6

1,6

1,6

1,6

1,6

1,6

1,6

1,6

11,20

tal-qafas finanzjarju pluriennali

Pagamenti

1,6

1,6

1,6

1,6

1,6

1,6

1,6

1,6

11,20

L-impatt stmat fuq in-nefqa u fuq il-persunal għall-2028 u lil hinn huwa miżjud għal skopijiet illustrattivi biss u ma jippreġudikax il-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss. Is-sors ta’ finanzjament u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-impenn finanzjarju tal-Unjoni fil-perjodu ta’ wara l-2027 jibqgħu soġġetti għall-eżitu tan-negozjati interistituzzjonali dwar il-QFP 2028-2034, u minn hemm ’il quddiem għandhom jiġu ddeterminati permezz tal-proċedura baġitarja annwali. L-approprjazzjonijiet u l-allokazzjonijiet tal-persunal kollha mill-2028 huma indikattivi.

3.2.2.Output stmat iffinanzjat mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (ma għandux jimtela għal aġenziji deċentralizzati))

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-objettivi u l-outputs

ò

Sena
2028

Sena
2029

Sena
2030

Sena
2031

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara t-Taqsima 1.6)

TOTAL

OUTPUTS

Tip 29

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru totali

Kost totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 30 …

- Output

- Output

- Output

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ...

- Output

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 2

TOTALI

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi 

–☐    Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

–☒    Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt

3.2.3.1. Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat

APPROPRJAZZJONIJIET IVVUTATI

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL 2028 - 2034

2027

2028

2029

2030

2031

2032

2033

2034

INTESTATURA 4

Riżorsi umani

0,582

0,582

0,582

0,582

0,582

0,582

0,582

0,582

4,074

Nefqa amministrattiva oħra

0,018

0,018

0,018

0,018

0,018

0,018

0,018

0,018

0,126

Subtotal tal-INTESTATURA 4

0,600

0,600

0,600

0,600

0,600

0,600

0,600

0,600

4,200

Barra mill-INTESTATURA 4

Riżorsi umani

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Subtotal barra mill-INTESTATURA 4

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

TOTAL

0,600

0,600

0,600

0,600

0,600

0,600

0,600

0,600

4,200

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew diġà riallokati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.4.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani 

–¨    Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani

–☒    Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt

3.2.4.1.Iffinanzjati mill-baġit ivvutat

L-istima għandha tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time (FTEs) 31

APPROPRJAZZJONIJIET IVVUTATI

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

2027

2028

2029

2030

2031

2032

2033

2034

Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

3

3

3

3

3

3

3

3

20 01 02 03 (Delegazzjonijiet tal-UE)

0

0

0

0

0

0

0

0

(Riċerka indiretta)

0

0

0

0

0

0

0

0

(Riċerka diretta)

0

0

0

0

0

0

0

0

Linji baġitarji oħra (speċifika)

0

0

0

0

0

0

0

0

Persunal estern (f’FTEs)

20 02 01 (AC, END mill-“pakkett globali”)

0

0

0

0

0

0

0

0

20 02 03 (AC, AL, END u JPD fid-Delegazzjonijiet tal-UE)

0

0

0

0

0

0

0

0

Linja ta’ appoġġ tal-ammin.

fil-Kwartieri Ġenerali

0

0

0

0

0

0

0

0

[XX.01.YY.YY]

fid-Delegazzjonijiet tal-UE

0

0

0

0

0

0

0

0

(AC, END - Riċerka indiretta)

0

0

0

0

0

0

0

0

(AC, END - Riċerka diretta)

0

0

0

0

0

0

0

0

Linji baġitarji oħra (speċifika) - Intestatura 4

0

0

0

0

0

0

0

0

Linji baġitarji oħra (speċifika) - Barra mill-Intestatura 4

0

0

0

0

0

0

0

0

TOTAL

3

3

3

3

3

3

3

3

Il-persunal meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-proposta (f’FTEs):

Persunal addizzjonali eċċezzjonali *

Għandu jiġi kopert mill-persunal attwali disponibbli fis-servizzi tal-Kummissjoni

Għandu jiġi ffinanzjat skont l-Intestatura 4 jew skont ir-Riċerka

Għandu jiġi ffinanzjat mil-linja BA

Għandu jiġi ffinanzjat mit-tariffi

Pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal

3

M/A

Persunal estern (CA, SNEs, INT)

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu minn:

Uffiċjali u persunal temporanju

L-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Proposta se tagħti lok għal għadd ta’ kompiti ġodda għall-Kummissjoni, li jeħtieġu riżorsi ddedikati biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva u f’waqtha tagħha. Dawn il-kompiti huma ta’ natura trasversali, li jikkombinaw il-koordinazzjoni tal-politika, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, is-segwitu leġiżlattiv, l-involviment tal-partijiet ikkonċernati u l-governanza tad-data fl-oqsma tal-affordabbiltà tal-akkomodazzjoni, tas-suq intern, u tat-tfassil tal-politika bbażat fuq l-evidenza.

L-allokazzjoni ta’ tliet uffiċjali permanenti (AD) FTE fi ħdan id-DĠ ENER hija meħtieġa biex tiġi żgurata l-governanza fit-tul, il-koordinazzjoni u s-sorveljanza regolatorja tal-qafas il-ġdid stabbilit skont il-Proposta. Dan jinkludi l-appoġġ għall-implimentazzjoni tar-Regolament, il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tiegħu madwar l-Istati Membri, l-iżgurar tal-koerenza mal-qafas legali usa’ tal-Unjoni (inklużi t-Trattati, id-Direttiva dwar is-Servizzi u r-Regolament (UE) 2024/1028), u s-segwitu tal-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-affordabbiltà tal-akkomodazzjoni f’żoni taħt stress tal-akkomodazzjoni.

Dawn ir-riżorsi jkopru b’mod partikolari:

1. Il-monitoraġġ, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni (1,5 FTEs)

-il-koordinazzjoni tal-implimentazzjoni ġenerali fl-Istati Membri mill-awtoritajiet kompetenti u minn partijiet ikkonċernati rilevanti oħra;

-il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tar-Regolament u t-tħejjija ta’ rapport ta’ evalwazzjoni sal-2031;

-l-iżgurar tal-konsistenza ma’ leġiżlazzjoni usa’ tas-suq intern (it-TFUE, id-Direttiva dwar is-Servizzi, ir-Regolament STR);

-il-koordinazzjoni mad-DĠ GROW, id-Direttorat Ġenerali għall-Istabilità Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali (FISMA), is-Servizz Legali (SJ), JRC, ECFIN eċċ.

-segwitu tal-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-affordabbiltà tal-akkomodazzjoni f’żoni taħt stress tal-akkomodazzjoni

2. Implimentazzjoni u infurzar legali (1 FTE)

-ir-rispons għall-mistoqsijiet dwar l-implimentazzjoni;

-it-tħejjija tal-gwida tal-Kummissjoni;

-it-tħejjija tal-att delegat (jekk ikun ġustifikat);

-valutazzjoni tal-ilmenti;

-xogħol ta’ ksur fejn meħtieġ.

3. Involviment tal-partijiet ikkonċernati (0,5 FTE)

-djalogu dwar l-implimentazzjoni;

-workshops;

-Skambji bejn l-Istati Membri;

-Diskussjonijiet dwar l-Alleanza għall-Akkomodazzjoni;

-sit web u pubblikazzjoni;

-tixrid ta’ gwida.

Persunal estern

L-impatt stmat fuq in-nefqa u fuq il-persunal għall-2028 u lil hinn huwa miżjud għal skopijiet illustrattivi biss u ma jippreġudikax il-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss. Is-sors ta’ finanzjament u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-impenn finanzjarju tal-Unjoni fil-perjodu ta’ wara l-2027 jibqgħu soġġetti għall-eżitu tan-negozjati interistituzzjonali dwar il-QFP 2028-2034, u minn hemm ’il quddiem għandhom jiġu ddeterminati permezz tal-proċedura baġitarja annwali. L-approprjazzjonijiet u l-allokazzjonijiet tal-persunal kollha mill-2028 huma indikattivi.

3.2.5.Ħarsa ġenerali lejn l-impatt stmat fuq l-investimenti relatati mat-teknoloġija diġitali

Obbligatorju: fit-tabella ta’ hawn taħt għandha tiġi inkluża l-aħjar stima tal-investimenti relatati mat-teknoloġija diġitali li jirriżultaw mill-proposta/mill-inizjattiva.

B’mod eċċezzjonali, meta jkun meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva, l-approprjazzjonijiet skont l-Intestatura 4 għandhom jiġu ppreżentati fil-linja ddeżinjata.

L-approprjazzjonijiet skont l-Intestaturi 1 sa 3 għandhom jiġu riflessi bħala “Nefqa tal-IT marbuta mal-politika fil-qafas ta’ programmi operazzjonali”. Din in-nefqa tirreferi għall-baġit operazzjonali li għandu jintuża għall-użu mill-ġdid/għax-xiri/għall-iżvilupp ta’ pjattaformi/għodod tal-IT relatati direttament mal-implimentazzjoni tal-inizjattiva u mal-investimenti assoċjati tagħhom (pereż. liċenzji, studji, ħżin ta’ data eċċ.). L-informazzjoni pprovduta f’din it-tabella għandha tkun konsistenti mad-dettalji ppreżentati fit-Taqsima 4 “Dimensjonijiet diġitali”.

TOTAL tal-approprjazzjonijiet diġitali u tal-IT

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2028 - 2034

2027

2028

2029

2030

2031

2032

2033

2034

INTESTATURA 4

Nefqa tal-IT (korporattiva)

0

0

0

0

0

0

0

0

Subtotal tal-INTESTATURA 4

0

0

0

0

0

0

0

0

Barra mill-INTESTATURA 4

Nefqa tal-IT marbuta mal-politika fil-qafas ta’ programmi operazzjonali

0,500

0,500

0,500

0,500

0,500

0,500

0,500

0,500

3,500

Subtotal barra mill-INTESTATURA 4

0,500

0,500

0,500

0,500

0,500

0,500

0,500

0,500

3,500

 

TOTAL

0,500

0,500

0,500

0,500

0,500

0,500

0,500

0,500

3,500

3.2.6.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 

Il-proposta/L-inizjattiva:

–☒    tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP)

Ikun meħtieġ li ssir riallokazzjoni tal-fondi fi ħdan il-linja baġitarja tal-SMP biex tiġi ffinanzjata l-bażi tad-data ta’ Mapadomo fl-2027.

–Ir-riallokazzjoni inter-DĠ se tkun meħtieġa biex tipprovdi l-appoġġ mitlub għad-DĠ Enerġija biex iwettaq il-kompiti skont ir-rekwiżit deskritt fit-taqsima 1.5.1.    tirrikjedi l-użu tal-marġni mhux allokat skont l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali kif definiti fir-Regolament QFP

m/a

–¨    tirrikjedi reviżjoni tal-QFP

m/a

3.2.7.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi 

Il-proposta/L-inizjattiva:

–☒    ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi

–¨    tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

 

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Total

2028

2029

2030

2031

2032

2033

2034

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament

 

 

 

 

 

 

 

 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

 

 

 

 

 

 

 

 

 
3.3.    Impatt stmat fuq id-dħul 

–☒    Il-proposta/L-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

–¨    Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

–¨    fuq ir-riżorsi proprji

–¨    fuq dħul ieħor

–¨    indika jekk id-dħul huwiex assenjat għal-linji tan-nefqa

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja kurrenti

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 32

Sena 2028

Sena 2029

Sena 2030

Sena 2031

Sena 2032

Sena 2033

Sena 2034

Artikolu ………….

Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

Rimarki oħra (eż. il-metodu/il-formula li ntużaw biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).

M/A

4.Dimensjonijiet diġitali

4.1. Rekwiżiti ta’ rilevanza diġitali

Referenza għar-rekwiżit

Deskrizzjoni tar-rekwiżit

Atturi affettwati jew ikkonċernati mir-rekwiżit

Proċessi ta’ Livell Għoli

Kategoriji

L-Artikolu 6; 9; 10 u 12

Evidenza ta’ miżuri ta’ appoġġ

Rekwiżit għall-awtoritajiet kompetenti li jagħżlu li jadottaw miżuri relatati mal-akkomodazzjoni li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament biex jipproċessaw, biex janalizzaw, u biex perjodikament jivvalutaw mill-ġdid l-informazzjoni meħtieġa biex juru l-istress tal-akkomodazzjoni u biex jiġġustifikaw u jirrieżaminaw dawk il-miżuri. Fejn xieraq, awtorità kompetenti għandha tuża mill-ġdid data tas-servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir disponibbli b’mod diġitali ġġenerata permezz tar-Regolament (UE) 2024/1028 għall-miżuri deskritti fl-Artikolu 5(1)(a)

Awtoritajiet kompetenti

L-ipproċessar tad-data; l-użu mill-ġdid tad-data

Data

Artikolu 13

Pubblikazzjoni tal-miżura/miżuri adottata/adottati

L-awtoritajiet kompetenti huma meħtieġa jippubblikaw il-valutazzjonijiet u d-deċiżjonijiet li jsostnu l-miżuri relatati mal-akkomodazzjoni, inkluż il-kamp ta’ applikazzjoni territorjali u d-durata tagħhom.

Awtoritajiet kompetenti, pubbliku ġenerali

L-ipproċessar tad-data; il-kondiviżjoni tad-data

Data

4.2. Data

Tip ta’ data

Referenza għar-rekwiżit(i)

Standard u/jew speċifikazzjoni (jekk applikabbli)

Evidenza ta’ miżuri ta’ appoġġ

L-Artikolu 6; L-Artikolu 9; L-Artikolu 10(1); Artikolu 12

data oġġettiva, trasparenti u verifikabbli

Pubblikazzjoni tal-miżura/miżuri adottata/adottati

Artikolu 13

M/A

Il-monitoraġġ u evalwazzjoni tal-Kummissjoni

Artikolu 16

M/A

Allinjament mal-Istrateġija Ewropea għad-Data

L-inizjattiva hija allinjata mal-Istrateġija Ewropea għad-Data għaliex tagħti prijorità lill-użu, lill-użu mill-ġdid u lid-disponibbiltà pubblika tad-data eżistenti biex tappoġġa t-teħid ta’ deċiżjonijiet pubbliċi bbażati fuq l-evidenza, aktar milli toħloq arkitettura separata għall-ġbir tad-data.

Allinjament mal-prinċipju ta’ darba biss

Ġie segwit il-prinċipju ta’ darba biss. Il-proposta ma tintroduċi l-ebda obbligu ġdid ta’ sottomissjoni tad-data għaċ-ċittadini, għall-ospitanti, għall-pjattaformi jew għal operaturi ekonomiċi oħra fejn l-informazzjoni rilevanti tkun diġà nġabret skont ir-Regolament (UE) 2024/1028. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jibbażaw fuq data statistika u amministrattiva eżistenti tal-UE (eż. Mapadomo), nazzjonali, reġjonali u lokali qabel ma jwettqu kwalunkwe ġbir addizzjonali.

Il-Proposta ma tistabbilix servizz diġitali, pjattaforma, bażi tad-data, sistema ta’ rappurtar jew mekkaniżmu ta’ reġistrazzjoni ġdid. Lanqas ma tintroduċi teħid ta’ deċiżjonijiet awtomatizzat jew valutazzjoni algoritmika. L-awtoritajiet kompetenti jibqgħu responsabbli biex iwettqu l-valutazzjonijiet meħtieġa mir-Regolament.

Flussi ta’ data

Tip ta’ data

Referenza/Referenzi għar-rekwiżit(i)

Atturi li jipprovdu d-data

Atturi li jirċievu d-data

Skattatur għall-iskambju ta’ data

Frekwenza (jekk applikabbli)

Evidenza ta’ miżuri ta’ appoġġ, li tinkludi valutazzjoni tal-istress tal-akkomodazzjoni, dimostrazzjoni tal-kontribut tal-attività kkonċernata għall-pressjonijiet tal-akkomodazzjoni u valutazzjoni tal-proporzjonalità tal-miżura.

L-awtoritajiet kompetenti jridu jirrieżaminaw perjodikament il-miżuri adottati bl-użu ta’ data aġġornata biex jivverifikaw li l-kundizzjonijiet li jiġġustifikaw il-miżuri jkomplu jiġu ssodisfati u li l-miżuri jibqgħu meħtieġa u proporzjonati.

Il-valutazzjoni, fejn xieraq, għandha tuża mill-ġdid id-data ġġenerata mir-Regolament (UE) 2024/1028 għal miżuri relatati mas-servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir.

L-Artikolu 6; L-Artikolu 9; L-Artikolu 10(1); Artikolu 12

L-awtorità kompetenti

Il-pubbliku ġenerali

Deċiżjoni li jiġu adottati miżuri restrittivi

Mill-inqas kull 5 snin

Il-pubblikazzjoni ta’ miżura/miżuri adottata/adottati li tinkludi l-valutazzjoni meħtieġa biex jiġu adottati miżuri, inkluż l-kamp ta’ applikazzjoni territorjali u d-durata tagħhom,

Artikolu 13

L-awtorità kompetenti

Il-pubbliku ġenerali

Adozzjoni, tiġdid, emenda jew irtirar tal-miżura

Mill-inqas kull 5 snin

Il-Kummissjoni se timmonitorja l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tar-Regolament

Artikolu 16

Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni

20 ta’ Mejju 2031

L-ebda ċiklu ta’ evalwazzjoni rikorrenti

4.3. Soluzzjonijiet diġitali

Soluzzjoni diġitali

Referenza/Referenzi għar-rekwiżit(i)

Funzjonalitajiet obbligatorji ewlenin

Korp responsabbli

Kif tiġi indirizzata l-aċċessibbiltà?

Kif titqies il-possibbiltà ta’ użu mill-ġdid?

Użu ta’ teknoloġiji tal-IA (jekk applikabbli)

M/A

M/A

M/A

M/A

M/A

M/A

M/A

Soluzzjoni diġitali #1

Politika diġitali u/jew settorjali (meta dawn ikunu applikabbli)

Spjegazzjoni dwar kif tallinja

L-Att dwar l-IA

M/A

Il-Qafas taċ-Ċibersigurtà tal-UE

M/A

l-Identifikazzjoni elettronika, Awtentikazzjoni u Servizzi fiduċjarji (eIDAS)

M/A

Il-Gateway Diġitali Unika u s-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI)

M/A

Oħrajn

M/A

4.4. Valutazzjoni tal-interoperabbiltà

Servizz pubbliku diġitali jew kategorija ta’ servizzi pubbliċi diġitali

Deskrizzjoni

Referenza/Referenzi għar-rekwiżit(i)

Soluzzjoni(jiet) ta’ Ewropa Interoperabbli

Soluzzjoni(jiet) oħrajn ta’ interoperabbiltà

Servizz pubbliku diġitali #1

M/A

M/A

M/A

M/A

Kategorija ta’ servizzi pubbliċi diġitali skont il- klassifikazzjoni tal-funzjonijiet tal-gvern (COFOG) #1

M/A

M/A

M/A

M/A

Servizz pubbliku diġitali #1

Valutazzjoni

Miżura/Miżuri

Ostakli potenzjali li jifdal (jekk applikabbli)

Allinjament mal-politiki diġitali u settorjali eżistenti

Elenka l-politiki diġitali u settorjali applikabbli identifikati

M/A

M/A

Miżuri organizzazzjonali għat-twassil tas-servizzi pubbliċi diġitali transfruntieri bla xkiel

Jekk jogħġbok elenka l-miżuri ta’ governanza previsti

M/A

M/A

Miżuri meħuda biex jiġi żgurat fehim kondiviż tad-data

Jekk jogħġbok elenka tali miżuri

M/A

M/A

Użu ta’ speċifikazzjonijiet u standards tekniċi miftuħa maqbula b’mod komuni

Jekk jogħġbok elenka tali miżuri

M/A

M/A

4.5. Miżuri li jappoġġaw l-implimentazzjoni diġitali

Deskrizzjoni tal-miżura

Referenza/Referenzi għar-rekwiżit(i)

Rwol tal-Kummissjoni

(jekk applikabbli)

Atturi li għandhom jiġu involuti

(jekk applikabbli)

Kronoloġija mistennija

(jekk applikabbli)

M/A

M/A

M/A

M/A

M/A

(1)    von der Leyen, U. “Europe’s Choice – Political guidelines for the next European Commission 2024-2029”, is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea, it-18 ta’ Lulju 2024, https://commission.europa.eu/document/download/e6cd4328-673c-4e7a-8683-f63ffb2cf648_en?filename=Political%20Guidelines%202024-2029_EN.pdf
(2)    Il-Kunsill Ewropew, “European Council conclusions, 23 October 2025”, is-sit web tal-Kunsill Ewropew, it-23 ta’ Ottubru 2025, aċċessat fit-13 ta’ April 2026, https://www.consilium.europa.eu/en/press/pressreleases/2025/10/23/european-council-conclusions-23-october-2025/.
(3)    Il-Parlament Ewropew, Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Marzu 2026 dwar il-kriżi tal-akkomodazzjoni fl-Unjoni Ewropea bil-għan li jiġu proposti soluzzjonijiet għal akkomodazzjoni deċenti, sostenibbli u affordabbli, 10/03/2026, aċċessata fl-10 ta’ April 2026, https://www.europarl.europa.eu/doceo/document/TA-10- 2026-0064_EN.html
(4)    Il-Kummissjoni Ewropea, Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Il-Pjan Ewropew għal Akkomodazzjoni Affordabbli - COM(2025)1025 final, 2025, https://op.europa.eu/en/publication-detail/-/publication/adcb91d5-dbdd-11f0-8da2-01aa75ed71a1
(5)    https://housing.ec.europa.eu/document/download/2ad4c9f2-602b-43ba-9ed9-f2ee059cf97_en?filename=0_1.pdf
(6)    Ir-Regolament (UE) 2024/1028 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar il-ġbir u l-kondiviżjoni ta’ data b’rabta mas-servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1724, https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2024/1028/oj.
(7)    Id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern, https://eur-lex.europa.eu/eli/dir/2006/123/oj.
(8)    Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku”), https://eur-lex.europa.eu/eli/dir/2000/31/oj.
(9)    Ir-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali), https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2022/2065/oj.
(10)    ĠU C , , p. .
(11)    ĠU C , , p. .
(12)    SWD(2025) 1053 final tas-16 ta’ Diċembru 2025.
(13)    Id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/123/oj ).
(14)    Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/575/oj).
(15)    Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2013/36/oj).
(16)    ĠU L , , p. .
(17)    Ir-Regolament (UE) 2024/1028 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar il-ġbir u l-kondiviżjoni ta’ data b’rabta mas-servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1724 (ĠU L, 2024/1028, 29.4.2024, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1028/oj ).
(18)    ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2016/512/oj .
(19)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2), il-punt (a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(20)    Id-dettalji tal-metodi ta’ implimentazzjoni tal-baġit u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BUDGpedia: https://myintracomm.ec.europa.eu/corp/budget/financial-rules/budget-implementation/Pages/implementation-methods.aspx .
(21)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(22)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles
(23)    Pajjiżi kandidati u, meta jkun applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(24)    L-approprjazzjonijiet meħtieġa fl-2027 se jkunu ffinanzjati bis-sħiħ permezz ta’ riallokazzjoni fi ħdan programmi eżistenti rilevanti fl-intestaturi 1, 2 u 3 tal-qafas finanzjarju pluriennali. L-approprjazzjonijiet stmati mill-2028 huma indikattivi u s-sors tal-finanzjament u l-kamp ta’ applikazzjoni jibqgħu soġġetti għall-eżitu tan-negozjati interistituzzjonali dwar il-QFP 2028-2034.
(25)    L-approprjazzjonijiet meħtieġa fl-2027 se jiġu ffinanzjati għalkollox permezz ta’ allokazzjoni mill-ġdid fi ħdan il-programmi eżistenti rilevanti fl-intestaturi 1, 2 u 3 tal-qafas finanzjarju pluriennali, b’mod partikolari skont il-kapitolu 03.02 (Programm tas-Suq Uniku) għal Mapadomo u l-linja 06.200401 għall-manutenzjoni ta’ Mapadomo. L-approprjazzjonijiet stmati mill-2028 huma indikattivi u s-sors tal-finanzjament u l-kamp ta’ applikazzjoni jibqgħu soġġetti għall-eżitu tan-negozjati interistituzzjonali dwar il-QFP 2028-2034.
(26)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(27)    Jenħtieġ li l-approprjazzjonijiet meħtieġa jiġu determinati bl-użu taċ-ċifri tal-kost medju annwali disponibbli fuq il-paġna web xierqa tal-BUDGpedia.
(28)    Intestaturi 1-7 fl-2027
(29)    L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li għandhom jiġu pprovduti (eż. l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ kilometri ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(30)    Kif deskritt fit-Taqsima 1.3.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi”
(31)    Speċifika taħt it-tabella, kemm mill-FTEs fl-għadd indikat huma diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew jistgħu jiġu riallokati fid-DĠ tiegħek, u x’inhuma l-ħtiġijiet netti tiegħek.
(32)    F’każ ta’ riżorsi proprji tradizzjonali (dazji doganali, imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 10 % għall-kostijiet tal-ġbir, kif propost f’COM(2025)574.

Brussell, 9.9.2026

COM(2026) 599 final

ANNESS

tal-Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi qafas għal miżuri fl-Istati Membri biex jissalvagwardjaw l-affordabbiltà u d-disponibbiltà tal-akkomodazzjoni (l-Att dwar l-Akkomodazzjoni Affordabbli

{SEC(2026) 599 final} - {SWD(2026) 605 final} - {SWD(2026) 606 final} - {SWD(2026) 607 final}


ANNESS

Kalkolu tal-proporzjon bejn il-prezz u l-introjtu relatat mas-sett ta’ data tal-Kummissjoni

1.    Il-prezzijiet rappreżentattivi tal-abitazzjonijiet jiġu kkalkolati bl-użu tal-prezz tat-tranżazzjoni medju ta’ abitazzjoni, espress f’euro, fiż-żona kkonċernata fil-livell NUTS 3 f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1 .

2.    Għall-introjtu rappreżentattiv per capita, il-Kummissjoni tipprovdi serje kronoloġika annwali tal-introjtu disponibbli nett tal-unitajiet domestiċi privati per capita, espress f’euro, abbażi ta’ data tal-Eurostat fil-livell NUTS 2 jew projezzjonijiet ekwivalenti.

3.    Iż-żewġ limiti tal-proporzjon bejn il-prezz u l-introjtu għall-finijiet tal-Artikolu 6 għandhom jiġu kkalkulati abbażi tal-aktar osservazzjonijiet annwali reċenti disponibbli. Abbażi ta’ din l-analiżi statistika, il-limiti tal-introjtu per capita meħtieġa biex tinxtara abitazzjoni eżistenti ta’ daqs medju fl-istokk residenzjali taż-żona kkonċernata huma stabbiliti għal 8 u 10 snin rispettivament.

(1)    Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1059/oj).