Brussell, 1.6.2026

COM(2026) 259 final

2026/0133(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Veterinarju Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil- prodotti agrikoli dwar id-Deċiżjoni Nru 1/2026 fir-rigward tal-emendi tal-Appendiċijiet 1, 2, 3, 5, 6 u 10 tal-Anness 11 tal-Ftehim


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.Suġġett tal-proposta

Din il-proposta tikkonċerna d-Deċiżjoni li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Veterinarju Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli fir-rigward tal-emendi tal-Anness 11 tal-Ftehim dwar miżuri tas-saħħa u żootekniċi applikabbli għall-kummerċ f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali.

2.Kuntest tal-proposta

2.1.Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli (il-“Ftehim”) għandu l-għan li jsaħħaħ ir-relazzjonijiet ta’ kummerċ ħieles bejn il-Partijiet billi jtejjeb l-aċċess tagħhom għas-suq tal-prodotti agrikoli tal-Parti l-oħra. Il-Ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2002.

2.2.Kumitat Veterinarju Konġunt

Il-Kumitat Veterinarju Konġunt huwa responsabbli li jeżamina kull kwistjoni li taqa’ taħt l-Anness 11 tal-Ftehim. L-Artikolu 19(3) tal-Anness 11 tal-Ftehim jawtorizza lill-Kumitat Konġunt Veterinarju biex jemenda l-Appendiċijiet tal-Ftehim, b’mod partikolari biex jaddattahom u jaġġornahom.

2.3.Att previst tal-Kumitat Veterinarju Konġunt

Fil-laqgħa li jmiss tiegħu, il-Kumitat Veterinarju Konġunt irid jadotta Deċiżjoni li temenda l-Appendiċijiet 1, 2, 3, 5, 6 u 10 tal-Anness 11 sabiex jitqiesu l-iżviluppi regolatorji taż-żewġ partijiet u biex jinżammu l-istess kundizzjonijiet għall-moviment tal-annimali u l-prodotti tagħhom bħal dawk bejn l-Istati Membri tal-Unjoni.

L-att previst se jsir vinkolanti fuq il-Partijiet f’konformità mal-Artikolu 19(3) tal-Anness 11 tal-Ftehim.

3.Pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni

L-għan tad-Deċiżjoni proposta tal-Kumitat Veterinarju Konġunt huwa li ttejjeb il-faċilitazzjoni tal-kummerċ fil-prodotti tal-annimali bejn l-Unjoni u l-Iżvizzera billi tadatta l-Anness għall-evoluzzjoni tal-leġiżlazzjoni u għas-sistemi ta’ kontroll rispettivi tal-Unjoni u tal-Iżvizzera fir-rigward tas-saħħa tal-annimali u billi tirrikonoxxi l-ekwivalenza tagħhom.

L-adattamenti proposti għandhom l-għan li jaġġornaw ir-referenzi regolatorji tal-Unjoni u tal-Iżvizzera biex ikopru l-mard kollu tal-annimali. B’mod partikolari, għandhom l-għan li jtejbu l-ġestjoni tal-mard transfruntier, filwaqt li jippermettu adattament rapidu tal-istatus tal-mard tal-annimali.

Barra minn hekk, il-funzjonament tas-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali evolva. Sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Unjoni u l-Iżvizzera u biex jiġi żgurat l-iskambju bla xkiel tal-informazzjoni dwar il-kontrolli uffiċjali, l-Iżvizzera għandha tiġi integrata bis-sħiħ fis-sistema l-ġdida tal-Unjoni, fil-komponenti kollha tagħha.

Fl-aħħar nett, sabiex tiġġieled kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi, l-Unjoni stabbiliet restrizzjonijiet fuq l-użu tal-prodotti mediċinali antimikrobiċi fl-annimali tar-razzett u rekwiżiti ġodda għall-kontrolli fuq l-importazzjonijiet tal-annimali u tal-prodotti ta’ oriġini mill-annimali minn pajjiżi terzi, li jirrikjedu l-użu ta’ ċertifikati uffiċjali aġġornati b’attestazzjoni tal-konformità ffirmata mill-awtoritajiet kompetenti. Fin-nuqqas ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Veterinarju Konġunt qabel id-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet il-ġodda dwar l-antimikrobiċi, l-Iżvizzera jkollha tipprovdi dawn iċ-ċertifikati mit-3 ta’ Settembru 2026 ’il quddiem u l-Unjoni jkollha tqis lill-Iżvizzera bħala pajjiż terz li jkollha tipprovdi dawn iċ-ċertifikati.

Sabiex tevita din is-sitwazzjoni, l-Iżvizzera aġġornat ir-regoli nazzjonali tagħha fi [data f’Mejju 2026] biex tiżgura li dawn jirriflettu d-dispożizzjonijiet il-ġodda tal-Unjoni dwar l-antimikrobiċi qabel jidħlu fis-seħħ fit-3 ta’ Settembru 2026. L-Iżvizzera se tapplika dawn l-emendi mill-1 ta’ Settembru 2026. Il-kummerċ fl-annimali u fil-prodotti ta’ oriġini mill-annimali bejn l-Iżvizzera u l-Unjoni għalhekk jista’ jkompli jitwettaq mingħajr ma jkun akkumpanjat minn ċertifikat uffiċjali li juri l-ħarsien tr-restrizzjonijiet kif imsemmi hawn fuq. Permezz tal-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, il-Partijiet jintrabtu li jirrevedu l-arranġamenti deskritti hawn fuq qabel l-1 ta’ Lulju 2028, id-data tat-tmiem tagħhom.

4.Bażi legali

4.1.Bażi legali proċedurali

4.1.1.Prinċipji

L-Artikolu 218(9) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi Deċiżjonijiet li jistabbilixxu “l-pożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati f’isem l-Unjoni f’sede stabbilita fi ftehim, meta dik is-sede tintalab tadotta atti li jkollhom effetti legali, sakemm dawn ma jkunux atti li jissupplimentaw jew jemendaw il-qafas istituzzjonali tal-ftehim”.

Il-kunċett ta’ “atti li jkollhom effetti legali” jinkludi l-atti li jkollhom effetti legali bis-saħħa tar-regoli tad-dritt internazzjonali li jirregolaw il-korp inkwistjoni. Jinkludi wkoll l-istrumenti li ma għandhomx effett vinkolanti skont id-dritt internazzjonali, iżda li “jistgħu jinfluwenzaw b’mod determinanti l-kontenut tal-leġiżlazzjoni adottata mil-leġiżlatur tal-Unjoni 1 .

4.1.2.Applikazzjoni għall-każ preżenti

Il-Kumitat Veterinarju Konġunt huwa korp imwaqqaf bi ftehim, jiġifieri bil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli.

L-att li l-Kumitat Veterinarju Konġunt huwa mitlub jadotta jikkostitwixxi att b’effetti legali. L-att previst se jkun vinkolanti fuq l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 19(3) tal-Anness 11 tal-Ftehim.

L-att previst la jissupplimenta u lanqas ma jemenda l-qafas istituzzjonali tal-Ftehim.

Għaldaqstant, il-bażi legali proċedurali għad-Deċiżjoni proposta hi l-Artikolu 218(9) tat-TFUE.

4.2.Bażi legali sostantiva

4.2.1.Prinċipji

Il-bażi legali sostantiva għal Deċiżjoni skont l-Artikolu 218(9) tat-TFUE tiddependi primarjament mill-objettiv u mill-kontenut tal-att previst li fir-rigward tiegħu tiġi adottata pożizzjoni f’isem l-Unjoni. Jekk l-att previst ikollu żewġ finijiet jew żewġ komponenti, u jekk wieħed minn dawn il-finijiet jew il-komponenti jkun jista’ jiġi identifikat bħala dak ewlieni, filwaqt li l-ieħor ikun sempliċiment inċidentali, id-Deċiżjoni skont l-Artikolu 218(9) tat-TFUE għandha tkun ibbażata fuq bażi legali sostantiva waħda, jiġifieri dik meħtieġa mill-fini jew mill-komponent ewlieni jew predominanti.

4.2.2.Applikazzjoni għall-każ preżenti

L-objettiv u l-kontenut tal-att previst huma relatati prinċipalment mal-faċilitazzjoni tal-kummerċ tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali.

Għalhekk, il-bażi legali sostantiva tad-Deċiżjoni proposta hija l-Artikolu 207(4) tat-TFUE.

4.3.Konklużjoni

Il-bażi legali tad-Deċiżjoni proposta għandha tkun l-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tat-TFUE.

5.PUBBLIKAZZJONI TAL-ATT PREVIST

Billi l-att tal-Kumitat Veterinarju Konġunt se jemenda l-Anness 11 tal-Ftehim, dan għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea wara l-adozzjoni tiegħu.

2026/0133 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Veterinarju Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil- prodotti agrikoli dwar id-Deċiżjoni Nru 1/2026 fir-rigward tal-emendi tal-Appendiċijiet 1, 2, 3, 5, 6 u 10 tal-Anness 11 tal-Ftehim

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(4) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli (minn hawn ’il quddiem il-“Ftehim”) ġie konkluż mill-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 2 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2002.

(2)Skont l-Artikolu 19(1) tal-Anness 11 tal-Ftehim, il-Kumitat Veterinarju Konġunt stabbilit bil-Ftehim (minn hawn ’il quddiem il-“Kumitat Veterinarju Konġunt”) huwa responsabbli li jeżamina l-kwistjonijiet kollha marbutin ma’ dak l-Anness u mal-implimentazzjoni tiegħu, u jwettaq il-kompiti previsti b'dan l-Anness. L-Artikolu 19(3) ta’ dak l-Anness 11 jawtorizza lill-Kumitat Veterinarju Konġunt jemenda l-appendiċijiet tal-Anness 11, b’mod partikolari bl-għan li jkunu adattati u aġġornati.

(3)Fil-laqgħa li jmiss tiegħu, il-Kumitat Veterinarju Konġunt għandu jadotta Deċiżjoni li temenda l-Appendiċijiet 1, 2, 3, 5, 6 u 10 tal-Anness 11 tal-Ftehim.

(4)Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Veterinarju Konġunt għandha tiġi stabbilita peress li din id-Deċiżjoni li temenda l-Anness 11 tal-Ftehim hijavinkolanti għall-Unjoni.

(5)Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 3 jemenda u jħassar bosta testi ta’ rilevanza għall-Anness 11 tal-Ftehim. Il-miżuri li jikkonċernaw ir-regoli dwar is-saħħa tal-annimali previsti fil-leġiżlazzjoni Żvizzera ġew ivvalutati u rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Il-valutazzjoni ta' din l-ekwivalenza twettqet filwaqt li tqiesu l-atti legali kollha bbażati fuq il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li jikkonċernaw ir-regoli dwar is-saħħa tal-annimali. Għalhekk huwa xieraq li jiġu emendati r-referenzi kollha għall-miżuri li jikkonċernaw ir-regoli dwar is-saħħa tal-annimali inklużi fl-Appendiċijiet 1, 2, 3, 5, 6 u 10 tal-Anness 11 tal-Ftehim.

(6)Minħabba l-ekwivalenza rikonoxxuta tal-miżuri li jikkonċernaw ir-regoli dwar is-saħħa tal-annimali, ir-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard jenħtieġ li jiġi ssimplifikat sabiex isir aktar malajr u b’hekk ikun jista’ jkun hemm ġestjoni aħjar tal-mard transfruntier.

(7)Fid-dawl tal-iżviluppi suċċessivi li jikkonċernaw il-materjali ta’ riskju speċifiċi u l-użu tal-proteini tal-annimali fl-għalf tal-annimali tar-razzett mhux ruminanti minbarra l-annimali għall-fer, id-dispożizzjonijiet għall-prevenzjoni, għall-kontroll u għall-qerda ta’ ċerti enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli fl-Appendiċijiet 1 u 6 tal-Ftehim għandhom jiġu aġġornati u ssimplifikati.

(8)Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 4 jemenda u jħassar diversi testi ta’ rilevanza għall-Anness 11 tal-Ftehim, b’mod partikolari għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429. Barra minn hekk, mill-1 ta’ Jannar 2009, l-Iżvizzera inkorporat fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħha r-rekwiżiti tal-UE rigward il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar l-annimali u l-prodotti ta’ oriġini mill-annimali, kif ukoll id-dispożizzjonijiet kollha adottati għall-applikazzjoni tagħhom fil-qasam tal-kontroll tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi fl-Unjoni Ewropea. Għalhekk huwa xieraq li jiġu emendati r-referenzi kollha għall-kontrolli uffiċjali li jikkonċernaw ir-regoli dwar is-saħħa tal-annimali u l-kontrolli mill-pajjiżi terzi, inklużi fl-Appendiċijiet 1, 2, 3, 5, 6 u 10 tal-Anness 11 tal-Ftehim.

(9)Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715 5 stabbilixxa r-regoli għat-tħaddim tas-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali u l-komponenti tas-sistema tagħha. Dan ġabar flimkien, issimplifika u ssostitwixxa diversi atti preċedenti li kienu jirregolaw separatament il-pjattaformi differenti tal-IT li saru komponenti tas-sistema informatika ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali (IMSOC). Sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni amministrattiva bejn il-Partijiet u biex jiġu żgurati skambji bla xkiel ta’ informazzjoni dwar il-kontrolli uffiċjali bejn il-Kummissjoni Ewropea, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri, jenħtieġ li l-Iżvizzera tiġi integrata bis-sħiħ fis-sistema IMSOC. Jenħtieġ li l-Iżvizzera taħtar punt ta’ kuntatt għal dan il-għan. Għalhekk, huwa xieraq li jiġu emendati r-referenzi kollha għas-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali inklużi fl-Appendiċijiet 1, 5, 6 u 10 tal-Anness 11 tal-Ftehim.

(10)L-użu prudenti tal-antimikrobiċi huwa element fundamentali fil-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi (AMR). L-Iżvizzera u l-Unjoni jintrabtu fi pjanijiet ta’ azzjoni bbażati fuq il-prinċipju “Saħħa Waħda” għall-ġlieda kontra l-AMR.

L-Iżvizzera għandha tapplika l-istess dispożizzjonijiet bħal dawk tal-Artikolu 107 (minbarra l-paragrafu 6), flimkien mal-Artikolu 37(5) tar-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 6 , fir-rigward tar-regoli dwar l-użu ta’ prodotti mediċinali antimikrobiċi f’annimali li jipproduċu l-ikel, il-projbizzjoni tal-użu f’annimali li jipproduċu l-ikel ta’ antimikrobiċi jew gruppi ta’ antimikrobiċi ddeżinjati riżervati għat-trattament ta’ ċerti infezzjonijiet fil-bnedmin, kif ukoll dwar il-kontrolli fuq l-importazzjonijiet ta’ annimali u prodotti ta’ oriġini mill-annimali minn pajjiżi terzi. Il-kummerċ fl-annimali u fil-prodotti ta’ oriġini mill-annimali bejn l-Iżvizzera u l-Unjoni Ewropew għalhekk jista’ jitwettaq mingħajr ma jkun akkumpanjat minn ċertifikat uffiċjali li jattesta l-konformità mar-restrizzjonijiet applikabbli għall-użu tal-mediċini antimikrobiċi sal-1 ta’ Lulju 2028. Għaldaqstant, dawk id-dispożizzjonijiet jenħtieġ li jiżdiedu mal-Appendiċijiet 2, 3, 5, 6 u 10 tal-Anness 11 tal-Ftehim.

Peress li l-Iżvizzera pprevediet aġġornament aktar estensiv tal-leġiżlazzjoni tagħha dwar il-prodotti mediċinali fix-xhur li ġejjin, il-Partijiet jintrabtu li jirrieżaminaw l-arranġamenti msemmija hawn fuq qabel l-1 ta’ Lulju 2028, meta jintemmu.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat Veterinarju Konġunt stabbilit bl-Artikolu 19(1) tal-Anness 11 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli fir-rigward tal-emenda tal-Appendiċijiet 1, 2, 3, 5, 6 u 10 tal-Anness 11 tal-Ftehim hija bbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Veterinarju Konġunt mehmuż fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1)    Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Ottubru 2014, Il-Ġermanja v Il-Kunsill (OIV), C-399/12, ECLI:EU:C:2014:2258, il-punti 61 sa 64.
(2)    Id-Deċiżjoni 2002/309/KE tal-Kunsill u tal-Kummissjoni għal dak li jirrigwarda l-ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika, tal-4 ta’ April 2002 dwar il-konklużjoni ta' seba’ ftehimiet mal-Konfederazzjoni Żvizzera (ĠU L 114, 30.4.2002, pp. 1–5, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/309/oj ).
(3)    Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, 31.3.2006, pp. 1–208, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj ).
(4)    Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, pp. 1–142, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/625/2025-01-05 ) .
(5)    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715 tat-30 ta’ Settembru 2019 li jistabbilixxi r-regoli għat-tħaddim tas-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali u l-komponenti tas-sistema tagħha (ir-Regolament IMSOC) (ĠU L 261, 14.10.2019, pp. 37–96, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/1715/oj ).
(6)    Ir-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar prodotti mediċinali veterinarji u li jħassar id-Direttiva 2001/82/KE (ĠU L 4, 7.1.2019, p. 43, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2019/6/oj )

Brussell, 1.6.2026

COM(2026) 259 final

ANNESS

tal-

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Veterinarju Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil- prodotti agrikoli dwar id-Deċiżjoni Nru 1/2026 fir-rigward tal-emendi tal-Appendiċijiet 1, 2, 3, 5, 6 u 10 tal-Anness 11 tal-Ftehim


Abbozz tad-

DEĊIŻJONI NRU 1/2026 TAL-KUMITAT VETERINARJU KONĠUNT 
STABBILIT BIL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA 
U L-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA 
DWAR KUMMERĊ FI PRODOTTI AGRIKOLI

ta’ …

fir-rigward tal-emendar tal-Appendiċijiet 1, 2, 3, 5, 6 u 10 tal-Anness 11 tal-Ftehim

IL-KUMITAT VETERINARJU KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli 1 , u b’mod partikolari l-Artikolu 19(3) tal-Anness 11 tiegħu,

Billi:

(1)    Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli (minn hawn ’il quddiem il-“Ftehim Agrikolu”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2002.

(2)    Skont l-Artikolu 19(1) tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu, il-Kumitat Veterinarju Konġunt stabbilit b’dan il-Ftehim (minn hawn ’il quddiem il-“Kumitat Veterinarju Konġunt”) huwa responsabbli li jeżamina l-kwistjonijiet kollha marbutin ma’ dak l-Anness u mal-implimentazzjoni tiegħu u jwettaq il-kompiti previsti fih. L-Artikolu 19(3) tal-Anness 11 jawtorizza lill-Kumitat Veterinarju Konġunt jemenda l-Appendiċijiet għal dak l-Anness, b’mod partikolari sabiex jadattahom u jaġġornahom.

(3)    Id-Deċiżjoni Nru 2/2003 tal-Kumitat Veterinarju Konġunt 2 emendat l-Appendiċijiet 1, 2, 3, 4, 5, 6 u 11 tal-Anness 11 għall-Ftehim Agrikolu għall-ewwel darba.

(4)    L-Appendiċi 6 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu ġie emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni Nru 1/2018 tal-Kumitat Veterinarju Konġunt 3 .

(5)    Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 4 jemenda u jħassar bosta testi ta’ rilevanza għall-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu. Il-miżuri dwar is-saħħa tal-annimali previsti fil-leġiżlazzjoni Żvizzera ġew ivvalutati u rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea. Din il-valutazzjoni tal-ekwivalenza twettqet filwaqt li tqiesu l-atti legali kollha bbażati fuq il-leġiżlazzjoni dwar is-saħħa tal-annimali. Għalhekk huwa xieraq li jiġu emendati r-referenzi kollha għall-miżuri dwar is-saħħa tal-annimali fl-Appendiċijiet 1, 2, 3, 5, 6 u 10 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu.

(6)    Minħabba l-ekwivalenza rikonoxxuta tal-miżuri dwar is-saħħa tal-annimali, ir-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard qed jiġi ssimplifikat sabiex isir aktar malajr u b’hekk ikun jista’ jkun hemm ġestjoni aħjar tal-mard transfruntier.

(7)    Fid-dawl tal-iżviluppi suċċessivi li jikkonċernaw materjali ta’ riskju speċifiċi u l-użu tal-proteini tal-annimali fl-għalf tal-annimali tar-razzett mhux ruminanti minbarra l-annimali tal-pil, id-dispożizzjonijiet għall-prevenzjoni, għall-kontroll u għall-qerda ta’ ċerti enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli fl-Appendiċijiet 1 u 6 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu qed jiġu aġġornati u ssimplifikati.



(8)    Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 5 jemenda u jħassar diversi testi ta’ importanza għall-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu, b’mod partikolari għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429. Barra minn hekk, mill-1 ta’ Jannar 2009, l-Iżvizzera inkorporat fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħha r-rekwiżiti tal-Unjoni Ewropea għall-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar l-annimali u l-prodotti ta’ oriġini mill-annimali, kif ukoll id-dispożizzjonijiet kollha adottati għall-applikazzjoni tagħhom fil-qasam tal-kontroll tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi fl-Unjoni Ewropea. Għalhekk huwa xieraq li jiġu emendati r-referenzi kollha għall-kontrolli uffiċjali li jikkonċernaw ir-regoli dwar is-saħħa tal-annimali u l-kontrolli mill-pajjiżi terzi fl-Appendiċijiet 1, 2, 3, 5, 6 u 10 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu.

(9)    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715 6 . Dan ġabar flimkien, issimplifika u ssostitwixxa diversi atti preċedenti li kienu jirregolaw separatament il-pjattaformi differenti tal-IT li llum saru komponenti tas-sistema informatika ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali (IMSOC). Sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni amministrattiva bejn il-Partijiet u jiġu żgurati skambji bla xkiel ta’ informazzjoni dwar il-kontrolli uffiċjali bejn il-Kummissjoni Ewropea, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri, jenħtieġ li l-Iżvizzera tiġi integrata bis-sħiħ fis-sistema IMSOC. Jenħtieġ li l-Iżvizzera taħtar punt ta’ kuntatt għal dan il-għan. Għalhekk, huwa xieraq li jiġu emendati r-referenzi kollha għas-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali fl-Appendiċijiet 1, 5, 6 u 10 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu.



(10)    L-użu prudenti tal-antimikrobiċi huwa element fundamentali fil-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi (AMR). L-Iżvizzera u l-Unjoni Ewropea jintrabtu fi pjanijiet ta’ azzjoni bbażati fuq l-approċċ “Saħħa Waħda” għall-ġlieda kontra l-AMR.

L-Iżvizzera għandha tapplika l-istess dispożizzjonijiet bħal dawk tal-Artikolu 107 (minbarra l-paragrafu 6), flimkien mal-Artikolu 37(5) tar-Regolament (UE) 2019/6 7 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tar-regoli dwar l-użu ta’ prodotti mediċinali antimikrobiċi fl-annimali li jipproduċu l-ikel, il-projbizzjoni li l-antimikrobiċi jew il-gruppi ta’ antimikrobiċi ddeżinjati riżervati għat-trattament ta’ ċerti infezzjonijiet fil-bnedmin jintużaw fuq l-annimali li jipproduċu l-ikel, kif ukoll dwar il-kontrolli fuq l-importazzjonijiet tal-annimali u tal-prodotti ta’ oriġini mill-annimali minn pajjiżi terzi. Il-kummerċ fl-annimali u fil-prodotti ta’ oriġini mill-annimali bejn l-Iżvizzera u l-Unjoni Ewropew għalhekk jista’ jitwettaq mingħajr ma jkun akkumpanjat minn ċertifikat uffiċjali li jattesta l-ħarsien tar-restrizzjonijiet applikabbli għall-użu tal-mediċini antimikrobiċi. Jenħtieġ li dawk id-dispożizzjonijiet jiżdiedu mal-Appendiċijiet 2, 3, 5, 6 u 10 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu.

(11)    Għaldaqstant, għandhom jiġu emendati l-Appendiċijiet 1, 2, 3, 5, 6 u 10 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:



Artikolu 1

L-Appendiċijiet 1, 2, 3, 5, 6 u 10 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu huma emendati f’konformità mal-Annessi I sa VI ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mill-1 ta’ Settembru 2026.

Magħmul fi Brussell, il- …

   Għall-Konfederazzjoni Żvizzera    Għall-Unjoni Ewropea

   Il-Kap tad-Delegazzjoni    Il-Kap tad-Delegazzjoni

       

ANNESS I

L-Appendiċi 1 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Appendiċi 1
Miżuri ta’ kontroll/notifika tal-mard

I.    Mard tal-annimali terrestri

A.    LEĠIŻLAZZJONI*

*    Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2025.

L-Unjoni Ewropea

L-Iżvizzera

1.    Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1–208) u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni bbażati fuq dan ir-Regolament adottati sal-31 ta’ Diċembru 2025;

2.    Għad-dispożizzjonijiet dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti biex jivverifikaw il-konformità mar-regoli tal-katina agroalimentari dwar is-saħħa tal-annimali:
Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1–142).

1.    Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżootiku (LME; RS 916.40);

2.    Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżootiku (DME; RS 916.401);

3.    Id-Digriet tat-28 ta’ Ġunju 2000 dwar l-organizzazzjoni tad-Dipartiment Federali tal-Intern (Org DFI; RS 172.212.1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu;

4.    Id-Digriet tal-25 ta’ Mejju 2011 dwar il-prodotti sekondarji tal-annimali (OSPA; RS 916.441.22).

B.    REGOLI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

1.    Il-Kummissjoni u l-Uffiċċju Federali tas-Sigurtà Alimentari u tal-Affarijiet Veterinarji se jgħarrfu lil xulxin meta jkunu beħsiebhom jimplimentaw tilqima ta’ emerġenza. F’każijiet urġenti ħafna, in-notifika għandha tkun dwar id-Deċiżjoni li ttieħdet u dwar ir-regoli tal-implimentazzjoni tagħha. Fi kwalunkwe każ, isiru konsultazzjonijiet malajr kemm jista’ jkun fi ħdan il-Kumitat Veterinarju Konġunt.

2.    Il-lista ta’ laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ppubblikata fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea f’konformità mal-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) 2017/625.

L-Iżvizzera se tħallas l-ispejjeż li hija responsabbli għalihom għall-attivitajiet li jirriżultaw minn dawn il-ħatriet. Il-funzjonijiet u l-kompiti ta’ dawn il-laboratorji huma dawk previsti fl-Artikolu 94 tar-Regolament (UE) 2017/625.

Il-lista tal-laboratorji nazzjonali ta’ referenza għall-Iżvizzera hija ppubblikata fuq is-sit web tal-Uffiċċju Federali tas-Sigurtà Alimentari u tal-Affarijiet Veterinarji.

3.    It-twettiq tal-kontrolli jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, f’konformità mal-Artikolu 116 tar-Regolament (UE) 2017/625 u mal-Artikolu 57 tal-Liġi dwar il-Mard Epiżootiku.



II.    Mard tal-ħut u tal-molluski

A.    LEĠIŻLAZZJONI*

*    Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2025.

L-Unjoni Ewropea

L-Iżvizzera

1.    Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1–208) u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni bbażati fuq dan ir-Regolament adottati sal-31 ta’ Diċembru 2025;

2.    Għad-dispożizzjonijiet dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti biex jivverifikaw il-konformità mar-regoli tal-katina agroalimentari dwar is-saħħa tal-annimali:
Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1–142).

1.    Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżootiku (LME; RS 916.40);

2.    Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżootiku (DME; RS 916.401).

B.    REGOLI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

1.    Attwalment, ma jittrabba l-enda ġajdar ċatt fl-Iżvizzera. F’każ li jfaqqgħu l-bonamjożi jew il-marteiljożi, l-Uffiċċju Federali tas-Sigurtà Alimentari u tal-Affarijiet Veterinarji jintrabat li jieħu l-miżuri ta’ emerġenza meħtieġa skont il-liġijiet tal-Unjoni Ewropea abbażi tal-Artikolu 57 tal-Liġi dwar il-Mard Epiżootiku.

2.    Għall-finijiet tal-kontroll tal-mard tal-ħut u tal-molluski, l-Iżvizzera tapplika d-Digriet dwar il-Mard Epiżootiku, u b’mod partikolari l-Artikolu 61 tiegħu (l-obbligi tad-detenturi ta’ permess għas-sajd u ta’ min jingħata permess għas-sajd b’kera u tal-entitajiet li għandhom il-kompitu jissorveljaw is-sajd), l-Artikoli 62 sa 76 tiegħu (il-miżuri ġenerali għall-ġlieda kontra l-mard), l-Artikoli 277 sa 290 tiegħu (il-miżuri speċifiċi b’rabta mal-mard tal-annimali akkwatiċi u l-laboratorju li jwettaq id-dijanjożi), kif ukoll l-Artikolu 291 tiegħu (il-mard epiżootiku li għandu jiġi ssorveljat).

3.    Il-lista ta’ laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ppubblikata fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea f’konformità mal-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) 2017/625.
L-Iżvizzera se tħallas l-ispejjeż li hija responsabbli għalihom għall-attivitajiet li jirriżultaw minn dawn il-ħatriet. Il-funzjonijiet u l-kompiti ta’ dawn il-laboratorji huma dawk previsti fl-Artikolu 94 tar-Regolament (UE) 2017/625.

Il-lista tal-laboratorji nazzjonali ta’ referenza għall-Iżvizzera hija ppubblikata fuq is-sit web tal-Uffiċċju Federali tas-Sigurtà Alimentari u tal-Affarijiet Veterinarji.

4.    It-twettiq tal-kontrolli jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, f’konformità mal-Artikolu 116 tar-Regolament (UE) 2017/625 u mal-Artikolu 57 tal-Liġi dwar il-Mard Epiżootiku.


III.    Enċefalopatiji Sponġiformi Trażmissibbli

A.    LEĠIŻLAZZJONI*

*    Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2025.

L-Unjoni Ewropea

L-Iżvizzera

1.    Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1);

2.    Għad-dispożizzjonijiet dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti biex jivverifikaw il-konformità mar-regoli tal-katina agroalimentari dwar is-saħħa tal-annimali:
Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1–142).

1.    Id-Digriet tat-18 ta’ Novembru 2015 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali ma’ pajjiżi terzi (OITE-PT; RS 916.443.10);

2.    Id-Digriet tad-DFI tat-18 ta’ Novembru 2015 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali ma’ pajjiżi terzi (OITE-PT-DFI; RS 916,443,106);

3.    Id-Digriet tat-18 ta’ Novembru 2015 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali mal-Istati Membri tal-UE, mal-Iżlanda, man-Norveġja u mal-Irlanda ta’ Fuq (OITE-UE; RS 916.443.11);

4.    Id-Digriet tad-DFI tat-18 ta’ Novembru 2015 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali mal-Istati Membri tal-UE, mal-Iżlanda, man-Norveġja u mal-Irlanda ta’ Fuq (OITE-UE-DFI; RS 916,443,111);

5.    Il-Liġi Federali tal-20 ta’ Ġunju 2014 dwar l-oġġetti tal-ikel u l-oġġetti li jintużaw kuljum (il-Liġi dwar l-oġġetti tal-ikel, LDAl; RS 817.0), u b’mod partikolari l-Artikolu 30 (il-kontroll u t-teħid tal-kampjuni) u l-Artikolu 31 (l-ispezzjoni tal-annimali qabel l-iskarnar u l-ispezzjoni tal-laħam) tagħhom;

6.    Id-Digriet tad-DFI tas-16 ta’ Diċembru 2016 dwar l-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (RS 817.022.108), b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu (il-partijiet li ma humiex tajbin biex jittieklu);

7.    Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżootiku (DME; RS 916.401), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 (il-klassifikazzjoni tal-enċefalopatiji sponġiformi bovina u tal-iscrapie bħala mard epiżootiku li jrid jinqered), l-Artikolu 6 (id-definizzjonijiet u l-abbrevjazzjonijiet), l-Artikolu 34 (il-privattivi), l-Artikolu 61 (l-obbligu ta’ avviż), l-Artikolu 79 (is-sorveljanza tal-bhejjem Żvizzeri), l-Artikoli 175 sa 181 (l-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli), l-Artikolu 297 tiegħu (l-implimentazzjoni fil-pajjiż stess), l-Artikolu 301 (il-kompiti tal-veterinarju tad-distrett awtonomu), l-Artikolu 302 (il-veterinarju uffiċjali) u l-Artikolu 312 (il-laboratorji dijanjostiċi) tiegħu;

8.    Id-Digriet tad-DEFR tas-26 ta’ Ottubru 2011 dwar il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-għalf, tal-addittivi tal-għalf u tal-għalf dijetetiku (OLALA; RS 916.307.1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21 (it-tolleranza, it-teħid tal-kampjuni, il-metodi ta’ analiżi u t-trasport), l-Anness 1.2, il-punt 15 (il-prodotti tal-annimali terrestri), il-punt 16 (il-ħut, annimali tal-baħar oħrajn, il-prodotti u l-prodotti sekondarji tagħhom) u l-Anness 4.1 (is-sustanzi li ċ-ċirkolazzjoni u l-użu tagħhom huma ristretti jew ipprojbiti) tiegħu;

9.    Id-Digriet tal-25 ta’ Mejju 2011 dwar il-prodotti sekondarji tal-annimali (OSPA; RS 916.441.22);

10.    Id-Digriet tad-DFI dwar l-użu tal-prodotti sekondarji tal-annimali bħala għalf jew bħala fertilizzanti (OUPSA) tas-26 ta’ Novembru 2025.


B.    REGOLI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

1.    Il-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għall-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSE) huwa ppubblikat fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea.
L-Iżvizzera se tħallas l-ispejjeż li hija responsabbli għalihom għall-attivitajiet li jirriżultaw minn din il-ħatra. Il-funzjonijiet u l-kompiti ta’ dan il-laboratorju huma dawk previsti fl-Artikolu 94 tar-Regolament (UE) 2017/625.

Il-laboratorju nazzjonali ta’ referenza għall-Iżvizzera huwa ppubblikat fuq is-sit web tal-Uffiċċju Federali tas-Sigurtà Alimentari u tal-Affarijiet Veterinarji.

2.    Skont l-Artikolu 57 tal-Liġi dwar il-Mard Epiżootiku, l-Iżvizzera għandha pjan ta’ emerġenza biex jiġu implimentati miżuri ta’ kontroll b’rabta mat-TSE.

3.    Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, kull annimal suspettat li hu infettat bit-TSE għandu jitqiegħed taħt restrizzjoni uffiċjali fuq il-moviment sakemm ikunu magħrufa r-riżultati tat-testijiet kliniċi u epidemjoloġiċi mwettqin mill-awtorità kompetenti, jew inkella jinqatel sabiex jiġi eżaminat f’laboratorju taħt kontroll uffiċjali.

F’konformità mal-Artikoli 179b u 180a tad-Digriet dwar il-Mard Epiżootiku, l-Iżvizzera tipprojbixxi l-iskarnar tal-annimali suspettati li huma infettati b’TSE. Dawk l-annimali li jkun hemm dan is-suspett dwarhom iridu jinqatlu mingħajr tixrid ta’ demm u jinħarqu, u moħħhom irid jintbagħat għat-testijiet fil-laboratorju ta’ referenza tal-Iżvizzera għat-TSE.

Skont l-Artikolu 10 tad-Digriet dwar il-Mard Epiżootiku, l-Iżvizzera tidentifika l-annimali bovini permezz ta’ sistema ta’ identifikazzjoni uniformi, ċara u permanenti li tippermetti li jinstabu ommijiethom u l-merħla tal-oriġini tagħhom, u li jiġi kkonfermat li ma jkunux twieldu minn ommijiet suspettati li huma infettati jew minn baqar li huma infettati bl-enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE).

Skont l-Artikolu 179c tad-Digriet dwar il-Mard Epiżootiku, l-Iżvizzera tiskarna lill-annimali li jkunu infettati bil-BSE sa mhux aktar tard minn tmiem il-fażi tal-produzzjoni, lill-annimali bovini kollha li jkunu twieldu sena qabel u sena wara l-annimal infettat u li, matul dak iż-żmien, ikunu jiffurmaw parti mill-istess merħla, kif ukoll lill-annimali kollha li jkunu jiġu direttament mill-baqar infettat u li jkunu twieldu fis-sentejn ta’ qabel id-dijanjożi.

4.    Skont l-Artikolu 180b tad-Digriet dwar il-Mard Epiżootiku, l-Iżvizzera toqtol lill-annimali li jkunu infettati bl-iscrapie, lil ommijiethom, lill-annimali kollha li jkunu jiġu direttament mill-ommijiet infettati, kif ukoll lin-nagħaġ u lill-mogħoz l-ieħor kollu tal-merħla, minbarra:

in-nagħaġ li jkollhom mill-inqas allel ARR wieħed u l-ebda allel VRQ; u

l-annimali li jkollhom inqas minn xahrejn u li jkunu se jintbagħtu għall-iskarnar biss. Ir-ras u l-organi tal-kavità addominali ta’ dawn l-annimali għandhom jitneħħew skont id-dispożizzjonijiet tad-Digriet dwar il-prodotti sekondarji tal-annimali.

Fil-każ ta’ razez rari, jista’ jkun li, b’mod eċċezzjonali, jiġi deċiż li l-merħla ma tinqatilx kollha. F’każijiet bħal dawn, il-merħla titqiegħed taħt is-sorveljanza ta’ veterinarju uffiċjali għal sentejn sħaħ, li matulhom l-annimali tal-merħla jsirilhom eżami kliniku darbtejn fis-sena. Jekk matul dan il-perjodu jinqatlu xi annimali, l-irjus tagħhom inklużi t-tunsilli tagħhom ikunu soġġetti għall-analiżi fil-laboratorju Żvizzeru ta’ referenza għat-TSE.

Dawn il-miżuri għandhom jiġu riveduti skont ir-riżultati tas-sorveljanza tas-saħħa tal-annimali. B’mod partikolari, il-perjodu ta’ sorveljanza għandu jittawwal jekk jinstab każ ġdid tal-marda fost l-annimali tal-merħla.

L-Iżvizzera tintrabat li tapplika l-miżuri previsti fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 f’każ li jiġi kkonfermat li nagħġa jew mogħża hija infettata bil-BSE.

5.    Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jipprojbixxu l-użu tal-proteini tal-annimali pproċessati fl-għalf intenzjonat għall-annimali tar-razzett li jkunu qed jinżammu, jissemmnu u jitrabbew għall-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel. L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jipprojbixxu kompletament l-użu tal-proteini li ġejjin mill-annimali fl-għalf tal-annimali ruminanti.

Skont l-Artikolu 27 tad-Digriet dwar il-prodotti sekondarji tal-annimali (DPSA), l-Iżvizzera daħħlet fis-seħħ projbizzjoni totali tal-użu tal-proteini tal-annimali fl-għalf tal-annimali tar-razzett.

Huma possibbli d-derogi għall-proteini pproċessati mill-ħut, mill-ħnieżer, mill-pollam u mill-insetti mrobbija, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 999/2001, kif ukoll mad-Digriet dwar il-prodotti sekondarji tal-annimali (DPSA) u d-Digriet dwar l-użu tal-prodotti sekondarji tal-annimali bħala għalf jew bħala fertilizzanti (DUPSA).

6.    Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 u f’konformità mal-Anness III, il-Kapitolu A tal-istess Regolament, l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għandhom idaħħlu fis-seħħ programm annwali ta’ sorveljanza tal-BSE. Dan il-pjan jinkludi test rapidu għall-BSE magħmul fuq l-annimali bovini kollha li jkollhom aktar minn 24 xahar u li jkunu ġew skarnati b’urġenza, li jkunu mietu fir-razzett jew li jkunu nstabu li kienu morda waqt spezzjoni li saritilhom ante mortem, u fuq l-annimali kollha li jkollhom aktar minn 30 xahar li jiġu skarnati għall-konsum mill-bniedem.

It-testijiet rapidi tal-BSE li tuża l-Iżvizzera huma mniżżlin fil-Kapitolu C tal-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 999/2001.

Skont l-Artikolu 179 tad-Digriet dwar il-Mard Epiżootiku, l-Iżvizzera twettaq b’mod obbligatorju test rapidu għall-BSE fuq l-annimali bovini kollha li jkollhom aktar minn 48 xahar li jkunu mietu jew li jkunu nqatlu għal għanijiet oħra minbarra l-iskarnar jew li jkunu ttieħdu morda jew feruti fil-biċċeriji.

7.    Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 u f’konformità mal-Anness III, il-Kapitolu A tal-istess Regolament, l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għandhom idaħħlu fis-seħħ programm annwali ta’ sorveljanza tal-iscrapie.

B’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 177 tad-Digriet dwar il-Mard Epiżootiku, l-Iżvizzera daħħlet fis-seħħ programm ta’ sorveljanza tat-TSE fost in-nagħaġ u l-mogħoż ta’ aktar minn 12-il xahar. L-annimali skarnati b’urġenza, li mietu fir-razzett jew li nstabu morda waqt spezzjoni ante mortem kif ukoll l-annimali skarnati għall-konsum uman ġew eżaminati matul il-perjodu mix-xahar ta’ Ġunju 2004 sax-xahar ta’ Lulju 2005. Fl-ebda kampjun ma nstabet Il-BSE u għalhekk l-annimali li dwarhom kien hemm suspett kliniku li kienu infettati bil-marda, dawk li ġew skarnati b’urġenza u dawk li mietu fir-razzett komplew jiġu ssorveljati permezz tat-teħid tal-kampjuni.

Il-Kumitat Veterinarju Konġunt se jerġa’ jeżamina l-kwistjoni tar-rikonoxximent tas-similarità tal-liġijiet fil-qasam tas-sorveljanza tat-TSE fost in-nagħaġ u l-mogħoż.

8.    It-tagħrif previst fl-Artikolu 6, u fil-Kapitolu B tal-Anness III, u fl-Anness IV (fil-punt 3.III tiegħu) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt.

9.    It-twettiq tal-kontrolli jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, f’konformità mal-Artikolu 116 tar-Regolament (UE) 2017/625 u mal-Artikolu 57 tal-Liġi dwar il-Mard Epiżootiku.


IV.    Mard żoonotiku

A.    LEĠIŻLAZZJONI*

*    Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2025.

L-Unjoni Ewropea

L-Iżvizzera

1.    Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 fuq il-kontroll tas-salmonella u aġenti żoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm ġewwa l-ikel (ĠU L 325, 12.12.2003, p. 1);

2.    Id-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 rigward il-monitoraġġ taż-żoonożi u tal-aġenti żoonotiċi, temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE u tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/117/KEE (ĠU L 325, 12.12.2003, p. 31);

3.    Għad-dispożizzjonijiet dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti biex jivverifikaw il-konformità mar-regoli tal-katina agroalimentari dwar il-mard żoonotiku:
Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1–142).

1.    Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżootiku (LME; RS 916.40);

2.    Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżootiku (DME; RS 916.401), u b’mod partikolari l-Artikoli 291a sa 291e (id-dispożizzjonijiet speċjali dwar il-mard żoonotiku) tiegħu;

3.    Il-Liġi Federali tal-20 ta’ Ġunju 2014 dwar l-oġġetti tal-ikel u l-oġġetti li jintużaw kuljum (il-Liġi dwar l-oġġetti tal-ikel, LDAl; RS 817.0);

4.    Id-Digriet tas-16 ta’ Diċembru 2016 dwar l-oġġetti tal-ikel u l-oġġetti li jintużaw kuljum (ODAlOUs); RS 817.02);

5.    Id-Digriet tad-DFI tas-16 ta’ Diċembru 2016 dwar l-iġjene f’attivitajiet relatati mal-oġġetti tal-ikel (id-Digriet tad-DFI dwar l-Iġjene, OHyg; RS 817.024.1);

6.    Il-Liġi Federali tat-28 ta’ Settembru 2012 dwar il-ġlieda kontra l-mard tal-bniedem li jittieħed (il-Liġi dwar l-epidemiji, LEp; RS 818.101);

7.    Id-Digriet tad-29 ta’ April 2015 dwar il-ġlieda kontra l-mard tal-bniedem li jittieħed (id-Digriet dwar l-epidemiji, OEp; RS 818.101.1);

8.    Id-Digriet tad-DFI tat-23 ta’ Novembru 2005 dwar l-iġjene waqt l-iskarnar tal-annimali (OHyAb; RS 817.190.1);

9.    Id-Digriet tas-16 ta’ Diċembru 2016 dwar l-iskarnar tal-annimali u l-kontroll tal-laħam (OAbCV; RS 817.190).

B.    REGOLI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

1.    Il-lista ta’ laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea prevista fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 2003/99/KE għandha tiġi ppubblikata fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea f’konformità mal-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) 2017/625.
L-Iżvizzera se tħallas l-ispejjeż li hija responsabbli għalihom għall-attivitajiet li jirriżultaw minn dawn il-ħatriet. Il-funzjonijiet u l-kompiti ta’ dawn il-laboratorji huma dawk previsti fl-Artikolu 94 tar-Regolament (UE) 2017/625.

Il-lista tal-laboratorji nazzjonali ta’ referenza għall-Iżvizzera hija ppubblikata fuq is-sit web tal-Uffiċċju Federali tas-Sigurtà Alimentari u tal-Affarijiet Veterinarji.

2.    Kull sena, l-Iżvizzera għandha tibgħat rapport lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel sal-aħħar ta’ Mejju dwar ix-xejriet u s-sorsi taż-żoonożi, dwar l-aġenti żoonotiċi u dwar ir-reżistenza għall-antibijotiċi, inkluża d-data miġbura matul is-sena ta’ qabel f’konformità mal-Artikoli 4, 7 u 8 tad-Direttiva 2003/99/KE. Dan ir-rapport għandu jinkludi wkoll it-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003.


V.    Notifika ta’ mard

A.    LEĠIŻLAZZJONI*

*    Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2025.

L-Unjoni Ewropea

L-Iżvizzera

1.    Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1–208) u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni bbażati fuq dan ir-Regolament adottati sal-31 ta’ Diċembru 2025;

2.    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715 tat-30 ta’ Settembru 2019 li jistabbilixxi r-regoli għat-tħaddim tas-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali u l-komponenti tas-sistema tagħha (ir-Regolament IMSOC) (ĠU L 261, 14.10.2019, p. 37–96).

1.    Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżootiku (LME; RS 916.40), u b’mod partikolari l-Artikolu 11 (l-obbligu ta’ diliġenza u l-obbligu ta’ avviż) u l-Artikolu 57 (id-dispożizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni li huma ta’ natura teknika u kollaborazzjoni internazzjonali) tagħha;

2.    Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżootiku (DME; RS 916.401), u b’mod partikolari l-Artikoli 2 sa 5 (il-mard fil-mira), l-Artikoli 59 sa 65 u 291 (l-obbligu ta’ avviż u notifika) u l-Artikoli 292 sa 299 (is-sorveljanza, l-implimentazzjoni u l-għajnuna amministrattiva) tiegħu.

B.    REGOLI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

L-Iżvizzera hija integrata fis-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali u l-komponenti kollha tagħha, kif definit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715. L-Iżvizzera għandha taħtar punt ta’ kuntatt għal dan l-għan.

In-notifika u r-rapportar tal-mard elenkat, il-formati u l-proċeduri għas-sottomissjoni u għar-rapportar tal-programmi ta’ sorveljanza u tal-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ “ħelsien mill-mard” għandhom jitwettqu f’konformità mad-dispożizzjonijiet previsti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2002 8 .
Jekk ikun hemm bżonn, jiġu definiti miżuri supplimentari fi ħdan il-Kumitat Veterinarju Konġunt.”.

ANNESS II

L-Appendiċi 2 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Appendiċi 2
Saħħa tal-annimali: Kummerċ bejn l-Iżvizzera u l-Unjoni Ewropea u introduzzjoni fis-suq

I.    Annimali terrestri

A.    LEĠIŻLAZZJONI*

*    Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2025.

L-Unjoni Ewropea

L-Iżvizzera

1.    Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1–208) u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni bbażati fuq dan ir-Regolament adottati sal-31 ta’ Diċembru 2025;

2.    Għad-dispożizzjonijiet dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti biex jivverifikaw il-konformità mar-regoli tal-katina agroalimentari dwar il-kummerċ ta’ annimali terrestri bejn l-Iżvizzera u l-Unjoni Ewropea:
Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1–142).

3.    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/403 tat-18 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali u l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, għad-dħul fl-Unjoni u l-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali terrestri u tal-prodotti ġerminali tagħhom, iċ-ċertifikazzjoni uffiċjali fir-rigward ta’ tali ċertifikati u li jħassar id-Deċiżjoni 2010/470/UE (ĠU L 113, 31.3.2021, p. 1–935);

4.    L-Artikolu 107 (minbarra l-paragrafu 6) tar-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar prodotti mediċinali veterinarji u li jħassar id-Direttiva 2001/82/KE (ĠU L 4, 7.1.2019, p. 43), flimkien mal-Artikolu 37(5) tiegħu.

1.    Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżootiku (DME; RS 916.401);

2.    Id-Digriet tat-18 ta’ Novembru 2015 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali mal-Istati Membri tal-UE, mal-Iżlanda, man-Norveġja u mal-Irlanda ta’ Fuq (OITE-UE; RS 916.443.11);

3.    Id-Digriet tad-DFI tat-18 ta’ Novembru 2015 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali mal-Istati Membri tal-UE, mal-Iżlanda, man-Norveġja u mal-Irlanda ta’ Fuq (OITE-UE-DFI; RS 916,443,111);

4.    Il-Liġi Federali tad-29 ta’ April 1998 dwar l-agrikoltura (LAgr; RS 910.1), u b’mod partikolari l-Artikolu 160 (Approvazzjoni obbligatorja);

5.    Il-Liġi Federali tal-15 ta’ Diċembru 2000 dwar il-prodotti mediċinali u l-apparat mediku (LPTh; RS 812.21);

6.    Id-Digriet tat-18 ta’ Awwissu 2004 dwar il-prodotti mediċinali veterinarji (OMédV; RS 812.212.27);

7.    Id-Direttivi tekniċi dwar l-użu profilattiku u metafilattiku tal-prodotti mediċinali li fihom l-aġenti antimikrobiċi fl-annimali li jipproduċu l-ikel, kif ippubblikati fil-31.5.2026.

B.    REGOLI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

1.    It-twettiq tal-kontrolli jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, f’konformità b’mod partikolari mal-Artikolu 116 tar-Regolament (UE) 2017/625 u mal-Artikolu 57 tal-Liġi dwar il-Mard Epiżootiku.

2.    L-annimali li jsir kummerċ fihom bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Iżvizzera huma soġġetti għall-istess kundizzjonijiet bħall-annimali li jsir kummerċ fihom bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Jekk ikun hemm bżonn, dawn l-annimali għandu jkollhom magħhom iċ-ċertifikati tas-saħħa previsti fil-każ tal-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jew iddefiniti f’dan l-Anness, li jinsabu fis-sistema TRACES.

3.    Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, l-Iżvizzera hija rikonoxxuta bħala li tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fil-Kapitolu 4, fil-Parti II tar-Regolament (UE) 2016/429, dawk fir-Regolament Delegat (UE) 2020/689 9 u fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 10 fir-rigward tal-mard elenkat fis-siti web tal-Kummissjoni “Surveillance, eradication programmes and disease-free status - Food Safety” u tal-Uffiċċju Federali tas-Sigurtà Alimentari u tal-Affarijiet Veterinarji, il-Programm Nazzjonali ta’ Sorveljanza.
Għall-mard li għalih l-Iżvizzera għad ma għandhiex l-approvazzjoni tal-istatus ta’ “ħelsien mill-mard”, l-Iżvizzera għandha tissottometti lill-Kumitat Veterinarju Konġunt l-informazzjoni meħtieġa għall-kriterji tal-għoti ta’ approvazzjoni previsti fir-Regolament (UE) 2016/429. Abbażi ta’ din l-informazzjoni, il-Kumitat Veterinarju Konġunt jaqbel li jaġġorna l-informazzjoni disponibbli fuq is-siti web imsemmija hawn fuq.

L-Uffiċċju Federali tas-Sigurtà Alimentari u tal-Affarijiet Veterinarji għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni b’kull bidla li jista’ jkun hemm fil-kundizzjonijiet li fuqhom ikun issejjes ir-rikonoxximent tal-istatus għal waħda mill-mard elenkati msemmija f’dan il-paragrafu. Il-Kumitat Veterinarju Konġunt għandu jeżamina din is-sitwazzjoni.

4.    Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, huwa rikonoxxut li l-Iżvizzera tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fil-punt 1, fit-Taqsima 2, fil-Kapitolu 3, fil-Parti I tal-Anness IV tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 f’dak li għandu x’jaqsam mal-bruċellożi bovina. Sabiex iżżomm l-istatus tagħha bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi bovina, l-Iżvizzera tintrabat li tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

a) l-awtoritajiet kompetenti jridu jiġu mgħarrfa b’kull annimal bovin li dwaru jkun hemm suspett li jkun infettat bil-bruċellożi u dan l-annimal għandhom isirulu t-testijiet uffiċjali għall-bruċellożi, inkluż mill-inqas żewġ testijiet seroloġiċi li jkunu jinkludu l-fissazzjoni tal-komplement, kif ukoll analiżi mikrobijoloġika tal-kampjuni adattati miġburin fil-każ ta’ xi abort;

b) matul il-perjodu ta’ suspett ta’ infezzjoni, li għandu jibqa’ għaddej sa ma jkun hemm riżultati negattivi fit-testijiet imsemmijin fil-punt a), l-istatus tal-merħla tal-annimal bovin jew tal-annimali bovini li dwarhom ikun hemm suspett li jkunu infettati bil-bruċellożi bħala merħla uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi għandu jiġi sospiż.

5.    L-Iżvizzera għandha tapplika l-istess dispożizzjonijiet bħal dawk tal-Artikolu 107 (minbarra l-paragrafu 6) tar-Regolament (UE) 2019/6, flimkien mal-Artikolu 37(5) tiegħu dwar l-użu tal-prodotti mediċinali antimikrobiċi fl-annimali li jipproduċu l-ikel, f’konformità mal-leġiżlazzjoni tagħha elenkata fit-Taqsima A hawn fuq.

L-Iżvizzera ma tawtorizza la l-introduzzjoni fis-suq tal-prodotti mediċinali għall-annimali li jipproduċu l-ikel li fihom kwalunkwe wieħed mill-antimikrobiċi jew mill-gruppi ta’ antimikrobiċi elenkati fil-punti (2) jew (3) tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1255 11 lanqas l-użu tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem li fihom dawk l-antimikrobiċi jew il-gruppi ta’ antimikrobiċi fuq l-annimali li jipproduċu l-ikel.

Se jsiru diskussjonijiet fil-Kumitat Veterinarju Konġunt dwar l-emendi tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea msemmija hawn fuq li jeħtieġu l-adattament tad-dispożizzjonijiet Żvizzeri.

Għalhekk, sal-1 ta’ Lulju 2028, l-Iżvizzera ma għandhiex titqies bħala pajjiż terz għall-finijiet tal-Artikolu 118 tar-Regolament (UE) 2019/6.

Hija għandha tgħarraf minnufih lill-Kumitat Veterinarju Konġunt bi kwalunkwe bidla ulterjuri tal-leġiżlazzjoni tagħha dwar il-prodotti mediċinali antimikrobiċi għall-użu fl-annimali li jipproduċu l-ikel.

Dan il-paragrafu għandu jiġi rivedut mill-Kumitat Veterinarju Konġunt qabel l-1 ta’ Lulju 2028.

6.    Fil-każ ta’ bajd għat-tifqis mibgħut lejn l-Unjoni Ewropea, l-awtoritajiet Żvizzeri jintrabtu li jħarsu r-regoli tal-immarkar previsti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 617/2008 12 .

7.    Fil-każ tal'prodotti mibgħuta mill-Iżvizzera lejn il-Finlandja, l-Iżvezja jew id-Danimarka, l-awtoritajiet Żvizzeri jintrabtu li jagħtu l-garanziji previsti fid-dritt tal-Unjoni Ewropea b’rabta mas-salmonella.


II.    Annimali u prodotti tal-akkwakultura

A.    LEĠIŻLAZZJONI*

*    Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2025.

L-Unjoni Ewropea

L-Iżvizzera

1.    Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1–208) u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni bbażati fuq dan ir-Regolament adottati sal-31 ta’ Diċembru 2025;

2.    Għad-dispożizzjonijiet dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti biex jivverifikaw il-konformità mar-regoli tal-katina agroalimentari dwar il-kummerċ ta’ annimali u prodotti tal-akkwakultura bejn l-Iżvizzera u l-Unjoni Ewropea:
Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1–142).

3.    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2236 tas-16 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni u għall-movimenti fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ annimali akkwatiċi u ta’ ċerti prodotti li ġejjin mill-annimali akkwatiċi, taċ-ċertifikazzjoni uffiċjali rigward tali ċertifikati u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1251/2008 (ĠU L 442, 30.12.2020, p. 410);

4.    L-Artikolu 107 (minbarra l-paragrafu 6) tar-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar prodotti mediċinali veterinarji u li jħassar id-Direttiva 2001/82/KE (ĠU L 4, 7.1.2019, p. 43), flimkien mal-Artikolu 37(5) tiegħu.

1.    Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżootiku (DME; RS 916.401);

2.    Id-Digriet tat-18 ta’ Novembru 2015 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali mal-Istati Membri tal-UE, mal-Iżlanda, man-Norveġja u mal-Irlanda ta’ Fuq (OITE-UE; RS 916.443.11);

3.    Id-Digriet tad-DFI tat-18 ta’ Novembru 2015 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali mal-Istati Membri tal-UE, mal-Iżlanda, man-Norveġja u mal-Irlanda ta’ Fuq (OITE-UE-DFI; RS 916,443,111);

4.    Il-Liġi Federali tad-29 ta’ April 1998 dwar l-agrikoltura (LAgr; RS 910.1), u b’mod partikolari l-Artikolu 160 (Approvazzjoni obbligatorja);

5.    Il-Liġi Federali tal-15 ta’ Diċembru 2000 dwar il-prodotti mediċinali u l-apparat mediku (LPTh; RS 812.21);

6.    Id-Digriet tat-18 ta’ Awwissu 2004 dwar il-prodotti mediċinali veterinarji (OMédV; RS 812.212.27);

7.    Id-Direttivi tekniċi dwar l-użu profilattiku u metafilattiku tal-prodotti mediċinali li fihom l-aġenti antimikrobiċi fl-annimali li jipproduċu l-ikel, kif ippubblikati fil-31.5.2026.


B.    REGOLI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

1.    It-twettiq tal-kontrolli jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, f’konformità b’mod partikolari mal-Artikolu 116 tar-Regolament (UE) 2017/625 u mal-Artikolu 57 tal-Liġi dwar il-Mard Epiżootiku.

2.    L-annimali li jsir kummerċ fihom bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Iżvizzera huma soġġetti għall-istess kundizzjonijiet bħall-annimali li jsir kummerċ fihom bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Jekk ikun hemm bżonn, dawn l-annimali għandu jkollhom magħhom iċ-ċertifikati tas-saħħa previsti fil-każ tal-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u li jinsabu fis-sistema TRACES.

3.    Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, l-Iżvizzera hija rikonoxxuta bħala li tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fil-Kapitolu 4, il-Parti II tar-Regolament (UE) 2016/429, dawk fir-Regolament Delegat (UE) 2020/689 13 u fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 14 fir-rigward tal-mard elenkat fis-siti web tal-Kummissjoni “Surveillance, eradication programmes and disease-free status - Food Safety” u tal-Uffiċċju Federali tas-Sigurtà Alimentari u tal-Affarijiet Veterinarji, il-Programm Nazzjonali ta’ Sorveljanza.
Għall-mard li għalih l-Iżvizzera għad ma għandhiex l-approvazzjoni tal-istatus ta’ “ħelsien mill-mard”, l-Iżvizzera għandha tissottometti lill-Kumitat Veterinarju Konġunt l-informazzjoni meħtieġa għall-kriterji tal-għoti ta’ approvazzjoni previsti fir-Regolament (UE) 2016/429. Abbażi ta’ din l-informazzjoni, il-Kumitat Veterinarju Konġunt jaqbel li jaġġorna l-informazzjoni disponibbli fuq is-siti web imsemmija hawn fuq.

L-Uffiċċju Federali tas-Sigurtà Alimentari u tal-Affarijiet Veterinarji għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni b’kull bidla li jista’ jkun hemm fil-kundizzjonijiet li fuqhom ikun issejjes ir-rikonoxximent tal-istatus għal waħda mill-mard elenkati msemmija f’dan il-paragrafu. Il-Kumitat Veterinarju Konġunt għandu jeżamina din is-sitwazzjoni.

4.    L-Iżvizzera għandha tapplika l-istess dispożizzjonijiet bħal dawk tal-Artikolu 107 (minbarra l-paragrafu 6) tar-Regolament (UE) 2019/6, flimkien mal-Artikolu 37(5) tiegħu dwar l-użu tal-prodotti mediċinali antimikrobiċi fl-annimali li jipproduċu l-ikel, f’konformità mal-leġiżlazzjoni tagħha elenkata fit-Taqsima A hawn fuq.

L-Iżvizzera ma tawtorizza la l-introduzzjoni fis-suq tal-prodotti mediċinali għall-annimali li jipproduċu l-ikel li fihom kwalunkwe wieħed mill-antimikrobiċi jew mill-gruppi ta’ antimikrobiċi elenkati fil-punti (2) jew (3) tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1255 15 lanqas l-użu tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem li fihom dawk l-antimikrobiċi jew il-gruppi ta’ antimikrobiċi fuq l-annimali li jipproduċu l-ikel .

Se jsiru diskussjonijiet fil-Kumitat Veterinarju Konġunt dwar l-emendi tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea msemmija hawn fuq li jeħtieġu l-adattament tad-dispożizzjonijiet Żvizzeri.

Għalhekk, sal-1 ta’ Lulju 2028, l-Iżvizzera ma għandhiex titqies bħala pajjiż terz għall-finijiet tal-Artikolu 118 tar-Regolament (UE) 2019/6.

Hija għandha tgħarraf minnufih lill-Kumitat Veterinarju Konġunt bi kwalunkwe bidla ulterjuri tal-leġiżlazzjoni tagħha dwar il-prodotti mediċinali antimikrobiċi għall-użu fl-annimali li jipproduċu l-ikel.

Dan il-paragrafu għandu jiġi rivedut mill-Kumitat Veterinarju Konġunt qabel l-1 ta’ Lulju 2028.


III.    Prodotti ġerminali

A.    LEĠIŻLAZZJONI*

*    Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2025.

L-Unjoni Ewropea

L-Iżvizzera

1.    Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1–208) u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni bbażati fuq dan ir-Regolament adottati sal-31 ta’ Diċembru 2025.

2.    Għad-dispożizzjonijiet dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti biex jivverifikaw il-konformità mar-regoli tal-katina agroalimentari dwar il-kummerċ ta’ prodotti ġerminali bejn l-Iżvizzera u l-Unjoni Ewropea:
Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1–142).

3.    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/403 tat-18 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali u l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, għad-dħul fl-Unjoni u l-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali terrestri u tal-prodotti ġerminali tagħhom, iċ-ċertifikazzjoni uffiċjali fir-rigward ta’ tali ċertifikati u li jħassar id-Deċiżjoni 2010/470/UE (ĠU L 113, 31.3.2021, p. 1–935).

1.    Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżootiku (DME; RS 916.401), u b’mod partikolari l-Artikoli 51 sa 55a (l-inseminazzjoni artifiċjali) u 56 sa 58a (it-trasferiment tal-bajd u tal-embrijuni) tiegħu;

2.    Id-Digriet tat-18 ta’ Novembru 2015 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali mal-Istati Membri tal-UE, mal-Iżlanda, man-Norveġja u mal-Irlanda ta’ Fuq (OITE-UE; RS 916.443.11);

3.    Id-Digriet tad-DFI tat-18 ta’ Novembru 2015 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali mal-Istati Membri tal-UE, mal-Iżlanda, man-Norveġja u mal-Irlanda ta’ Fuq (OITE-UE-DFI; RS 916.443.111).

B.    REGOLI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

1.    It-twettiq tal-kontrolli jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, f’konformità b’mod partikolari mal-Artikolu 116 tar-Regolament (UE) 2017/625 u mal-Artikolu 57 tal-Liġi dwar il-Mard Epiżootiku.

2.    Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, l-Iżvizzera hija rikonoxxuta bħala li tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fil-Kapitolu 4, il-Parti II tar-Regolament (UE) 2016/429, dawk fir-Regolament Delegat (UE) 2020/689 16 u fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 17 fir-rigward tal-mard elenkat fis-siti web tal-Kummissjoni “Surveillance, eradication programmes and disease-free status - Food Safety” u tal-Uffiċċju Federali tas-Sigurtà Alimentari u tal-Affarijiet Veterinarji, il-Programm Nazzjonali ta’ Sorveljanza.
Għall-mard li għalih l-Iżvizzera għad ma għandhiex l-approvazzjoni tal-istatus ta’ “ħelsien mill-mard”, l-Iżvizzera għandha tissottometti lill-Kumitat Veterinarju Konġunt l-informazzjoni meħtieġa għall-kriterji tal-għoti ta’ approvazzjoni previsti fir-Regolament (UE) 2016/429. Abbażi ta’ din l-informazzjoni, il-Kumitat Veterinarju Konġunt jaqbel li jaġġorna l-informazzjoni disponibbli fuq is-siti web imsemmija hawn fuq.

L-Uffiċċju Federali tas-Sigurtà Alimentari u tal-Affarijiet Veterinarji għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni b’kull bidla li jista’ jkun hemm fil-kundizzjonijiet li fuqhom ikun issejjes ir-rikonoxximent tal-istatus għal waħda mill-mard elenkati msemmija f’dan il-paragrafu. Il-Kumitat Veterinarju Konġunt għandu jeżamina din is-sitwazzjoni.

3.    Fir-rigward tal-isperma tal-bovini, ta’ min jinnota li fl-Iżvizzera kull ċentru jinkludi biss l-annimali b’riżultat negattiv għat-test tas-seronewtralizzazzjoni jew għat-test ELISA għall-iskrinjar tar-rinotrakeite bovina infettiva jew tal-vulvovaġinite pustulari infettiva.

4.    Il-prodotti ġerminali li jsir kummerċ fihom bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Iżvizzera huma soġġetti għall-istess kundizzjonijiet bħall-prodotti ġerminali li jsir kummerċ fihom bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Jekk ikun hemm bżonn, dawn l-annimali għandu jkollhom magħhom iċ-ċertifikati tas-saħħa previsti fil-każ tal-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u li jinsabu fis-sistema TRACES.


IV.    Movimenti mhux kummerċjali tal-annimali tad-dar

A.    LEĠIŻLAZZJONI*

*    Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2025.

L-Unjoni Ewropea

L-Iżvizzera

1.    Ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 1);

2.    Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1–208) u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni bbażati fuq il-Parti VI ta’ dan ir-Regolament;

3.    Għad-dispożizzjonijiet dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti biex jivverifikaw il-konformità mar-regoli dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali tad-dar bejn l-Iżvizzera u l-Unjoni Ewropea:
Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1–142).

1.    Id-Digriet tat-28 ta’ Novembru 2014 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali tad-dar (OITE AC; RS 916.443.14);

2.    L-Artikolu 76b tad-Digriet tat-23 ta’ April 2008 dwar il-ħarsien tal-annimali (OPAn; RS 455.1).

B. REGOLI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

1.    Is-sistema ta’ mmarkar hija dik prevista fir-Regolament (UE) Nru 576/2013.

2.    Il-validità tat-tilqim kontra l-marda tar-rabbja, u tat-tilqim mill-ġdid, skont il-każ, hija ddefinita fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 576/2013.

3.    Għandu jintuża l-mudell tal-passaport previst fl-Anness III, il-Parti 3 tar-Regolament (UE) Nru 577/2013 18 . L-Anness III, il-Parti 4 tar-Regolament (UE) Nru 577/2013 jiddefinixxi r-rekwiżiti addizzjonali marbutin mal-passaport.

4.    Għall-finijiet ta’ dan l-Appendiċi, id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali tad-dar bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Iżvizzera. Il-kontrolli tad-dokumenti u l-kontrolli tal-identità li jridu jitwettqu b’rabta mal-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali tad-dar minn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea lejn l-Iżvizzera għandhom isiru skont ir-regoli mogħtija fl-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 576/2013.”.

ANNESS III

L-Appendiċi 3 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Appendiċi 3
Importazzjoni ta’ annimali ħajjin u tal-prodotti ġerminali tagħhom minn pajjiżi terzi

I.    L-UNJONI EWROPEA — LEĠIŻLAZZJONI*

*    Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2025.

1.    Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1–208) u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni bbażati fuq dan ir-Regolament adottati sal-31 ta’ Diċembru 2025.

2.    Ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 1).

3.    Id-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE tad-29 ta’April 1996 li tikkonċerna l-projbizzjoni tal-użu fl-istockfarming ta’ ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni ormonika u tyrostatika u ta’ beta-agonists u li tħassar id-Direttivi 81/602/KEE, 88/146/KEE u 88/299/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 3).

4.    Għad-dispożizzjonijiet dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti biex jivverifikaw il-konformità mar-regoli previsti f’din it-taqsima:

Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1–142).

5.    L-Artikolu 118 tar-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar prodotti mediċinali veterinarji u li jħassar id-Direttiva 2001/82/KE (ĠU L 4, 7.1.2019, p. 43).


II.    ŻVIZZERA — LEĠIŻLAZZJONI*

*    Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2025.

1.    Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżootiku (LME; RS 916.40).

2.    Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżootiku (DME; RS 916.401).

3.    Id-Digriet tat-18 ta’ Novembru 2015 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali ma’ pajjiżi terzi (OITE-PT; RS 916.443.10).

4.    Id-Digriet tad-DFI tat-18 ta’ Novembru 2015 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali ma’ pajjiżi terzi (OITE-PT-DFI; RS 916,443,106).

5.    Id-Digriet tat-28 ta’ Novembru 2014 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali tad-dar (OITE-AC; RS 916.443.14).

6.    Id-Digriet tat-18 ta’ Awwissu 2004 dwar il-prodotti mediċinali veterinarji (OMédV; RS 812.212.27).

7.    Id-Digriet tat-30 ta’ Ottubru 1985 dwar it-tariffi mitluba mill-Uffiċċju Federali tas-Sigurtà Alimentari u tal-Affarijiet Veterinarji (id-Digriet dwar it-tariffi tal-Uffiċċju Federali tas-Sigurtà Alimentari u tal-Affarijiet Veterinarji; RS 916.472).


III.    REGOLI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

1.    L-Uffiċċju Federali tas-Sigurtà Alimentari u tal-Affarijiet Veterinarji għandu japplika l-kundizzjonijiet tad-dħul stabbiliti fl-atti msemmijin fil-parti I ta’ dan l-Appendiċi, il-miżuri ta’ implimentazzjoni u l-listi tal-istabbilimenti li minnhom jistgħu jsiru l-importazzjonijiet, fl-istess ħin li jagħmlu dan l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Dan l-obbligu għandu japplika għall-atti rilevanti kollha, irrispettivament mid-data tal-adozzjoni tagħhom.

L-Uffiċċju Federali tas-Sigurtà Alimentari u tal-Affarijiet Veterinarji jista’ jadotta miżuri aktar stretti u jitlob garanziji addizzjonali. Il-Kumitat Veterinarju Konġunt se jwettaq konsultazzjonijiet sabiex jinstabu soluzzjonijiet adattati.

L-Uffiċċju Federali tas-Sigurtà Alimentari u tal-Affarijiet Veterinarji u l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għandhom jgħarrfu lil xulxin bil-kundizzjonijiet speċifiċi tal-importazzjoni li jkunu ġew stabbiliti b’mod bilaterali u li ma jkunux ġew armonizzati fil-livell tal-Unjoni Ewropea.

2.    Sal-1 ta’ Lulju 2028, l-Iżvizzera ma għandhiex titqies bħala pajjiż terz għall-finijiet tal-Artikolu 118 tar-Regolament (UE) 2019/6.

Dan il-paragrafu għandu jiġi rivedut mill-Kumitat Veterinarju Konġunt qabel l-1 ta’ Lulju 2028.”.

ANNESS IV

L-Appendiċi 5 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Appendiċi 5
Annimali ħajjin u prodotti ġerminali:
Kontrolli fil-fruntieri u ħlasijiet

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet ġenerali — Sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali

A.    LEĠIŻLAZZJONI*

*    Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2025.

L-Unjoni Ewropea

L-Iżvizzera

1.    Għad-dispożizzjonijiet dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti biex jivverifikaw il-konformità mar-regoli previsti f’dan il-kapitolu:
Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1–142).

2.    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715 tat-30 ta’ Settembru 2019 li jistabbilixxi r-regoli għat-tħaddim tas-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali u l-komponenti tas-sistema tagħha (ir-Regolament IMSOC) (ĠU L 261, 14.10.2019, p. 37–9).

1.    Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżootiku (LME; RS 916.40);

2.    Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżootiku (DME; RS 916.401);

3.    Id-Digriet tat-18 ta’ Novembru 2015 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali ma’ pajjiżi terzi (OITE-PT; RS 916.443.10);

4.    Id-Digriet tad-DFI tat-18 ta’ Novembru 2015 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali ma’ pajjiżi terzi (OITE-PT-DFI; RS 916,443,106);

5.    Id-Digriet tat-28 ta’ Novembru 2014 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali tad-dar (OITE-AC; RS 916.443.14).

B.    REGOLI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

1.    L-Iżvizzera hija integrata fis-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali u l-komponenti kollha tagħha, kif definit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715. L-Iżvizzera għandha taħtar punt ta’ kuntatt għal dan l-għan.
Jekk ikun hemm bżonn, jiġu definiti miżuri supplimentari fi ħdan il-Kumitat Veterinarju Konġunt.

2.    Il-Partijiet għandhom jipprovdu lil xulxin għajnuna amministrattiva reċiproka f’konformità mal-Artikoli 104 sa 107 tar-Regolament (UE) 2017/625 biex jiżguraw l-applikazzjoni xierqa ta’ dan l-Appendiċi. L-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tar-Regolament (UE) 2017/625 taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt.


KAPITOLU II

Kontrolli veterinarji u żootekniċi u kundizzjonijiet li japplikaw fil-każ tal-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Iżvizzera

A.    LEĠIŻLAZZJONI*

*    Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2025.

Il-kontrolli veterinarji u żootekniċi li japplikaw fil-każ tal-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Iżvizzera għandhom jitwettqu f’konformità mal-atti li ġejjin:

L-Unjoni Ewropea

L-Iżvizzera

1.    Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1–208) u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni bbażati fuq dan ir-Regolament adottati sal-31 ta’ Diċembru 2025;

2.    Għad-dispożizzjonijiet dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti biex jivverifikaw il-konformità mar-regoli previsti f’dan il-kapitolu:
Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta' regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1–142);

3.    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 tas-16 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali u mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, għad-dħul fl-Unjoni u l-movimenti fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti, ċertifikazzjoni uffiċjali dwar dawn iċ-ċertifikati u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 599/2004, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 636/2014 u (UE) 2019/628, id-Direttiva 98/68/KE u d-Deċiżjonijiet 2000/572/KE, 2003/779/KE u 2007/240/KE;

4.    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2236 tas-16 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni u għall-movimenti fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ annimali akkwatiċi u ta’ ċerti prodotti li ġejjin mill-annimali akkwatiċi, taċ-ċertifikazzjoni uffiċjali rigward tali ċertifikati u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1251/2008 (ĠU L 442, 30.12.2020, p. 410);

5.    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/403 tat-18 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali u l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, għad-dħul fl-Unjoni u l-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali terrestri u tal-prodotti ġerminali tagħhom, iċ-ċertifikazzjoni uffiċjali fir-rigward ta’ tali ċertifikati u li jħassar id-Deċiżjoni 2010/470/UE (ĠU L 113, 31.3.2021, p. 1–935).

1.    Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżootiku (LME; RS 916.40), u b’mod partikolari l-Artikolu 57 tagħha;

2.    Id-Digriet tat-18 ta’ Novembru 2015 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali mal-Istati Membri tal-UE, mal-Iżlanda, man-Norveġja u mal-Irlanda ta’ Fuq (OITE-UE; RS 916.443.11);

3.    Id-Digriet tad-DFI tat-18 ta’ Novembru 2015 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali mal-Istati Membri tal-UE, mal-Iżlanda, man-Norveġja u mal-Irlanda ta’ Fuq (OITE-UE-DFI; RS 916,443,111);

4.    Id-Digriet tat-28 ta’ Novembru 2014 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali tad-dar (OITE‑AC; RS 916.443.14);

5.    Id-Digriet tat-30 ta’ Ottubru 1985 dwar it-tariffi mitluba mill-Uffiċċju Federali tas-Sigurtà Alimentari u tal-Affarijiet Veterinarji (id-Digriet dwar it-tariffi tal-Uffiċċju Federali tas-Sigurtà Alimentari u tal-Affarijiet Veterinarji; RS 916.472).


B.    REGOLI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

Għall-kummerċ fl-annimali ħajjin u fil-prodotti ġerminali, u għar-ragħa tal-annimali fiż-żoni tal-fruntiera bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżvizzera, huma previsti ċ-ċertifikati tas-saħħa f’dan l-Appendiċi.

Fil-każijiet previsti fl-Artikoli 102 u 104 sa 107 tar-Regolament (UE) 2017/625, l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ destinazzjoni għandhom jikkuntattjaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ spedizzjoni. Huma għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa u jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti tal-post ta’ spedizzjoni u lill-Kummissjoni bit-tip ta’ kontrolli li twettqu, id-deċiżjonijiet meħuda u r-raġunijiet għal dawn id-deċiżjonijiet.

C.    REGOLI SPEĊIFIĊI TA’ IMPLIMENTAZZJONI
GĦALL-ANNIMALI MAĦSUBIN BIEX JINTBAGĦTU JIRGĦU
FIŻ-ŻONI TAL-FRUNTIERA

1.    Definizzjonijiet

Ragħa fiż-żoni tal-fruntiera: meta l-annimali jintbagħtu lejn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew lejn l-Iżvizzera sabiex jirgħu mal-fruntiera f’żona ta’ 10 km fuq kull naħa tal-fruntiera. Jekk ikun hemm kundizzjonijiet speċjali ġġustifikati kif xieraq, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu jawtorizzaw żona ikbar fuq naħa jew oħra tal-fruntiera bejn l-Iżvizzera u l-Unjoni Ewropea.

Ragħa ta’ kuljum: ragħa li matulu, fi tmiem il-jum, l-annimali jerġgħu lura fl-azjenda ta’ oriġini tagħhom fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew fl-Iżvizzera.

2.    Il-kundizzjonijiet għall-movimenti transfruntiera tal-annimali previsti fir-Regolament (UE) 2016/429, fir-Regolament Delegat (UE) 2020/688 u fir-Regolament Delegat (UE) 2019/2035 japplikaw għar-ragħa fiż-żoni tal-fruntiera bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Iżvizzera. id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 139 tar-Regolament (UE) 2016/429 japplikaw mutatis mutandis.



3.    B’applikazzjoni tad-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżootiku (DME; RS 916.401), u b’mod partikolari tal-Artikolu 7 (ir-reġistrazzjoni) tiegħu u tad-Digriet tat-3 ta’ Novembru 2021 dwar Identitas SA u l-bażi tad-data dwar it-traffikar tal-annimali (OId-BDTA; RS 916.404.1), u b’mod partikolari t-taqsima 2 (il-kontenut tal-bażi tad-data) tiegħu, l-Iżvizzera għandha tassenja lil kull mergħa kodiċi ta’ reġistrazzjoni speċifiku li għandu jiġi rreġistrat fil-bażi tad-data nazzjonali tal-bovini.

4.    Fil-każ tar-ragħa bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Iżvizzera, il-veterinarju uffiċjali tal-pajjiż minn fejn ikunu qed jintbagħtu l-annimali għandu jagħmel dan li ġej:

a)    fid-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat u mhux aktar tard minn 24 siegħa qabel id-data prevista tal-wasla tal-annimali, permezz tas-sistema kompjuterizzata ta’ kollegament bejn l-awtoritajiet veterinarji prevista fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1715, jinforma lill-awtorità kompetenti tal-post ta’ destinazzjoni (l-unità veterinarja lokali) dwar l-ispedizzjoni tal-annimali;

b)    joħroġ ċertifikat f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403.

5.    L-annimali jridu jibqgħu taħt kontroll doganali tul il-perjodu kollu tar-ragħa.

6.    L-indokratur tal-annimali għandu:

a)    jaċċetta li jikkonforma, permezz ta’ dikjarazzjoni bil-miktub, mal-miżuri kollha meħudin biex jiġu applikati d-dispożizzjonijiet previsti f'dan l-Anness u ma’ kull miżura oħra li tista’ tiġi implimentata fil-livell lokali bl-istess mod bħal kull indokratur tal-annimali ieħor li jkun ġej minn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew mill-Iżvizzera;

b)    iħallas l-ispejjeż tal-kontrolli meħtieġa skont dan l-Anness;

c)    jikkollabora bis-sħiħ biex isiru l-kontrolli doganali jew veterinarji rikjesti mill-awtoritajiet uffiċjali tal-pajjiż ta’ spedizzjoni jew il-pajjiż ta’ destinazzjoni.

7.    Meta l-annimali jirritornaw fi tmiem l-istaġun tar-ragħa jew jirritornaw qabel il-waqt, il-veterinarju uffiċjali tal-pajjiż fejn tkun tinsab il-mergħa għandu jagħmel dan li ġej:

a)    fid-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat u mhux aktar tard minn 24 siegħa qabel id-data prevista tal-wasla tal-annimali, permezz tas-sistema kompjuterizzata ta’ kollegament bejn l-awtoritajiet veterinarji prevista fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1715, jinforma lill-awtorità kompetenti tal-post ta’ destinazzjoni (l-unità veterinarja lokali) dwar l-ispedizzjoni tal-annimali;

b)    joħroġ ċertifikat f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403.

8.    F’każ ta’ tifqigħa ta’ xi marda, l-awtoritajiet veterinarji kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri adegwati permezz ta’ ftehim reċiproku. Huma għandhom jeżaminaw il-kwistjoni ta’ kwalunkwe spiża li jista’ jkun hemm b’rabta ma’ dan. Jekk ikun hemm bżonn, il-kwistjoni għandha tintbagħat lill-Kumitat Veterinarju Konġunt biex dan jiddiskutiha.

9.    B’deroga mid-dispożizzjonijiet previsti għar-ragħa fil-punti 1 sa 8, fil-każ tar-ragħa ta’ kuljum bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Iżvizzera:

a)    l-annimali ma għandhomx jiġu f’kuntatt ma’ annimali ta’ xi razzett ieħor;

b)    l-indokraturi ta’ dawn l-annimali għandhom jintrabtu li jinformaw lill-awtorità veterinarja kompetenti dwar kull kuntatt bejn l-annimali tagħhom u annimali ta’ razzett ieħor;

c)    iċ-ċertifikat tas-saħħa jrid jiġi ppreżentat lill-awtoritajiet veterinarji kompetenti kull sena kalendarja meta l-annimali jiddaħħlu għall-ewwel darba fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew fl-Iżvizzera. Wieħed irid ikun jista’ jippreżenta dan iċ-ċertifikat tas-saħħa lill-awtoritajiet veterinarji kompetenti jekk dawn jitolbuh;

d)    il-punti 2 u 4 għandhom japplikaw biss għall-ewwel darba f’sena kalendarja meta l-annimali jintbagħtu lejn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew lejn l-Iżvizzera;

e)    il-punt 7 ma għandux japplika;

f)    l-indokraturi tal-annimali jintrabtu li jinformaw lill-awtoritajiet veterinarji kompetenti bit-tmien tal-perjodu tar-ragħa.



KAPITOLU III

Kontrolli veterinarji li japplikaw fil-każ tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

A.    LEĠIŻLAZZJONI*

*    Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2025.

Il-kontrolli marbutin mal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għandhom jitwettqu f’konformità mal-atti li ġejjin:

L-Unjoni Ewropea

L-Iżvizzera

1.    Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1–208) u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni bbażati fuq dan ir-Regolament adottati sal-31 ta’ Diċembru 2025;

2.    Għad-dispożizzjonijiet dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti biex jivverifikaw il-konformità mar-regoli previsti f’dan il-kapitolu:
Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1–142).

3.    Id-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE tad-29 ta’April 1996 li tikkonċerna l-projbizzjoni tal-użu fl-istockfarming ta’ ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni ormonika u tyrostatika u ta’ beta-agonists u li tħassar id-Direttivi 81/602/KEE, 88/146/KEE u 88/299/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 3);

4.    L-Artikolu 118 tar-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar prodotti mediċinali veterinarji u li jħassar id-Direttiva 2001/82/KE (ĠU L 4, 7.1.2019, p. 43).

1.    Id-Digriet tat-18 ta’ Novembru 2015 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali ma’ pajjiżi terzi (OITE-PT; RS 916.443.10);

2.    Id-Digriet tad-DFI tat-18 ta’ Novembru 2015 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali ma’ pajjiżi terzi (OITE-PT-DFI; RS 916,443,106);

3.    Id-Digriet tat-28 ta’ Novembru 2014 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali tad-dar (OITE‑AC; RS 916.443.14);

4.    Id-Digriet tat-30 ta’ Ottubru 1985 dwar it-tariffi mitluba mill-Uffiċċju Federali tas-Sigurtà Alimentari u tal-Affarijiet Veterinarji (id-Digriet dwar it-tariffi tal-Uffiċċju Federali tas-Sigurtà Alimentari u tal-Affarijiet Veterinarji; RS 916.472);

5.    Id-Digriet tat-18 ta’ Awwissu 2004 dwar il-prodotti mediċinali veterinarji (OMédV; RS 812.212.27).


B.    REGOLI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

1.    Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikoli 59 u 60 tar-Regolament (UE) 2017/625, il-listi tal-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għall-verifiki veterinarji fuq annimali ħajjin għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea.

2.    Għall-finijiet tal-Artikoli 59 u 60 tar-Regolament (UE) 2017/625, il-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-Iżvizzera huma dawn li ġejjin:

Isem

Kodiċi tas-sistema TRACES

Tip ta’ approvazzjoni

L-ajruport ta’ Zurich

CHZRH4

LA-O*

L-ajruport ta’ Ġinevra

CHGVA4

LA-O*

*    B’referenza għall-kategoriji tal-approvazzjoni definiti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1014 tat-12 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi regoli ddettaljati dwar rekwiżiti minimi għall-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, inklużi ċ-ċentri ta’ spezzjoni, u għall-format, il-kategoriji u l-abbrevjazzjonijiet li għandhom jintużaw għall-elenkar ta’ postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera u tal-punti ta’ kontroll (ĠU L 165, 21.6.2019, p. 10–22).

L-emendi ulterjuri tal-lista tal-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri, taċ-ċentri ta’ spezzjoni tagħhom u tat-tip ta’ awtorizzazzjoni tagħhom jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt.

3.    It-twettiq tal-kontrolli jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, f’konformità b’mod partikolari mal-Artikolu 116 tar-Regolament (UE) 2017/625 u mal-Artikolu 57 tal-Liġi dwar il-Mard Epiżootiku.



4.    L-Uffiċċju Federali tas-Sigurtà Alimentari u tal-Affarijiet Veterinarji għandu japplika l-kundizzjonijiet tad-dħul msemmijin fl-Appendiċi 3 ta’ dan l-Anness kif ukoll il-miżuri ta’ implimentazzjoni, fl-istess ħin li jagħmlu dan l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

L-Uffiċċju Federali tas-Sigurtà Alimentari u tal-Affarijiet Veterinarji jista’ jadotta miżuri aktar stretti u jitlob garanziji addizzjonali. Il-Kumitat Veterinarju Konġunt se jwettaq konsultazzjonijiet sabiex jinstabu soluzzjonijiet adattati.

L-Uffiċċju Federali tas-Sigurtà Alimentari u tal-Affarijiet Veterinarji u l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għandhom jgħarrfu lil xulxin bil-kundizzjonijiet speċifiċi tal-importazzjoni li jkunu ġew stabbiliti b’mod bilaterali u li ma jkunux ġew armonizzati fil-livell tal-Unjoni Ewropea.

5.    Il-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea msemmijin fil-punt 1 ta’ din it-Taqsima għandhom iwettqu l-kontrolli fuq l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi li jkunu maħsubin biex jintbagħtu lejn l-Iżvizzera f’konformità mat-Taqsima A ta’ dan il-Kapitolu.

6.    Il-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-Iżvizzera msemmijin fil-punt 2 għandhom iwettqu l-kontrolli fuq l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi li jkunu maħsubin biex jintbagħtu lejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea skont it-Taqsima A ta’ dan il-Kapitolu.

7.    Sal-1 ta’ Lulju 2028, l-Iżvizzera ma għandhiex titqies bħala pajjiż terz għall-finijiet tal-Artikolu 118 tar-Regolament (UE) 2019/6.

Dan il-paragrafu għandu jiġi rivedut mill-Kumitat Veterinarju Konġunt qabel l-1 ta’ Lulju 2028.”.



KAPITOLU IV

Dispożizzjonijiet speċifiċi

1.    IDENTIFIKAZZJONI TAL-BHEJJEM

A.    LEĠIŻLAZZJONI*

*    Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2025.

Il-kontrolli marbutin mal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għandhom jitwettqu f’konformità mal-atti li ġejjin:

L-Unjoni Ewropea

L-Iżvizzera

1.    Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1–208) u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni bbażati fuq dan ir-Regolament adottati sal-31 ta’ Diċembru 2025;

2.    Għad-dispożizzjonijiet dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti biex jivverifikaw il-konformità mar-regoli previsti f’din it-taqsima:
Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1–142).

1.    Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżootiku (DME; RS 916.401), u b’mod partikolari l-Artikoli 7 sa 15f (ir-reġistrazzjoni u l-identifikazzjoni) tiegħu;

2.    Id-Digriet tat-3 ta’ Novembru 2021 dwar Identitas SA u l-bażi tad-data dwar it-traffikar tal-annimali (OId-BDTA; RS 916.404.1).



2.    ĦARSIEN TAL-ANNIMALI

A.    LEĠIŻLAZZJONI*

*    Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2025.

L-Unjoni Ewropea

L-Iżvizzera

1.    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97 (ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1);

2.    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1255/97 tal-25 ta’ Ġunju 1997 dwar kriterji tal-Komunità għal postijiet ta’ kontroll u li jemenda l-pjan ta’ rotta msemmi fl-Anness tad-Direttiva 91/628/KEE (ĠU L 174, 2.7.1997, p. 1);

3.    Għad-dispożizzjonijiet dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti biex jivverifikaw il-konformità mar-regoli previsti f’din it-taqsima:
Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1–142).

1.    Il-Liġi Federali tas-16 ta’ Diċembru 2005 dwar il-ħarsien tal-annimali (LPA; RS 455), u b’mod partikolari l-Artikoli 15 u 15a (il-prinċipji u t-trasport internazzjonali tal-annimali) tagħha;

2.    Id-Digriet tat-23 ta’ April 2008 dwar il-ħarsien tal-annimali (OPAn; RS 455.1), u b’mod partikolari l-Artikoli 169 sa 176 (it-trasport internazzjonali tal-annimali) tiegħu.

B.    REGOLI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

a)    L-awtoritajiet Żvizzeri jintrabtu li jħarsu d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 fil-każ tal-kummerċ bejn l-Iżvizzera u l-Unjoni Ewropea u fil-każ tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi.

b)    It-twettiq tal-kontrolli huwa r-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, f’konformità b’mod partikolari mal-Artikolu 116 tar-Regolament (UE) 2017/625 u mal-Artikolu 208 tad-Digriet tat-23 ta’ April 2008 dwar il-ħarsien tal-annimali (OPAn; RS 455.1).

c)    Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15a, l-inċiż 3 tal-Liġi Federali tas-16 ta’ Diċembru 2005 dwar il-ħarsien tal-annimali (LPA; RS 455), it-tranżitu mill-Iżvizzera ta’ bovini, nagħaġ, mogħoż u ħnieżer, ta’ żwiemel għall-iskarnar u ta’ pollam għall-iskarnar huwa permess biss bil-ferrovija jew bl-ajruplan. Il-Kumitat Veterinarju Konġunt se jeżamina din il-kwistjoni.


3.    ĦLASIJIET

1.    Ma jsir l-ebda ħlas għall-kontrolli veterinarji li jsiru fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Iżvizzera.

2.    L-awtoritajiet Żvizzeri jintrabtu li jiġbru l-ħlas marbut mal-kontrolli uffiċjali previsti bir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-kontrolli veterinarji tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi.”.

ANNESS V

L-Appendiċi 6 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Appendiċi 6
Prodotti tal-annimali

KAPITOLU I

Setturi fejn ir-rikonoxximent ekwivalenti huwa reċiproku

“Prodotti tal-annimali maħsubin għall-konsum mill-bniedem”

Id-definizzjonijiet mogħtija fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 għandhom japplikaw mutatis mutandis.


Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2025.

Esportazzjonijiet mill-Unjoni Ewropea lejn l-Iżvizzera u esportazzjonijiet mill-Iżvizzera lejn l-Unjoni Ewropea

Kundizzjonijiet kummerċjali

Ekwivalenza

L-Unjoni Ewropea

L-Iżvizzera

Saħħa tal-annimali

1. Laħam frisk, fost l-oħrajn l-ikkapuljat, il-preparati tal-laħam, il-prodotti tal-laħam, il-grass mhux ipproċessat u l-grass tal-annimali mdewweb

Annimali ungulati domestiċi

Solipedi domestiċi

Ir-Regolament (UE) 2016/429

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001

Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżootiku (LME; RS 916.40)

Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżootiku (DME; RS 916.401)

Iva1

2. Laħam ta’ kaċċa mrobbija, preparati tal-laħam, prodotti tal-laħam

Mammiferi terresti mrobbija ħlief għal dawk imsemmija hawn fuq

Ir-Regolament (UE) 2016/429

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001

Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżootiku (LME; RS 916.40)

Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżootiku (DME; RS 916.401)

Iva

Ratiti mrobbija

Lagomorfi

Ir-Regolament (UE) 2016/429

Iva

3. Laħam tal-kaċċa selvaġġa, preparati tal-laħam u prodotti tal-laħam

Annimali ungulati slavaġ

Lagomorfi

Mammiferi terrestri oħrajn

Għasafar tal-kaċċa selvaġġa

Ir-Regolament (UE) 2016/429

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001

Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżootiku (LME; RS 916.40)

Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżootiku (DME; RS 916.401)

Iva

4. Laħam frisk tal-pollam, preparati tal-laħam, prodotti tal-laħam, grass u grass tal-annimali mdewweb

Pollam

Ir-Regolament (UE) 2016/429

Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżootiku (LME; RS 916.40)

Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżootiku (DME; RS 916.401)

Iva

5. L-istonkijiet, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren

Annimali bovini

Annimali ovini u kaprini

Annimali porċini

Ir-Regolament (UE) 2016/429
Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001

Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżootiku (LME; RS 916.40)

Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżootiku (DME; RS 916.401)

Iva1

6. Għadam u prodotti tal-għadam

Annimali ungulati domestiċi

Solipedi domestiċi

Mammiferi terrestri oħrajn imrobbija jew slavaġ

Pollam, ratiti u għasafar tal-kaċċa selvaġġa

Ir-Regolament (UE) 2016/429
Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001

Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżootiku (LME; RS 916.40)

Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżootiku (DME; RS 916.401)

Iva1

7. Proteini tal-annimali pproċessati, demm u prodotti tad-demm

Annimali ungulati domestiċi

Solipedi domestiċi

Mammiferi terrestri oħrajn imrobbija jew slavaġ

Pollam, ratiti u għasafar tal-kaċċa 
selvaġġa

Ir-Regolament (UE) 2016/429
Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001

Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżootiku (LME; RS 916.40)

Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżootiku (DME; RS 916.401)

Iva1

8. Ġelatina u kollaġen

Ir-Regolament (UE) 2016/429
Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001

Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżootiku (LME; RS 916.40)

Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżootiku (DME; RS 916.401)

Iva1

9. Ħalib u prodotti tal-ħalib

Ir-Regolament (UE) 2016/429

Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżootiku (LME; RS 916.40)

Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżootiku (DME; RS 916.401)

Iva

10. Bajd u prodotti tal-bajd

Ir-Regolament (UE) 2016/429

Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżootiku (LME; RS 916.40)

Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżootiku (DME; RS 916.401)

Iva

11. Prodotti tas-sajd, molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi tal-baħar

Ir-Regolament (UE) 2016/429

Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżootiku (LME; RS 916.40)

Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżootiku (DME; RS 916.401)

Iva

12. Għasel

Ir-Regolament (UE) 2016/429

Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżootiku (LME; RS 916.40)

Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżootiku (DME; RS 916.401)

Iva

13. Bebbux u saqajn taż-żrinġijiet

Ir-Regolament (UE) 2016/429

Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżootiku (LME; RS 916.40)

Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżootiku (DME; RS 916.401)

Iva

1    Il-Kumitat Veterinarju Konġunt jista’ jirrikunsidra l-kwistjoni tar-rikonoxximent tas-similarità tal-liġijiet fil-qasam tas-sorveljanza tat-TSE li tinxteredu fost in-nagħaġ u l-mogħoż.

Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2025.

Esportazzjonijiet mill-Unjoni Ewropea lejn l-Iżvizzera u esportazzjonijiet mill-Iżvizzera lejn l-Unjoni Ewropea

Kundizzjonijiet kummerċjali

Ekwivalenza

L-Unjoni Ewropea

L-Iżvizzera

Saħħa pubblika

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1).

Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1).

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).

Għad-dispożizzjonijiet dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti biex jivverifikaw il-konformità mar-regoli tal-katina agroalimentari dwar il-prodotti tal-annimali:

Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1–142).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta’ Novembru 2005 dwar il-kriterji mikrobijoloġiċi għall-oġġetti tal-ikel (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1).

Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżootiku (DME; RS 916.401).

Id-Digriet tat-23 ta’ Novembru 2005 dwar il-produzzjoni primarja (OPPr; RS 916.020).

Id-Digriet tad-DEFR tat-23 ta’ Novembru 2005 dwar l-iġjene fil-produzzjoni primarja (OHyPPr; RS 916.020.1).

Id-Digriet tad-DFI tat-23 ta’ Novembru 2005 dwar l-iġjene waqt l-iskarnar tal-annimali (OHyAb; RS 817.190.1).

Id-Digriet tat-23 ta’ Novembru 2005 dwar l-iġjene fil-produzzjoni tal-ħalib (OHyPL; RS 916.351.021.1)

Id-Digriet tat-23 ta’ April 2008 dwar il-ħarsien tal-annimali (OPAn; RS 455.1).

Id-Digriet tal--20 ta’ Ottubru 2010 dwar il-kontroll tal-ħalib (OCL; RS 916.351.0).

Id-Digriet tas-16 ta’ Novembru 2011 dwar it-taħriġ bażiku, it-taħriġ li jwassal għal kwalifiki u t-taħriġ kontinwu tal-persuni li jaħdmu fis-servizz veterinarju pubbliku (RS 916.402).

Il-Liġi Federali tal-20 ta’ Ġunju 2014 dwar l-oġġetti tal-ikel u l-oġġetti li jintużaw kuljum (il-Liġi dwar l-oġġetti tal-ikel, LDAl; RS 817.0).

Id-Digriet tas-16 ta’ Diċembru 2016 dwar l-iskarnar tal-annimali u l-kontroll tal-laħam (OAbCV; RS 817.190).

Id-Digriet tas-16 ta’ Diċembru 2016 dwar l-oġġetti tal-ikel u l-oġġetti li jintużaw kuljum (ODAlOUs; RS 817.02).

Id-Digriet tad-DFI tas-16 ta’ Diċembru 2016 dwar l-iġjene f’attivitajiet relatati mal-oġġetti tal-ikel (id-Digriet tad-DFI dwar l-Iġjene, OHyG; RS 817.024.1).

Id-Digriet tad-DFI tas-16 ta’ Diċembru 2016 dwar l-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (ODAlAn; RS 817,022,108).

Id-Digriet tas-27 ta’ Mejju 2020 dwar l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-oġġetti tal-ikel (OELDAl; RS 817.042).

Iva, b’kundizzjonijiet speċjali

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005 tal-5 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni għal ċerti prodotti taħt ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali taħt ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 27).

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1375 tal-10 ta’ Awwissu 2015 li jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar kontrolli uffiċjali għat-Trichinella fil-laħam (ĠU L 212, 11.8.2015, p. 7).

Ħarsien tal-annimali

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1099/2009 tal-24 ta’ Settembru 2009 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla (ĠU L 303, 18.11.2009, p. 1).

Il-Liġi Federali tas-16 ta’ Diċembru 2005 dwar il-ħarsien tal-annimali (LPA; RS 455).

Id-Digriet tat-23 ta’ April 2008 dwar il-ħarsien tal-annimali (OPAn; RS 455.1).

Id-Digriet tal-Uffiċċju Federali tas-Sigurtà Alimentari u tal-Affarijiet Veterinarji tat-8 ta’ Novembru 2021 dwar il-ħarsien tal-annimali waqt l-iskarnar (OPAnAb; RS 455.110.2).

Id-Digriet tas-16 ta’ Diċembru 2016 dwar l-iskarnar tal-annimali u l-kontroll tal-laħam (OAbCV; RS 817.190).

Iva, b’kundizzjonijiet speċjali

___________________

   

Regoli ta’ implimentazzjoni u kundizzjonijiet speċjali

1)    L-Iżvizzera hija integrata fis-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali u l-komponenti kollha tagħha, kif definit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715. L-Iżvizzera għandha taħtar punt ta’ kuntatt għal dan l-għan.

2)    Il-prodotti tal-annimali maħsubin għall-konsum mill-bniedem li jsir kummerċ fihom bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Iżvizzera għandhom jiċċirkolaw bl-istess kundizzjonijiet bħall-prodotti tal-annimali maħsubin għall-konsum mill-bniedem li jsir kummerċ fihom bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, anki f’dak li għandu x’jaqsam mal-ħarsien tal-annimali fil-mument tal-iskarnar. Jekk ikun hemm bżonn, dawn il-prodotti għandu jkollhom magħhom iċ-ċertifikati tas-saħħa previsti fil-każ tal-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jew iddefiniti f’dan l-Anness u li jinsabu fis-sistema TRACES.

3)    L-Iżvizzera tħejji l-lista tal-istabbilimenti approvati tagħha, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 45 (ir-reġistrazzjoni/l-approvazzjoni ta’ stabbilimenti) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/1715.

4)    Fil-każ tal-importazzjonijiet tagħha, l-Iżvizzera għandha tapplika l-istess dispożizzjonijiet bħal dawk li japplikaw fil-livell tal-Unjoni.

5)    L-awtoritajiet tal-Iżvizzera jintrabtu biex il-karkassi u l-laħam tal-ħnieżer domestiċi li jitqiegħdu fis-suq fl-Unjoni Ewropea jiġu dejjem suġġetti għall-analiżi tat-Trichinella.

6)    Il-metodi ta’ detezzjoni deskritti fil-Kapitoli I u II tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/1375 jintużaw fl-Iżvizzera għat-testijiet maħsuba għad-detezzjoni tat-Trichinella.


7)    Skont l-Artikolu 8 (il-paragrafi 1(a) u 3) tad-Digriet tad-DFI tat-23 ta’ Novembru 2005 dwar l-iġjene waqt l-iskarnar tal-annimali (OHyAb; RS 817.190.1) u l-Artikolu 10(8) tad-Digriet tad-DFI tas-16 ta’ Diċembru 2016 dwar l-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (ODAlAn; RS 817.022.108), il-karkassi u l-laħam tal-ħnieżer domestiċi maħsubin għat-tismin u għall-qatla, kif ukoll il-preparati tal-laħam, il-prodotti tal-laħam u l-prodotti pproċessati derivati tagħhom li mhumiex maħsuba għas-suq tal-Unjoni Eworpea għandhom ikunu mmarkati b’marka speċjali tas-saħħa skont il-mudell speċifikat fl-aħħar inċiż tal-Anness 9 tal-Ordinanza tad-DFI tat-23 ta’ Novembru 2005 dwar l-iġjene waqt l-iskarnar tal-annimali (OHyAb; RS 817.190.1).

Dawn il-prodotti ma jistax isir kummerċ bihom mal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10 tad-Digriet tad-DFI tas-16 ta’ Diċembru 2016.

8)    Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2 tad-Digriet tad-DFI tas-16 ta’ Diċembru 2016 dwar l-iġjene f’attivitajiet relatati mal-oġġetti tal-ikel (id-Digriet tad-DFI dwar l-Iġjene, OHyg; RS 817.024.1), f’każijiet partikolari, l-awtoritajiet kompetenti tal-Iżvizzera jistgħu jippermettu li jkun hemm xi eċċezzjonijiet għall-Artikoli 8, 10 u 14 ta’ dan id-Digriet:

a)    sabiex jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-istabbilimenti li jkunu jinsabu f’reġjuni muntanjużi skont il-Liġi Federali tas-6 ta’ Ottubru 2006 dwar il-politika reġjonali (RS 901.0) u d-Digriet tat-28 ta’ Novembru 2007 dwar il-politika reġjonali (OPR; RS 901.021).

L-awtoritajiet kompetenti tal-Iżvizzera jintrabtu li jinnotifikaw bil-miktub lill-Kummissjoni b’dawn il-modifiki. Din in-notifika għandha:

tiddeskrivi fid-dettall id-dispożizzjonijiet li l-awtoritajiet Żvizzeri jqisu li hemm bżonn li jiġu adattati u tindika n-natura tal-adattament fil-mira;

tiddeskrivi l-oġġetti tal-ikel u l-istabbilimenti kkonċernati;

tispjega r-raġunijiet għall-adattament (fost l-oħrajn, fejn ikun xieraq, billi tagħti deskrizzjoni fil-qosor tal-analiżi tar-riskji li tkun saret u billi tiddeskrivi kull miżura li trid tittieħed sabiex ikun żgurat li l-adattament ma jagħmilx ħsara lill-għanijiet tad-Digriet tad-DFI tas-16 ta’ Diċembru 2016 dwar l-iġjene fl-attivitajiet marbuta mal-oġġetti tal-ikel (id-Digriet tad-DFI dwarl-iġjene, OHyg; RS 817.024.1);

tagħti kull informazzjoni rilevanti oħra.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għandu jkollhom perjodu ta’ 3 xhur minn meta tasal in-notifika biex jibagħtu l-kummenti tagħhom dwarha bil-miktub. Jekk ikun hemm bżonn, għandu jitlaqqa’ l-Kumitat Veterinarju Konġunt;

b)    sabiex jiġu prodotti oġġetti tal-ikel b’karatteristiċi tradizzjonali.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Iżvizzera jintrabtu li jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-miktub b’dawn l-adattamenti sa mhux aktar tard minn 12-il xahar minn meta jingħataw dawn id-derogi individwali jew ġenerali. Din in-notifika għandha:

tipprovdi deskrizzjoni qasira tad-dispożizzjonijiet li ġew adattati;

tiddeskrivi l-oġġetti tal-ikel u l-istabbilimenti kkonċernati; u

tagħti kull informazzjoni rilevanti oħra.

9)    Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Iżvizzera bid-derogi u l-adattamenti li jiġu applikati fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004, l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 2074/2005.

10)    Il-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għar-residwi tal-prodotti mediċinali veterinarji u tal-kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea f’konformità mal-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) 2017/625.
L-Iżvizzera se tħallas l-ispejjeż li hija responsabbli għalihom għall-attivitajiet li jirriżultaw minn dawn il-ħatriet. Il-funzjonijiet u l-kompiti ta’ dawn il-laboratorji huma dawk previsti fl-Artikolu 94 tar-Regolament (UE) 2017/625.

Il-lista tal-laboratorji nazzjonali ta’ referenza għall-Iżvizzera hija ppubblikata fuq is-sit web tal-Uffiċċju Federali tas-Sigurtà Alimentari u tal-Affarijiet Veterinarji.

11)    Sakemm jiġi rrikonoxxut l-allinjament tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea ma’ dik Żvizzera, l-Iżvizzera tintrabat li tħares l-atti msemmijin hawn taħt u t-testi ta’ implimentazzjoni tagħhom f’dak li għandu x’jaqsam mal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni Ewropea:

1.    Ir-Regolament (KEE) Nru 315/93 tal-Kunsill, tat-8 ta’ Frar 1993, li jistabblixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1);

2.    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 tal-1 ta’ Ottubru 2012 li jadotta l-lista ta’ sustanzi aromatizzanti stipulati bir-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jintroduċiha fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1565/2000 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/217/KE (ĠU L 267, 2.10.2012, p. 1);

3.    Id-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE tad-29 ta’ April 1996 li tikkonċerna l-projbizzjoni tal-użu fl-istockfarming ta’ ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni ormonika u tyrostatika u ta’ β-agonists u li tħassar id-Direttivi 81/602/KEE, 88/146/KEE u 88/299/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 3);

4.    Id-Direttiva 1999/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw ikel u ingredjenti tal-ikel trattati b’radjazzjoni li tijonizza (ĠU L 66, 13.3.1999, p. 16);

5.    Id-Direttiva 1999/3/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 1999 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ ikel u ta’ ingredjenti tal-ikel ittrattati bir-radjazzjoni jonizzanti (ĠU L 66, 13.3.1999, p. 24);

6.    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/840/KE tat-23 ta’ Ottubru 2002 li tadotta l-lista ta’ faċilitajiet approvati f’pajjiżi terzi għat-tneħħija ta’ radjazzjoni minn fuq l-ikel (ĠU L 287, 25.10.2002, p. 40);

7.    Ir-Regolament (KE) Nru 2065/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Novembru 2003 dwar it-taħwir bl-affumikazzjoni użat jew intiż għall-użu fi jew fuq l-ikel (ĠU L 309, 26.11.2003, p. 1);

8.    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/915 tal-25 ta’ April 2023 dwar il-livelli massimi għal ċerti kontaminanti fl-ikel u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 (ĠU L 119, 5.5.2023, p. 103–157)

9.    Ir-Regolament (KE) Nru 1332/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-enzimi tal-ikel u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, id-Direttiva 2000/13/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE u r-Regolament (KE) Nru 258/97, ĠU L 354, 31.12.2008, p. 7);

10.    Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16);

11.    Ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34).

12.    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 tad-9 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1);

13.    Id-Direttiva 2009/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward is-solventi tal-estrazzjoni użati fil-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel u l-ingredjenti tal-ikel (ĠU L 141, 6.6.2009, p. 3);

14.    Ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta’ limiti ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11).

12)    L-Iżvizzera għandha tapplika l-istess dispożizzjonijiet bħal dawk tal-Artikolu 107 (minbarra l-paragrafu 6) tar-Regolament (UE) 2019/6, flimkien mal-Artikolu 37(5) tiegħu dwar l-użu tal-prodotti mediċinali antimikrobiċi fl-annimali li jipproduċu l-ikel, f’konformità mal-leġiżlazzjoni tagħha elenkata fit-Taqsimiet I, Annimali terresti u II, Annimali u prodotti tal-akkwakultura tal-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness.

Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet previsti fiż-żewġ taqsimiet ta’ hawn fuq, sal-1 ta’ Lulju 2028, l-Iżvizzera ma għandhiex titqies bħala pajjiż terz għall-finijiet tal-Artikolu 118 tar-Regolament (UE) 2019/6.

Hija għandha tgħarraf minnufih lill-Kumitat Veterinarju Konġunt bi kwalunkwe bidla ulterjuri tal-leġiżlazzjoni tagħha dwar l-antimikrobiċi għall-użu fl-annimali li jipproduċu l-ikel.

Dan il-paragrafu għandu jiġi rivedut mill-Kumitat Veterinarju Konġunt qabel l-1 ta’ Lulju 2028.


“Prodotti sekondarji tal-annimali li ma humiex maħsubin għall-konsum mill-bniedem”

Esportazzjonijiet mill-Unjoni Ewropea lejn l-Iżvizzera u esportazzjonijiet
mill-Iżvizzera lejn l-Unjoni Ewropea

Esportazzjonijiet mill-Unjoni Ewropea lejn l-Iżvizzera u
esportazzjonijiet mill-Iżvizzera lejn l-Unjoni Ewropea

Kundizzjonijiet kummerċjali

Ekwivalenza

L-Unjoni Ewropea*

L-Iżvizzera*

*    Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2014.

Iva, b’kundizzjonijiet speċjali

1.    Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1);

2.    Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali u derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1);

3.    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1).

1.    Id-Digriet tat-23 ta’ Novembru 2005 dwar l-iskarnar tal-annimali u l-kontroll tal-laħam (OAbCV; RS 817.190);

2.    Id-Digriet tad-DFI tat-23 ta’ Novembru 2005 dwar l-iġjene waqt l-iskarnar tal-annimali (OHyAb; RS 817.190.1);

3.    Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżootiku (DME; RS 916.401);

4.    Id-Digriet tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali (OITE; RS 916.443.10);

5.    Id-Digriet tal-25 ta’ Mejju 2011 dwar it-tneħħija tal-prodotti sekondarji tal-annimali (OESPA; RS 916.441.22).

Kundizzjonijiet speċjali

Fil-każ tal-importazzjonijiet tagħha, l-Iżvizzera tapplika l-istess dispożizzjonijiet bħal dawk mogħtija fl-Artikoli 25 sa 28 u 30 sa 31 u fl-Annessi XIV u XV (iċ-ċertifikati)tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 u skont l-Artikoli 41 u 42 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

Il-kummerċ fil-materjali tal-Kategoriji 1 u tal-Kategorija 2 jaqa’ taħt l-Artikolu 48 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

Il-materjali tal-Kategorija 3 li jsir kummerċ fihom bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Iżvizzera jrid ikollhom magħhom id-dokumenti kummerċjali u ċ-ċertifikati tas-saħħa previsti fil-Kapitolu III tal-Anness VIII tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011, f'konformità mal-Artikolu 17 ta’ dak ir-Regolament 142/2011 u f'konformità mal-Artikoli 21 u 48 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

L-Iżvizzera għandha tfassal il-lista tal-istabbilimenti korrispondenti tagħha skont it-Taqsima 2 tal-Kapitolu I tat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 u skont il-Kapitolu IV u l-Anness IX tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011.


KAPITOLU II

Setturi oħrajn minbarra dawk li jaqgħu taħt il-Kapitolu I

Esportazzjonijiet mill-Unjoni Ewropea lejn l-Iżvizzera u esportazzjonijiet mill-Iżvizzera lejn l-Unjoni Ewropea

Dawn l-esportazzjonijiet għandhom isiru bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk previsti għall-kummerċ fi ħdan l-Unjoni. B’hekk, fejn ikun rilevanti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom joħorġu ċertifikat biex jakkumpanja l-lottijiet li juri li tħarsu dawn il-kundizzjonijiet.

Jekk ikun hemm bżonn, il-Kumitat Veterinarju Konġunt għandu jiddiskuti l-mudelli għal dawn iċ-ċertifikati.”.

ANNESS VI

L-Appendiċi 10 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Appendiċi 10
Prodotti tal-annimali: kontrolli fil-fruntieri u ħlasijiet

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet ġenerali

A.    LEĠIŻLAZZJONI*

*    Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2025.

L-Unjoni Ewropea

L-Iżvizzera

1.    Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1);

2.    Għad-dispożizzjonijiet dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti biex jivverifikaw il-konformità mar-regoli previsti f’dan il-kapitolu:
Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1–142).

3.    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715 tat-30 ta’ Settembru 2019 li jistabbilixxi r-regoli għat-tħaddim tas-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali u l-komponenti tas-sistema tagħha (ir-Regolament IMSOC) (ĠU L 261, 14.10.2019, p. 37).

1.    Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżootiku (LME; RS 916.40), u b’mod partikolari l-Artikolu 57 tiegħu;

2.    Id-Digriet tat-18 ta’ Novembru 2015 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali ma’ pajjiżi terzi (OITE-PT; RS 916.443.10);

3.    Id-Digriet tad-DFI tat-18 ta’ Novembru 2015 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali ma’ pajjiżi terzi (OITE-PT-DFI; RS 916,443,106);

4.    Id-Digriet tat-30 ta’ Ottubru 1985 dwar it-tariffi mitluba mill-Uffiċċju Federali tas-Sigurtà Alimentari u tal-Affarijiet Veterinarji (id-Digriet dwar it-tariffi tal-Uffiċċju Federali tas-Sigurtà Alimentari u tal-Affarijiet Veterinarji; RS 916.472).

 

B.    REGOLI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

1.    L-Iżvizzera hija integrata fis-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali u l-komponenti kollha tagħha, kif definit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715. L-Iżvizzera għandha taħtar punt ta’ kuntatt għal dan l-għan.
Jekk ikun hemm bżonn, jiġu definiti miżuri supplimentari fi ħdan il-Kumitat Veterinarju Konġunt.

2.    Il-Partijiet għandhom jipprovdu lil xulxin għajnuna amministrattiva reċiproka f’konformità mal-Artikoli 104 sa 107 tar-Regolament (UE) 2017/625 biex jiżguraw l-applikazzjoni xierqa ta’ dan l-Appendiċi. L-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tar-Regolament (UE) 2017/625 taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt.


KAPITOLU II

Kontrolli veterinarji li japplikaw fil-każ tal-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Iżvizzera

A.    LEĠIŻLAZZJONI*

*    Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2025.

Il-kontrolli veterinarji li japplikaw fil-każ tal-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Iżvizzera għandhom jitwettqu skont id-dispożizzjonijiet ta’ hawn taħt.

L-Unjoni Ewropea

L-Iżvizzera

1.    Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1–208) u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni bbażati fuq dan ir-Regolament adottati sal-31 ta’ Diċembru 2025;

2.    Għad-dispożizzjonijiet dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti biex jivverifikaw il-konformità mar-regoli previsti f’dan il-kapitolu:
Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1–142).

3.    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715 tat-30 ta’ Settembru 2019 li jistabbilixxi r-regoli għat-tħaddim tas-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali u l-komponenti tas-sistema tagħha (ir-Regolament IMSOC) (ĠU L 261, 14.10.2019, p. 37–9).

1.    Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżootiku (LME; RS 916.40), u b’mod partikolari l-Artikolu 57 tiegħu;

2.    Id-Digriet tat-18 ta’ Novembru 2015 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali mal-Istati Membri tal-UE, mal-Iżlanda, man-Norveġja u mal-Irlanda ta’ Fuq (OITE-UE; RS 916.443.11);

3.    Id-Digriet tad-DFI tat-18 ta’ Novembru 2015 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali mal-Istati Membri tal-UE, mal-Iżlanda, man-Norveġja u mal-Irlanda ta’ Fuq (OITE-UE-DFI; RS 916,443,111);

4.    Id-Digriet tat-28 ta’ Novembru 2014 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali tad-dar (OITE-AC; RS 916.443.14);

5.    Id-Digriet tat-30 ta’ Ottubru 1985 dwar it-tariffi mitluba mill-Uffiċċju Federali tas-Sigurtà Alimentari u tal-Affarijiet Veterinarji (id-Digriet dwar it-tariffi tal-Uffiċċju Federali tas-Sigurtà Alimentari u tal-Affarijiet Veterinarji; RS 916.472).

B.    REGOLI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

Fil-każijiet previsti fl-Artikoli 102 u 104 sa 107 tar-Regolament (UE) 2017/625, l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ destinazzjoni għandhom jikkuntattjaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ spedizzjoni. Huma għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa u jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti tal-post ta’ spedizzjoni u lill-Kummissjoni bit-tip ta’ kontrolli li twettqu, id-deċiżjonijiet meħuda u r-raġunijiet għal dawn id-deċiżjonijiet.



KAPITOLU III

Kontrolli veterinarji li japplikaw fil-każ tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

A.    LEĠIŻLAZZJONI*

*    Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2025.

Il-kontrolli marbutin mal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għandhom jitwettqu skont id-dispożizzjonijiet ta’ hawn taħt.

L-Unjoni Ewropea

L-Iżvizzera

1.    Għad-dispożizzjonijiet dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti biex jivverifikaw il-konformità mar-regoli previsti f’dan il-kapitolu:
Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1–142).

1.    Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżootiku (LME; RS 916.40), u b’mod partikolari l-Artikolu 57 tiegħu;

2.    Id-Digriet tat-18 ta’ Novembru 2015 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali ma’ pajjiżi terzi (OITE-PT; RS 916.443.10);

3.    Id-Digriet tad-DFI tat-18 ta’ Novembru 2015 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali ma’ pajjiżi terzi (OITE-PT-DFI; RS 916,443,106);

4.    Id-Digriet tat-28 ta’ Novembru 2014 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali tad-dar (OITE-AC; RS 916.443.14);

5.    Id-Digriet tat-30 ta’ Ottubru 1985 dwar it-tariffi mitluba mill-Uffiċċju Federali tas-Sigurtà Alimentari u tal-Affarijiet Veterinarji (id-Digriet dwar it-tariffi tal-Uffiċċju Federali tas-Sigurtà Alimentari u tal-Affarijiet Veterinarji; RS 916.472);

6.    Il-Liġi Federali tal-20 ta’ Ġunju 2014 dwar l-oġġetti tal-ikel u l-oġġetti li jintużaw kuljum (il-Liġi dwar l-oġġetti tal-ikel, LDAl; RS 817.0);

7.    Id-Digriet tas-16 ta’ Diċembru 2016 dwar l-oġġetti tal-ikel u l-oġġetti li jintużaw kuljum (ODAlOUs; RS 817.02);

8.    Id-Digriet tas-27 ta’ Mejju 2020 dwar l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-oġġetti tal-ikel (OELDAl; RS 817.042);

2.    Id-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE tad-29 ta’April 1996 li tikkonċerna l-projbizzjoni tal-użu fl-istockfarming ta’ ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni ormonika u tyrostatika u ta’ beta-agonists u li tħassar id-Direttivi 81/602/KEE, 88/146/KEE u 88/299/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 3);

3.    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/657/KE tat-12 ta’ Awwissu 2002 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE rigward il-ħidma ta’ metodi analitiċi u l-interpretazzjoni tar-riżultati (ĠU L 221, 17.8.2002, p. 8);

4.    Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1–208) u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni bbażati fuq dan ir-Regolament adottati sal-31 ta’ Diċembru 2025;

5.    Ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta’ limiti ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11);

6.    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 tas-16 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali u mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, għad-dħul fl-Unjoni u l-movimenti fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti, ċertifikazzjoni uffiċjali dwar dawn iċ-ċertifikati u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 599/2004, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 636/2014 u (UE) 2019/628, id-Direttiva 98/68/KE u d-Deċiżjonijiet 2000/572/KE, 2003/779/KE u 2007/240/KE (ĠU L 442, 30.12.2020, p. 1);

7.    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2236 tas-16 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni u għall-movimenti fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ annimali akkwatiċi u ta’ ċerti prodotti li ġejjin mill-annimali akkwatiċi, taċ-ċertifikazzjoni uffiċjali rigward tali ċertifikati u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1251/2008 (ĠU L 442, 30.12.2020, p. 410);

8.    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/403 tat-18 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali u l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, għad-dħul fl-Unjoni u l-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali terrestri u tal-prodotti ġerminali tagħhom, iċ-ċertifikazzjoni uffiċjali fir-rigward ta’ tali ċertifikati u li jħassar id-Deċiżjoni 2010/470/UE (ĠU L 113, 31.3.2021, p. 1).

9.    Id-Digriet tad-DFI tas-16 ta’ Diċembru 2016 dwar il-limiti massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi fi prodotti li joriġinaw mill-pjanti jew mill-annimali jew fuqhom (OPOVA; RS 817.021.23).


B.    REGOLI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

1.    Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikoli 59 u 60 tar-Regolament (UE) 2017/625, il-listi tal-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea.

2.    Għall-finijiet tal-Artikoli 59 u 60 tar-Regolament (UE) 2017/625, il-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-Iżvizzera huma dawn li ġejjin:

Isem

Kodiċi tas-sistema TRACES

Tip ta’ approvazzjoni

L-ajruport ta’ Zurich

CHZRH4

POA-NHC(2)*

POA-HC(2)*

L-ajruport ta’ Ġinevra

CHGVA4

POA-NHC(2)*

POA-HC(2)*

*    B’referenza għall-kategoriji ta’ approvazzjoni definiti fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1014

L-emendi ulterjuri tal-lista tal-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri, taċ-ċentri ta’ spezzjoni tagħhom u tat-tip ta’ awtorizzazzjoni tagħhom jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt.

3.    It-twettiq tal-kontrolli jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, f’konformità b’mod partikolari mal-Artikolu 116 tar-Regolament (UE) 2017/625 u mal-Artikolu 57 tal-Liġi dwar il-Mard Epiżootiku.


KAPITOLU IV

Kundizzjonijiet tas-saħħa u kundizzjonijiet tal-kontroll marbutin mal-kummerċ
bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżvizzera

Għas-setturi li jgawdu minn rikonoxximent reċiproku, il-prodotti tal-annimali li jsir kummerċ fihom bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Iżvizzera għandhom jiċċirkolaw bl-istess kundizzjonijiet bħall-prodotti li jsir kummerċ fihom bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Jekk ikun hemm bżonn, dawn il-prodotti għandu jkollhom magħhom iċ-ċertifikati tas-saħħa previsti fil-każ tal-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jew iddefiniti f’dan l-Anness u li jinsabu fis-sistema TRACES.

Għas-setturi l-oħra, il-kundizzjonijiet tas-saħħa stabbiliti fil-Kapitolu II tal-Appendiċi 6 jibqgħu applikabbli.


KAPITOLU V

Kundizzjonijiet tas-saħħa u kundizzjonijiet tal-kontroll marbutin mal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

I.    UNJONI EWROPEA — LEĠIŻLAZZJONI

A.    Regoli fil-qasam tas-saħħa pubblika*

*    Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2025.

1.    Id-Direttiva 2009/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward is-solventi tal-estrazzjoni użati fil-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel u l-ingredjenti tal-ikel (ĠU L 141, 6.6.2009, p. 3).

2.    Ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34).

3.    Ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta’ limiti ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11).


4.    Ir-Regolament (KEE) Nru 315/93 tal-Kunsill, tat-8 ta’ Frar 1993, li jistabblixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1).

5.    Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16).

6.    Id-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE tad-29 ta’April 1996 li tikkonċerna l-projbizzjoni tal-użu fl-istockfarming ta’ ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni ormonika u tyrostatika u ta’ beta-agonists u li tħassar id-Direttivi 81/602/KEE, 88/146/KEE u 88/299/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 3).

7.    Għad-dispożizzjonijiet dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti biex jivverifikaw il-konformità mar-regoli previsti f’dan il-kapitolu:

Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1–142).

8.    Id-Direttiva 1999/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw ikel u ingredjenti tal-ikel trattati b’radjazzjoni li tijonizza (ĠU L 66, 13.3.1999, p. 16).

9.    Id-Direttiva 1999/3/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 1999 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ ikel u ta’ ingredjenti tal-ikel ittrattati bir-radjazzjoni jonizzanti (ĠU L 66, 13.3.1999, p. 24).

10.    Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1).

11.    Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 fuq il-kontroll tas-salmonella u aġenti Zoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm ġewwa l-ikel (ĠU L 325 12.12.2003, p. 1).

12.    Ir-Regolament (KE) Nru 2065/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Novembru 2003 dwar it-taħwir bl-affumikazzjoni użat jew intiż għall-użu fi jew fuq l-ikel (ĠU L 309, 26.11.2003, p. 1).

13.    Id-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li tirrevoka ċerti direttivi rigward iġene tal-ikel u kondizzjonijiet ta’ saħħa għall-produzzjoni u sabiex ikun mqiegħda fis-suq ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali intżi li għall-konsum mill-bniedem u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE u 92/118/KEE u Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 95/408/KE (ĠU L 157 30.4.2004, p. 33).

14.    Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).

15.    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 401/2006 tat-23 ta’ Frar 2006 li jistabbilixxi l-metodi tat-teħid ta’ kampjuni u l-metodi ta’ analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta’ mikotossini fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 70 9.3.2006, p. 12).

16.    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/644 tal-5 ta’ April 2017 li jistabbilixxi metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi għall-kontroll tal-livelli ta’ diossini, PCBs simili għad-diossini u PCBs mhux simili għad-diossini f’ċerti oġġetti tal-ikel u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 589/2014 (ĠU L 92, 6.4.2017, p. 9).

17.    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 333/2007 tat-28 ta’ Marzu 2007 li jistabbilixxi l-metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali ta’ livelli ta’ ċomb, kadmju, merkurju, landa inorganika, 3-MCPD u benzo(a)pyrene fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 88, 29.3.2007, p. 29).

18.    L-Artikolu 118 tar-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar prodotti mediċinali veterinarji u li jħassar id-Direttiva 2001/82/KE (ĠU L 4, 7.1.2019, p. 43).

B.    Regoli fil-qasam tas-saħħa tal-annimali*

*    Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2025.

1.    Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1–208) u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni bbażati fuq dan ir-Regolament adottati sal-31 ta’ Diċembru 2025.

2.    Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1).

3.    Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).

4.    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1).

C.    Miżuri speċifiċi oħrajn*

*    Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2014.

1.    Il-Ftehim interim tal-kummerċ u l-unjoni doganali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta’ Saint-Marin – Dikjarazzjoni komuni - Dikjarazzjoni tal-Komunità (ĠU L 359, 9.12.1992, p. 14).

2.    Id-Deċiżjoni 94/1/KE, KEFA tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Diċembru 1993 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea bejn il-Komunitajiet Ewropej, l-Istati Membri tagħhom u r-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Repubblika tal-Iżlanda, il-Prinċipat ta’ Liechtenstein, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Renju tal-Iżvezja u l-Konfederazzjoni Żvizzera (ĠU L 1, 3.1.1994, p. 1).

3.    Id-Deċiżjoni 97/132/KE tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 1996 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u New Zealand dwar miżuri sanitarji applikabbli għal-kummerċ f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali (ĠU L 57, 26.2.1997, p. 4).

4.    Id-Deċiżjoni 97/345/KE tal-Kunsill tas-17 ta’ Frar 1997 dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll supplimentari li jittratta dwar materji veterinarji għall-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Prinċipalità ta’ Andorra (ĠU L 148 6.6.1997, p. 15).

5.    Id-Deċiżjoni 98/258/KE tal-Kunsill tas-16 ta’ Marzu 1998, dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar il-miżuri tas-saħħa biex jipproteġu s-saħħa pubblika u dik tal-annimali fin-negozju tal-annimali ħajjin u tal-prodotti tal-annimali (ĠU L 118, 21.4.1998, p. 1).

6.    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/504/KE tad-29 ta’ Ġunju 1998 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Interim fuq il-Kummerċ u l-affarijiet li għandhom x’jaqsmu mal-Kummerċ bejn il-Komunitajiet Ewropej, fuq naħa waħda, u l-Istati Uniti tal-Messiku, fuq in-naħa l-oħra (ĠU L 226, 13.8.1998, p. 24).

7.    Id-Deċiżjoni 1999/201/KE tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 1998 dwar il-Ftehim milħuq bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar miżuri sanitarji biex jipproteġu s-saħħa pubblika u dik tal-annimali fir-rigward ta’ kummerċ f’annimali ħajjin u prodotti magħmulin mill-annimali (ĠU L 71, 18.3.1999, p. 1).

8.    Id-Deciżjoni 1999/778/KE tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 1999 dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll fuq affarijiet veterinarji li jissupplimentaw il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Reġjonali tal-Gżejjer Faroe, min-naħa l-oħra (ĠU L 305, 30.11.1999, p. 25).

9.    Il-Protokoll 1999/1130/KE dwar il-kwistjonijiet veterinarji li jissupplimenta l-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, mill-parti 'l waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Residenti tal-Ġżejjer Faeroe, mill-parti 'l oħra (ĠU L 305, tat-30.11.1999, p. 26).

10.    Id-Deċiżjoni 2002/979/KE tal-Kunsill tat-18 ta’ Novembru 2002 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja ta’ ċerti dispożizzjonijiet ta’ ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri, min-naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċili, min-naħa l-oħra (ĠU L 352, 30.12.2002, p. 1).


2.    L-Iżvizzera – Leġiżlazzjoni*

*    Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2025.

A.    Id-Digriet tat-18 ta’ Novembru 2015 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali ma’ pajjiżi terzi (OITE-PT; RS 916.443.10) .

B.    Id-Digriet tad-DFI tat-18 ta’ Novembru 2015 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali ma’ pajjiżi terzi (OITE-PT-DFI; RS 916.443.106).

3.    Dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni

A.    L-Uffiċċju Federali tas-Sigurtà Alimentari u tal-Affarijiet Veterinarji għandu japplika l-kundizzjonijiet tad-dħul stabbiliti fl-atti msemmijin fil-punt I tal-Kapitolu V ta’ dan l-Appendiċi, il-miżuri ta’ implimentazzjoni u l-listi tal-istabbilimenti li minnhom jistgħu jsiru l-importazzjonijiet korrispondenti, fl-istess ħin li jagħmlu dan l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Dan l-obbligu għandu japplika għall-atti rilevanti kollha, irrispettivament mid-data tal-adozzjoni tagħhom.

L-Uffiċċju Federali tas-Sigurtà Alimentari u tal-Affarijiet Veterinarji jista’ jadotta miżuri aktar stretti u jitlob garanziji addizzjonali. Il-Kumitat Veterinarju Konġunt se jwettaq konsultazzjonijiet sabiex jinstabu soluzzjonijiet adattati.


L-Uffiċċju Federali tas-Sigurtà Alimentari u tal-Affarijiet Veterinarji u l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għandhom jgħarrfu reċiprokament il-kundizzjonijiet speċifiċi tal-importazzjoni li jkunu ġew stabbiliti b’mod bilaterali u li ma jkunux ġew armonizzati fil-livell tal-Unjoni.

B.    Il-postijiet ta’ kontroll fil-fruntieri tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea msemmijin fil-il-punt 1, il-Parti B, il-Kapitolu III ta’ dan l-Appendiċi għandhom iwettqu l-kontrolli fuq l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi li jkunu maħsubin biex jintbagħtu lejn l-Iżvizzera skont id-dispożizzjonijiet previsti fil-Parti A, il-Kapitolu III ta’ dan l-Appendiċi.

C.    Il-postijiet ta’ kontroll fil-fruntieri tal-Iżvizzera msemmijin fil-punt 2, il-Parti B, il-Kapitolu III ta’ dan l-Appendiċi għandhom iwettqu l-kontrolli fuq l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi li jkunu maħsubin biex jintbagħtu lejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea f'konformità mal-Parti A, tal-Kapitolu III ta’ dan l-Appendiċi.

D.    Skont id-dispożizzjonijiet tad-Digriet tat-18 ta’ Novembru 2015 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali ma’ pajjiżi terzi (OITE-PT; RS 916.443.10), għandu jibqa’ possibbli għall-Konfederazzjoni Żvizzera li timporta ċanga minn annimali bovini potenzjalment ittrattati bi promoturi tat-tkabbir. Dan il-laħam ma jistax jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, il-Konfederazzjoni Żvizzera għandha:

tillimita l-użu ta’ dan il-laħam għall-uniku fini tal-bejgħ dirett lill-konsumatur mill-istabbilimenti ta’ kummerċ ta’ bejgħ bl-imnut bil-kundizzjoni li jitwaħħlu tikketti xierqa;

tillimita d-dħul tiegħu għall-postijiet ta’ kontroll fil-fruntieri Żvizzeri biss;


iżżomm sistema ta’ traċċabbiltà u ta’ mezzi ta’ informazzjoni adegwati sabiex jiġi evitat li dan il-laħam ikun jista’ jiddaħħal sussegwentement fit-territorju tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea;

darba fis-sena, tissottometti rapport lill-Kummissjoni dwar l-oriġini tal-importazzjonijiet u d-destinazzjoni tagħhom, kif ukoll rendikont tal-kontrolli li jkunu twettqu sabiex ikun żgurat li tħarsu l-kundizzjonijiet imsemmijin hawn fuq;

f’każ ta’ diffikultà, dawn id-dispożizzjonijiet se jiġu investigati mill-Kumitat Konġunt Veterinarju.

E.    Sal-1 ta’ Lulju 2028, l-Iżvizzera ma għandhiex titqies bħala pajjiż terz għall-finijiet tal-Artikolu 118 tar-Regolament (UE) 2019/6.

Dan il-paragrafu għandu jiġi rivedut mill-Kumitat Veterinarju Konġunt qabel l-1 ta’ Lulju 2028.

KAPITOLU VI

Ħlasijiet

1.    Ma jsir l-ebda ħlas għall-kontrolli veterinarji li japplikaw għall-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Iżvizzera.

2.    L-awtoritajiet Żvizzeri jintrabtu li jiġbru l-ħlas marbut mal-kontrolli uffiċjali previsti bir-Regolament (KE) Nru 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-kontrolli veterinarji tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi.”.

(1)    ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.
(2)    Id-Deċiżjoni Nru 2/2003 tal-Kumitat Veterinarju Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli tal-25 ta’ Novembru 2003 li temenda l-Appendiċijiet 1, 2, 3, 4, 5, 6 u 11 tal-Anness 11 tal-Ftehim (id-Deċiżjoni 2004/78/KE) (ĠU L 23, 28.1.2004, p. 27).
(3)    Id-Deċiżjoni Nru 1/2018 tal-Kumitat Veterinarju Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tat-12 ta’ Ġunju 2018 li temenda l-Appendiċijiet 6 tal-Anness 11 tal-Ftehim (id-Deċiżjoni 2020/554/KE) (ĠU L 127, 22.4.2020, p. 26, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj ).
(4)    Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 87, 31.3.2016, pp. 1 , (ĠU L 84, 31.3.2006, pp. 1-208, ELI : http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj )
(5)    Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/625/2025-01-05 )
(6)    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715 tat-30 ta’ Settembru 2019 li jistabbilixxi r-regoli għat-tħaddim tas-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali u l-komponenti tas-sistema tagħha (ir-Regolament IMSOC) (ĠU L 261, 14.10.2019, p. 37, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/1715/oj )
(7)    Ir-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar prodotti mediċinali veterinarji u li jħassar id-Direttiva 2001/82/KE (ĠU L 4, 7.1.2019, p. 43, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2019/6/oj )
(8)    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2002 tas-7 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-notifika tal-Unjoni u r-rapportar tal-Unjoni ta’ mard elenkat, tal-formati u l-proċeduri għas-sottomissjoni u għar-rapportar tal-programmi ta’ sorveljanza tal-Unjoni u tal-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard, u tas-sistema ta’ informazzjoni kompjuterizzata (ĠU L 412, 8.12.2020, p. 1)
(9)    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għas-sorveljanza, għall-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-istat ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 211)
(10)    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/620 tal-15 ta’ April 2021 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard u tal-istatus ta’ mingħajr tilqim ta’ ċerti Stati Membri jew taż-żoni jew il-kompartimenti tagħhom fir-rigward ta’ ċertu mard elenkat, u rigward l-approvazzjoni ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għal dak il-mard elenkat (ĠU L 131, 16.4.2021, p. 78–119)
(11)    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1255 tad-19 ta’ Lulju 2022 li jiddeżinja l-antimikrobiċi jew il-gruppi ta’ antimikrobiċi riżervati għat-trattament ta’ ċerti infezzjonijiet fil-bniedem, f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 191, 20.7.2022, p. 58)
(12)    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 617/2008 tas-27 ta’ Ġunju 2008 dwar it-termini tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li jikkonċerna n-normi għat-tqegħid fis-suq tal-bajd tat-tifqis u tal-flieles tat-tjur tal-irziezet (ĠU L 168, 28.6.2008, p. 5)
(13)    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għas-sorveljanza, għall-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-istat ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 211)
(14)    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/620 tal-15 ta’ April 2021 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard u tal-istatus ta’ mingħajr tilqim ta’ ċerti Stati Membri jew taż-żoni jew il-kompartimenti tagħhom fir-rigward ta’ ċertu mard elenkat, u rigward l-approvazzjoni ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għal dak il-mard elenkat (ĠU L 131, 16.4.2021, p. 78–119) 
(15)    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1255 tad-19 ta’ Lulju 2022 li jiddeżinja l-antimikrobiċi jew il-gruppi ta’ antimikrobiċi riżervati għat-trattament ta’ ċerti infezzjonijiet fil-bniedem, f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 191, 20.7.2022, p. 58)
(16)    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għas-sorveljanza, għall-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-istat ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 211)
(17)    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/620 tal-15 ta’ April 2021 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard u tal-istatus ta’ mingħajr tilqim ta’ ċerti Stati Membri jew taż-żoni jew il-kompartimenti tagħhom fir-rigward ta’ ċertu mard elenkat, u rigward l-approvazzjoni ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għal dak il-mard elenkat (ĠU L 131, 16.4.2021, p. 78–119)
(18)    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 577/2013 tat-28 ta’ Ġunju 2013 dwar il-mudell tad-dokumenti ta' identifikazzjoni għall-moviment mhux kummerċjali ta’ klieb, qtates u inmsa, l-istabbiliment ta’ listi ta’ territorji u pajjiżi terzi u l-format, it-tqassim u r-rekwiżiti lingwistiċi tad-dikjarazzjonijiet li jiċċertifikaw il-konformità ma’ ċerti kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 109)