Brussell, 25.3.2026

COM(2026) 135 final

2026/0078(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-istabbiliment tal-Programm għall-innovazzjoni aġli u rapida fid-difiża (AGILE)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Iċ-ċikli tal-innovazzjoni fid-difiża qed javvanzaw b’ħeffa bla preċedent. It-teknoloġiji emerġenti u rivoluzzjonarji f’oqsma bħall-Intelliġenza Artifiċjali (IA), il-kwantistika, ir-robotika, iċ-ċibernetika u l-ispazju qed isiru deċiżivi għall-effettività militari. Fl-istess ħin, l-atturi tad-Difiża l-Ġdida (b’mod partikolari l-Intrapriżi Żgħar u ta’ Daqs Medju (SMEs) u l-istart-ups, inklużi dawk li ġejjin mis-settur ċivili), qed isiru forza mexxejja sinifikanti għat-trasformazzjoni tal-industrija tad-difiża tal-UE. Billi jippermettu ċikli tal-innovazzjoni aktar rapidi, aġilità akbar, soluzzjonijiet kosteffiċjenti u kunċetti operazzjonali ġodda, dawn l-atturi qed isawru mill-ġdid il-mod kif teknoloġiji u prodotti innovattivi tad-difiża jiġu żviluppati u mwassla.

F’dawn l-aħħar snin, l-Unjoni Ewropea għamlet progress sostanzjali fit-tisħiħ tar-riċerka u tal-iżvilupp fil-qasam tad-difiża. Il-Fond Ewropew għad-Difiża (EDF) huwa l-programm emblematiku tar-R&Ż tal-Unjoni fil-qasam tad-difiża u għandu rwol ċentrali fit-trawwim tar-R&Ż strutturati, fit-tul u kooperattivi fil-qasam tad-difiża madwar l-Ewropa. Billi jappoġġa l-proġetti fuq skala kbira li jinvolvu diversi Stati Membri, l-EDF jippermetti l-iżvilupp ta’ sistemi tad-difiża kumplessi, għaljin u teknoloġikament sofistikati li l-ebda Stat Membru ma jista’ jiżviluppa waħdu. Huwa strumentali fit-tisħiħ tal-kooperazzjoni industrijali transfruntiera 1 , fit-tnaqqis tal-frammentazzjoni u fit-tisħiħ tal-bażi teknoloġika u industrijali li tirfed l-abbiltajiet tad-difiża fit-tul tal-Ewropa.

F’dan il-qafas, tnedew inizjattivi mmirati fil-livell tal-UE biex jipprovdu appoġġ imtejjeb għall-innovazzjoni u għall-atturi tad-difiża mhux tradizzjonali. Fil-qafas tal-EDF, l-Iskema tal-UE għall-Innovazzjoni fid-Difiża (EUDIS) tipprovdi appoġġ immirat lill-atturi tad-difiża mhux tradizzjonali, inklużi SMEs u start-ups u scale-ups innovattivi. Barra minn hekk, iċ-Ċentru ta’ Innovazzjoni fid-Difiża tal-UE (HEDI), imniedi mill-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA) fl-2022, jaġixxi bħala pjattaforma li trawwem il-kollaborazzjoni mill-qrib fost l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati tal-UE dwar kwistjonijiet relatati mal-innovazzjoni fid-difiża. Il-programm “Aċċelleratur tal-Innovazzjoni fid-Difiża għall-Atlantiku tat-Tramuntana” (DIANA) tan-NATO, il-Fond għall-Innovazzjoni tan-NATO u l-Pjan ta’ Azzjoni għall-Adozzjoni Rapida wkoll għandhom l-għan li jaċċelleraw l-adozzjoni ta’ teknoloġiji ġodda tad-difiża u jappoġġaw lill-atturi tad-Difiża l-Ġdida.

Flimkien, dawn l-istrumenti jiffurmaw pedament sod għal riċerka u żvilupp tat-teknoloġija fil-qasam tad-difiża sostnuti, kooperattivi u orjentati b’mod strateġiku fl-Ewropa. Fl-istess ħin, l-ambjent tas-sigurtà li qed jevolvi malajr jenfasizza l-ħtieġa li dawn l-istrumenti jiġu kkomplementati b’mekkaniżmi addizzjonali mfassla għal dinamiċi tal-innovazzjoni differenti. Il-Pjan Direzzjonali għall-2030 Inseddqu l-Paċi – Nippreparaw id-Difiża 2 u l-White Paper għall-Prontezza tad-Difiża Ewropea 2030 3 enfasizzaw il-bżonn li aċċellerata l-innovazzjoni, jonqos iż-żmien sakemm il-prodotti jiġu introdotti fis-suq, u tiġi żgurata l-adozzjoni rapida ta’ teknoloġiji rivoluzzjonarji biex tiġi appoġġata l-prontezza tad-difiża tal-UE.

Il-Pjan Direzzjonali għat-Trasformazzjoni tad-Difiża Ewropea 4 , adottat fid-19 ta’ Novembru 2025, jappella għal bidla fundamentali fil-mentalità u fil-proċessi fl-ekosistema Ewropea tad-difiża lejn żieda fil-veloċità, fl-aġilità u fit-teħid tar-riskji. Dan jidentifika b’mod espliċitu l-ħtieġa li jiġu żviluppati approċċi ġodda u aktar risponsivi li jappoġġaw l-innovazzjoni rivoluzzjonarja fid-difiża u l-ħolqien ta’ atturi tad-Difiża l-Ġdida.

F’dan l-isfond, hemm bżonn li tittejjeb il-kapaċità tal-UE li tappoġġa l-innovazzjoni fid-difiża rapida u ta’ livell għoli ta’ prontezza teknoloġika li twieġeb direttament għall-ħtiġijiet urġenti tal-iżvilupp tal-abbiltà tal-Istati Membri. Mid-disinn, l-EDF huwa adattat tajjeb għal programmi fit-tul, kumplessi u intensivi fil-kapital li jibbenefikaw minn kooperazzjoni industrijali transfruntiera u minn allinjament strateġiku fost l-Istati Membri. Fl-istess ħin, l-objettivi primarji u l-arkitettura proċedurali standard tal-EDF naturalment jagħtu prijorità lis-sodezza, lill-inklużività, u lill-iskala fuq il-veloċità.

Madankollu, innovazzjonijiet promettenti fid-difiża, speċjalment dawk li jirriżultaw minn teknoloġiji ċivili jew minn kumpaniji żgħar, spiss isibuha diffiċli biex inaqqsu d-distakk bejn l-iżvilupp u l-varar operazzjonali. Dan jista’ jnaqqas iż-żieda ta’ soluzzjonijiet trasformattivi, jillimita l-ħolqien ta’ atturi tad-Difiża l-Ġdida, u jdewwem it-trasformazzjoni tal-innovazzjoni f’abbiltajiet għall-forzi armati.

Biex jiġi indirizzat dan id-distakk speċifiku, il-Pjan Direzzjonali għat-Trasformazzjoni tad-Difiża Ewropea ppropona l-istabbiliment ta’ programm għall-innovazzjoni rapida u aġli fid-difiża (AGILE). AGILE huwa maħsub bħala strument komplementari għall-EDF u għall-EUDIS, kif ukoll għal programmi oħra ta’ difiża tal-UE, li jaqdi rwol distint iżda ta’ tisħiħ. L-EUDIS tirrappreżenta umbrella ta’ azzjonijiet inkorporati fl-EDF, inklużi għotjiet immirati tar-R&Ż, hackathons, aċċelleratur tan-negozju u attivitajiet ta’ tlaqqigħ. Għall-kumpaniji li diġà involvew ruħhom f’azzjonijiet ta’ difiża tal-UE bħall-Hackathons tal-EUDIS jew l-Aċċelleratur tan-Negozju, AGILE jirrappreżenta l-pass naturali li jmiss, u jipprovdi appoġġ rapidu u simplifikat biex is-soluzzjonijiet tagħhom jiġu introdotti fis-suq malajr. Min-naħa tiegħu, l-EDF joffri perkors aktar fit-tul, u jintegra dawn il-kumpaniji f’kollaborazzjoni industrijali tad-difiża usa’, ktajjen tal-provvista pan-Ewropej u sħubijiet sostnuti fir-R&Ż. Għalhekk, iż-żewġ strumenti huma komplementari mid-disinn, u jindirizzaw stadji differenti, iżda li jsaħħu lil xulxin, tal-vjaġġ tal-innovazzjoni fid-difiża ta’ kumpanija.

Huwa mfassal bħala programm rapidu, flessibbli u mmexxi mill-missjoni li huwa kapaċi jappoġġa ċikli rapidi tal-innovazzjoni, żieda fit-teħid ta’ riskji u t-twassil rapidu ta’ soluzzjonijiet operazzjonalment rilevanti skont il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) attwali sakemm jidħlu fis-seħħ kundizzjonijiet simili fil-QFP 2028-2034). F’dan is-sens, il-Programm AGILE jista’ jaġixxi wkoll bħala ambjent tal-ittestjar għal xi wħud mid-dispożizzjonijiet minquxa fil-proposta għall-ECF li jmiss.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika kkonċernat

Dan ir-Regolament li jistabbilixxi l-Programm AGILE huwa kompletament konsistenti u komplementari mal-progress li nkiseb sa issa biex tiġi appoġġata l-innovazzjoni fid-difiża fil-programmi u fl-inizjattivi tal-UE li għaddejjin bħalissa.

L-innovazzjoni fid-difiża hija prijorità strateġika fil-livell tal-UE. L-Istrateġija għall-Industrija tad-Difiża Ewropea, il-White Paper għall-Prontezza tad-Difiża Ewropea 2030, il-Pjan Direzzjonali għall-2030 Inseddqu l-Paċi – Nippreparaw id-Difiża, u l-Pjan Direzzjonali għat-Trasformazzjoni tad-Difiża Ewropea adottat fid-19 ta’ Novembru 2025 ilkoll jisħqu fuq il-ħtieġa li tiġi aċċellerata l-innovazzjoni, jitqassar iż-żmien sakemm il-prodotti jiġu introdotti fis-suq, u li tiġi żgurata l-adozzjoni rapida ta’ teknoloġiji rivoluzzjonarji b’appoġġ għall-prontezza tad-difiża tal-UE.

Il-Pjan Direzzjonali għat-Trasformazzjoni tad-Difiża jappella għal bidla fundamentali fil-mentalità u fil-proċessi fl-ekosistema Ewropea tad-difiża lejn żieda fil-veloċità, fl-aġilità u fit-teħid ta’ riskji, u jidentifika l-ħtieġa li jiġu żviluppati approċċi ġodda u aktar risponsivi biex jiġu appoġġati l-innovazzjoni rivoluzzjonarja fid-difiża u l-ħolqien ta’ atturi tad-Difiża l-Ġdida.

Din id-direzzjoni strateġika tirrifletti ambjent ta’ theddid li qed jevolvi malajr. It-teknoloġiji l-ġodda qed ikollhom rwol dejjem aktar importanti fil-kunflitti moderni, inklużi t-teknoloġiji li joriġinaw mis-settur ċivili. Il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna wriet ir-rilevanza operazzjonali, is-soluzzjonijiet bi prezz baxx li jistgħu jiġu iterati malajr, inklużi teknoloġiji bbażati fuq is-software u b’użu doppju, u enfasizzat l-importanza li jitqassru ċ-ċikli tal-innovazzjoni. Il-kapaċità li teknoloġiji bħal dawn jiġu identifikati, adattati u żviluppati b’pass mgħaġġel saret rekwiżit operazzjonali ewlieni għall-forzi armati.

L-UE żviluppat qafas sostanzjali biex tappoġġa l-innovazzjoni fid-difiża b’rispons għal dawn l-isfidi billi nediet b’suċċess programmi u inizjattivi mmirati lejn it-trawwim tal-kompetittività u tal-kapaċità tal-innovazzjoni tal-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea (EDTIB), inkluż b’referenza għall-SMEs, inklużi l-istart-ups, il-mid-caps, l-organizzazzjonijiet ta’ riċerka u l-atturi tad-difiża mhux tradizzjonali. Il-Fond Ewropew għad-Difiża (EDF) huwa l-programm emblematiku tal-Unjoni għar-riċerka u għall-iżvilupp kollaborattivi fil-qasam tad-difiża, li jipprovdi appoġġ sinifikanti tul iċ-ċiklu sħiħ tar-R&Ż, inkluż b’referenzi għal teknoloġiji rivoluzzjonarji. B’mod partikolari, fl-EDF, l-Iskema tal-UE għall-Innovazzjoni fid-Difiża (EUDIS), li tirrappreżenta madwar 20 % tal-baġit annwali tal-EDF, tipprovdi appoġġ speċifiku apposta lill-atturi tad-difiża mhux tradizzjonali, inklużi start-ups, SMEs u kumpaniji u organizzazzjonijiet innovattivi oħrajn.

Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni ħadet passi ulterjuri biex iżżid il-veloċità u l-aċċessibbiltà tal-appoġġ għall-innovazzjoni fid-difiża tal-UE. Ir-Regolament mini omnibus 5 biex jiġu inċentivati l-investimenti relatati mad-difiża fil-baġit tal-UE estenda l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Aċċelleratur tal-Kunsill Ewropew għall-Innovazzjoni (EIC) għall-innovazzjonijiet b’potenzjal ta’ użu doppju u l-Iskema STEP Scale Up tal-EIC, it-tnejn li huma fil-Programm Qafas Orizzont Ewropa għar-riċerka u għall-innovazzjoni, biex jappoġġa l-innovazzjoni fit-teknoloġiji kritiċi tad-difiża. Attwalment, dan huwa l-uniku strument tal-UE li jista’ jappoġġa kumpaniji innovattivi tad-difiża b’investimenti diretti fl-ekwità, u b’hekk joħloq perkorsi ġodda sinifikanti għalihom biex jaċċessaw l-appoġġ tal-UE.

Kemm l-Omnibus dwar il-Prontezza tad-Difiża 6 kif ukoll ir-Regolament mini omnibus introduċew simplifikazzjonijiet proċedurali għas-sejħiet għall-SMEs u għal teknoloġiji rivoluzzjonarji tal-EDF, filwaqt li naqqsu l-piż amministrattiv u qassru l-iskedi ta’ żmien tal-evalwazzjoni għal dawn il-kategoriji. Dawn il-miżuri jirrappreżentaw progress sinifikanti lejn appoġġ tal-UE aktar aġli u risponsiv għall-innovazzjoni fid-difiża.

Flimkien, dawn l-istrumenti stabbilew pedament b’saħħtu għall-appoġġ tal-innovazzjoni Ewropea fid-difiża. Madankollu, għad hemm distakki strutturali li l-istrumenti eżistenti ma humiex imfassla biex jindirizzaw bis-sħiħ. Ir-rekwiżiti bażi tal-konsorzji tal-EDF jirriflettu l-enfasi kollaborattiva tiegħu fil-livell tas-sistema, filwaqt li jikkontribwixxu għal proġetti transfruntiera u għall-ħolqien ta’ ktajjen tal-provvista ġodda tal-UE. Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Aċċelleratur tal-EIC, li jipprovdi għotjiet u appoġġ għall-ekwità lil kumpaniji individwali, ġie estiż biex ikopri l-innovazzjoni b’użu doppju; madankollu, il-mandat tiegħu ma jestendix għal applikazzjonijiet purament orjentati lejn id-difiża. Barra minn hekk, l-appoġġ għad-difiża skont l-EIC attwalment huwa limitat għall-finanzjament mill-bejgħ ta’ ishma skont l-Iskema STEP Scale Up, u dan iħalli distakk għal tipi oħra ta’ appoġġ tal-UE mmirat lejn l-iżvilupp speċifiku għad-difiża, inklużi l-għotjiet.

Għalhekk, AGILE huwa mfassal f’komplementarjetà u b’konsistenza mal-progress u mar-riżultati miksuba mill-programmi u mill-inizjattivi tal-UE fis-settur. Dan se jkun immirat lejn entitajiet uniċi (b’mod partikolari l-SMEs, inklużi l-istart-ups u l-iscale-ups innovattivi) u strutturat biex inaqqas b’mod sinifikanti ż-żmien għall-aġġudikazzjoni. Għalhekk, il-programm jokkupa pożizzjoni komplementari fix-xenarju usa’ ta’ appoġġ għall-innovazzjoni fid-difiża tal-UE, filwaqt li jappoġġa lill-EDTIB, billi jiffoka primarjament fuq l-SMEs, inklużi l-istart-ups, u l-prontezza tad-difiża ġenerali tal-UE u tal-Istati Membri tagħha.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Ir-Regolament huwa konsistenti bis-sħiħ ma’ firxa wiesgħa ta’ objettivi ta’ politika u ta’ prijoritajiet strateġiċi tal-Unjoni, b’mod partikolari s-sigurtà u d-difiża, il-kompetittività u l-innovazzjoni, u s-simplifikazzjoni, u jikkontribwixxi għalihom.

L-Aġenda Strateġika tal-UE 2024-2029 tqiegħed is-sigurtà u d-difiża fiċ-ċentru tal-prijoritajiet politiċi tal-UE, filwaqt li twiegħed li tnaqqas id-dipendenzi strateġiċi, iżżid il-kapaċitajiet tad-difiża, u tagħmel progress fir-rigward tal-bini ta’ Unjoni Ewropea tad-Difiża. Il-Linji Gwida Politiċi għall-Kummissjoni Ewropea 2024-2029 isaħħu din id-direzzjoni. Ir-Regolament propost jikkontribwixxi direttament għal dawn l-objettivi.

Barra minn hekk, il-Programm AGILE huwa konsistenti mal-Komunikazzjoni Konġunta tas-26 ta’ Marzu 2025 dwar l-Istrateġija Ewropea għal Unjoni tal-Preparatezza. Dan jitlob kooperazzjoni ċivili-militari mtejba, b’interazzjoni mtejba bejn l-atturi ċivili u militari. Dan l-approċċ huwa kruċjali għal dan ir-Regolament, li għandu wkoll l-għan li jrawwem is-sinerġiji mat-teknoloġiji ċivili. Il-Programm AGILE se jkollu enfasi qawwija fuq l-ingranaġġ tat-teknoloġiji ċivili għad-difiża, it-titjib tas-sinerġiji bejn id-difiża u r-riċerka u l-innovazzjoni ċivili.

Ir-Regolament propost huwa konformi wkoll mal-prijoritajiet ta’ politika tal-UE dwar il-kompetittività. Fil-Boxxla għall-Kompetittività, adottata fi Frar 2025 u msejsa fuq ir-Rapport Draghi, l-eliminazzjoni tad-distakk fl-innovazzjoni u t-trasformazzjoni tar-riċerka fi prodotti lesti għas-suq u skalabbli huma identifikati bħala waħda mill-aktar prijoritajiet strutturali urġenti tal-UE, b’enfasi partikolari fuq it-teknoloġija profonda, it-teknoloġiji b’użu doppju, u s-setturi fejn is-sovranità Ewropea hija fil-periklu.

Ir-Regolament jikkontribwixxi għal dan l-objettiv billi jaċċellera ċ-ċiklu bejn l-innovazzjoni u t-twettiq fis-settur tad-difiża u billi jipprovdi appoġġ immirat lill-atturi tad-Difiża l-Ġdida (b’mod partikolari l-SMEs, inklużi l-istart-ups u l-iscale-ups innovattivi) li qed ikunu dejjem aktar l-ixprunaturi primarji tal-iżvilupp teknoloġiku rivoluzzjonarju fl-Ewropa, u b’hekk jappoġġa direttament l-għan tal-Unjoni li ssaħħaħ is-sovranità teknoloġika tagħha u tnaqqas id-dipendenzi strateġiċi f’setturi kritiċi.

Il-Linji Gwida Politiċi għall-Kummissjoni Ewropea 2024-2029 jidentifikaw is-simplifikazzjoni bħala prijorità politika ewlenija u trażversali. Din hija ta’ importanza partikolari għall-atturi tad-difiża mhux tradizzjonali fil-mira tal-Programm AGILE, li spiss ikollhom abbiltajiet teknoloġiċi rilevanti ħafna iżda ma jkollhomx ir-riżorsi biex jinvolvu ruħhom fi proċessi ta’ finanzjament kumplessi u twal.

Il-proposta għal Regolament hija konformi wkoll mal-prijorità politika trażversali ewlenija tas-simplifikazzjoni skont l-objettivi relatati mal-prosperità sostenibbli, mal-kompetittività u mal-innovazzjoni tal-Ewropa. Il-Boxxla għall-Kompetittività u l-pakketti ta’ simplifikazzjoni Omnibus sussegwenti jikkonkretizzaw dan l-impenn, filwaqt li jappellaw għal tnaqqis sinifikanti fil-piż amministrattiv, b’mod partikolari għall-SMEs, u għall-istrumenti ta’ finanzjament li huma aċċessibbli, rapidi u proporzjonati. Il-Programm AGILE jikkomplementa l-Omnibus dwar il-Prontezza tad-Difiża, bl-objettivi speċifiċi ta’ urġenza u ta’ aġilità.

Ir-Regolament huwa mfassal f’allinjament sħiħ ma’ dawn l-objettivi, peress li l-Programm AGILE se jinkludi proċeduri simplifikati ta’ evalwazzjoni u ta’ aġġudikazzjoni, li jagħmluha aktar faċli għar-riċevituri biex jaċċessaw il-finanzjament u l-appoġġ, inaqqsu l-piż amministrattiv u jqassru ż-żmien għall-aġġudikazzjoni.

Il-programm propost huwa wkoll kompletament konsistenti mal-proposti tal-Kummissjoni għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss, b’mod partikolari l-Fond Ewropew għall-Kompetittività (ECF). Dan jinkludi dispożizzjonijiet bħall-intervent inċentivanti jew il-possibbiltà li jintuża approċċ aktar flessibbli u aċċessibbli għall-identifikazzjoni, għall-għażla u għall-appoġġ għal proġetti u ideat innovattivi, inkluż permezz ta’ proċeduri ta’ aġġudikazzjoni newtrali għall-istrumenti. Fl-aħħar nett, il-proposta hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE.

2.BAŻI LEGALI, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi legali

Il-Programm AGILE huwa bbażat fuq l-Artikolu 173 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) (il-kompetittività tal-industrija tad-difiża tal-UE)

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

L-azzjoni tal-Istati Membri waħedhom ma tistax tindirizza b’mod suffiċjenti l-isfidi tas-sigurtà u tad-difiża li qed jevolvu malajr li qed tiffaċċja l-UE bl-iskala u bil-veloċità meħtieġa. L-azzjoni koordinata fil-livell tal-UE hija neċessarja biex tiġi żgurata deterrenza kredibbli u biex tinżamm it-tmexxija teknoloġika fil-qasam tad-difiża.

Il-mekkaniżmi nazzjonali eżistenti li jappoġġaw l-innovazzjoni fid-difiża jvarjaw b’mod sinifikanti bejn l-Istati Membri. Mhux l-Istati Membri kollha għandhom il-mekkaniżmi biex jappoġġaw l-innovazzjoni rapida fid-difiża, u minħabba f’hekk, il-kumpaniji innovattivi f’xi pajjiżi jispiċċaw mingħajr aċċess għal opportunitajiet ta’ finanzjament. Fejn jeżistu tali mekkaniżmi, dawn għandhom it-tendenza li jagħtu prijorità lill-ekosistemi domestiċi, jillimitaw il-kooperazzjoni transfruntiera u jsaħħu l-approċċi kompartimentalizzati nazzjonali. Dan ix-xenarju frammentat ifixkel il-ħolqien ta’ perkorsi ta’ innovazzjoni fl-UE kollha u jipprevjeni li s-soluzzjonijiet innovattivi jiġu ttestjati, skalati u varati malajr madwar l-Unjoni.

F’dan il-kuntest, huwa meħtieġ programm fil-livell tal-UE aċċessibbli għall-Istati Membri kollha biex jiġi stabbilit approċċ konsistenti u inklużiv għall-innovazzjoni fid-difiża. Tali Programm fil-livell tal-UE jindirizza dawn l-isfidi direttament. Dan ikun aċċessibbli għall-entitajiet mill-Istati Membri kollha u jiffoka fuq l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet għal ħtiġijiet urġenti tad-difiża identifikati u kondiviżi minn diversi minnhom, u b’hekk irawwem il-kooperazzjoni u jiffaċilita l-akkwist konġunt.

Barra minn hekk, jappoġġa t-tkabbir tal-EDTIB billi jippermetti l-ħolqien ta’ atturi tad-Difiża l-Ġdida madwar l-UE. Fl-istess ħin, jikkontribwixxi għat-tnaqqis tad-dipendenza fuq is-sistemi u s-soluzzjonijiet tad-difiża ta’ pajjiżi terzi. Billi jagħmel enfasi speċifika fuq il-varar rapidu ta’ soluzzjonijiet tad-difiża, inkluż permezz tal-ittestjar iterattiv bl-involviment u bil-feedback diretti tal-Istati Membri, il-programm itejjeb ukoll l-interoperabbiltà, eżitu li huwa konsiderevolment inqas probabbli li jinkiseb permezz ta’ mekkaniżmi ġestiti purament fil-livell nazzjonali.

Proporzjonalità

Il-miżuri stabbiliti fil-Programm AGILE ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa strettament neċessarju biex jinkisbu l-objettivi tagħhom, u huma proporzjonati għall-iskala u għall-urġenza tal-problemi li ġew identifikati għal dawk l-objettivi.

Ir-Regolament li jistabbilixxi l-programm għandu l-għan li joħloq strument tal-UE rapidu, flessibbli u mmexxi mill-missjoni biex jaċċellera l-innovazzjoni rivoluzzjonarja fid-difiża u jipprovdi malajr soluzzjonijiet li jwieġbu għall-ħtiġijiet urġenti tad-difiża u tas-sigurtà identifikati mill-Istati Membri. Dan se jservi biex jittestja approċċi innovattivi u jiġbor tagħlimiet operazzjonali għall-QFP li jmiss. Biex jinkiseb dan l-objettiv, il-miżuri proposti huma kkalibrati bir-reqqa biex ikunu proporzjonati għall-ħtiġijiet tar-Regolament.

Ir-Regolament isegwi approċċ immirat u ristrett fiż-żmien, fil-kamp ta’ applikazzjoni u fil-baġit. L-impatt tal-programm se jkun primarjament limitat għal grupp immirat ta’ partijiet ikkonċernati tal-industrija tad-difiża, b’enfasi partikolari fuq SMEs innovattivi, inklużi l-istart-ups u l-iscale-ups innovattivi. Dan l-approċċ immirat jimminimizza l-impatt fuq is-settur ċivili. Barra minn hekk, il-Programm joħloq opportunitajiet għas-settur ċivili biex jikkontribwixxi għat-titjib tal-innovazzjoni fid-difiża madwar l-UE, isaħħaħ is-sinerġiji u jrawwem ambjent kollaborattiv.

Għażla tal-istrument

Il-Kummissjoni tipproponi Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Dan huwa l-aktar strument legali xieraq peress li Regolament biss, bl-applikazzjoni uniformi, bin-natura u bl-applikabbiltà diretta tiegħu, jista’ jipprovdi l-grad neċessarju ta’ uniformità meħtieġ biex tiġi aċċellerata l-innovazzjoni rivoluzzjonarja fid-difiża u jiġu pprovduti malajr soluzzjonijiet li jwieġbu għall-ħtiġijiet urġenti tad-difiża tal-Istati Membri tal-UE.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Il-Kummissjoni ppubblikat Sejħa għal Evidenza fil-portal Semma’ Leħnek fis-17 ta’ Frar, li kienet miftuħa għal 4 ġimgħat. Is-Sejħa għal Evidenza rċeviet sitt tweġibiet minn firxa ta’ partijiet ikkonċernati, inklużi ċittadini tal-UE (erba’ tweġibiet) u kumpaniji/negozji (żewġ tweġibiet), fejn ir-rispondenti kienu ġejjin mill-Belġju, mill-Italja, mis-Slovakkja, minn Spanja u mill-Ġermanja. Is-sottomissjonijiet koprew firxa wiesgħa ta’ suġġetti, inklużi l-appoġġ u proposti speċifiċi għat-tfassil ta’ mekkaniżmi ta’ finanzjament aktar aġli u favorevoli għall-istart-ups, rakkomandazzjonijiet dwar oqfsa ta’ trasparenza u l-ġlieda kontra l-approfittar għall-akkwist pubbliku fil-qasam tad-difiża, u suġġerimenti dwar kif għandu jitfassal u jiġi implimentat il-programm biex jiġu integrati aħjar l-SMEs innovattivi u l-entranti l-ġodda.

Barra minn hekk, ir-Regolament huwa msejjes fuq proċess ta’ konsultazzjoni estensiv imwettaq mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inklużi l-Istati Membri u l-industrija, kemm atturi stabbiliti kif ukoll entranti ġodda, għat-tħejjija tal-Pjan Direzzjonali għat-Trasformazzjoni tad-Difiża Ewropea u inizjattivi oħra relatati mad-difiża. Il-proċess ta’ konsultazzjoni inkluda avvenimenti u skambji, bħal Roundtables mal-atturi tad-Difiża l-Ġdida u mal-industrija tad-difiża, f’Ġunju u f’Novembru 2025 rispettivament, Djalogu Strateġiku mal-Industrija f’Mejju 2025 u konsultazzjonijiet mal-istart-ups u mal-iscape-ups tal-Aċċelleratur tan-Negozju tal-EUDIS.

L-Istrument AGILE huwa msejjes ukoll fuq il-feedback tal-partijiet ikkonċernati inkluż fir-Rapport ta’ Evalwazzjoni Interim tal-EDF, ippubblikat f’Ġunju 2025, li jeżamina l-ewwel snin ta’ implimentazzjoni tal-Fond. Dan enfasizza diversi kwistjonijiet ewlenin, b’mod partikolari l-ħtieġa li jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi għall-applikanti, speċjalment b’referenza għall-SMEs, u ż-żmien għall-għoti.

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Il-Kummissjoni bbażat fuq il-kontribut li rċeviet mill-partijiet ikkonċernati b’rispons għas-Sejħa għal Evidenza ppubblikata fis-17 ta’ Frar 2026.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni użat il-kontribut miġbur matul diskussjoni apposta mal-gruppi ta’ riflessjoni u mal-esperti, bl-għan li tiġbor l-informazzjoni intuwittiva u tiskambja l-ideat biex tappoġġa t-tħejjija tal-Pjan Direzzjonali għat-Trasformazzjoni tad-Difiża Ewropea. Din id-diskussjoni laqqgħet flimkien l-esperti minn madwar l-UE li jkopru firxa ta’ oqsma, inklużi d-difiża, l-innovazzjoni, il-ġeopolitika, u t-teknoloġiji rivoluzzjonarji.

Valutazzjoni tal-impatt

Ma twettqitx valutazzjoni tal-impatt għal din l-inizjattiva.

L-inizjattiva hija mmirata ħafna u proporzjonata fin-natura tagħha. Hija mfassla bħala programm pilota li għandu jiġi implimentat esklużivament fl-QFP attwali. L-objettiv primarju huwa li jiġu ttestjati approċċi innovattivi fid-dawl tal-perjodu tal-QFP li jmiss. It-twettiq ta’ valutazzjoni tal-impatt sħiħa għal tali proġett pilota b’limitu ta’ żmien ikun sproporzjonat u joħloq dewmien inkompatibbli mal-iskop fundamentali tagħha.

Barra minn hekk, l-inizjattiva hija limitata f’termini tal-kamp ta’ applikazzjoni u tal-impatt. Għandha baġit limitat ta’ EUR 115-il miljun, miksub kollu kemm hu minn riallokazzjonijiet interni fil-baġit attwali tal-UE allokati għal programmi relatati mal-industrija tad-difiża u mal-ispazju. Din ma toħloq l-ebda piż finanzjarju addizzjonali fuq l-Istati Membri jew fuq il-baġit tal-UE, u l-impatt tagħha huwa limitat għal segment speċifiku tal-partijiet ikkonċernati tad-difiża, primarjament SMEs innovattivi, inklużi start-ups u scale-ups innovattivi.

L-objettivi tal-Programm jiffukaw fuq il-ħtiġijiet identifikati permezz ta’ involviment u analiżi estensivi tal-partijiet ikkonċernati. Il-ħtieġa għal mekkaniżmi ta’ appoġġ aktar rapidi, għal piż amministrattiv imnaqqas, u għal tolleranza akbar tar-riskju ġiet iddokumentata b’mod konsistenti fl-evalwazzjonijiet tal-politika u fil-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati, li pprovdew bażi ta’ evidenza soda għall-approċċ propost.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Ir-Regolament ma huwiex mistenni li jżid il-piż amministrattiv.

Drittijiet fundamentali

M/A

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

L-inizjattiva għandha baġit ta’ EUR 115-il miljun, iffinanzjat kompletament permezz ta’ riallokazzjonijiet interni fil-QFP attwali. Ir-riżorsi se jittieħdu minn programmi eżistenti relatati mal-industrija tad-difiża u mal-ispazju, speċifikament il-Fond Ewropew għad-Difiża (EDF), il-Programm għall-Industrija tad-Difiża Ewropea (EDIP) u l-Programm Spazjali tal-UE. Dan il-pakkett baġitarju għandu l-għan li jsib bilanċ bejn il-minimizzazzjoni tal-impatt fuq il-programmi eżistenti u l-iżgurar li r-riżorsi jkunu jistgħu jiġu assorbiti bis-sħiħ fil-perjodu ta’ żmien ta’ sena għall-implimentazzjoni biex tiġi xprunata l-innovazzjoni fid-difiża. Huwa kkalibrat biex jissodisfa l-ħtiġijiet ta’ finanzjament osservati tal-SMEs, inklużi l-istart-ups u l-iscale-ups innovattivi, l-iżvilupp ta’ prodotti u teknoloġiji emerġenti u rivoluzzjonarji għad-difiża, li jippermetti lill-programm jikseb impatt tanġibbli u jappoġġa t-tkabbir ta’ dawn il-kumpaniji fis-settur tad-difiża u l-adozzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi tad-difiża mill-Istati Membri.

Dawn ir-riallokazzjonijiet mhux se jkollhom impatt negattiv fuq l-objettivi u fuq l-implimentazzjoni tal-programmi eżistenti, filwaqt li jiżguraw li l-impenji li għaddejjin u l-attivitajiet ippjanati skont dawn il-programmi jkunu jistgħu jkomplu kif ippjanat. Ir-riallokazzjoni tfasslet biex iżżomm l-effettività tal-programmi attwali filwaqt li tippermetti li din l-inizjattiva mmirata tindirizza l-ħtiġijiet urġenti tal-innovazzjoni fid-difiża. L-appoġġ tal-Unjoni pprovdut skont il-Programm, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, se jkun ta’ benefiċċju għall-istess entitajiet li huma fil-mira ta’ programmi oħra tad-difiża u tal-ispazju, iżda b’mod aktar immirat u aktar rapidu. Dan huwa partikolarment rilevanti għall-EDF, li l-objettivi tiegħu se jiġu kkomplementati minn din l-inizjattiva. Barra minn hekk, għall-EDIP, ir-riallokazzjoni tal-baġit ġejja mill-parti tal-baġit inizjalment allokata għal azzjonijiet ta’ appoġġ, li fil-biċċa l-kbira huma mmirati lejn l-SMEs, u b’hekk it-twassil ta’ dan il-finanzjament permezz ta’ AGILE se jiżgura appoġġ effettiv u li jħalli impatt mill-Unjoni lill-istess grupp ta’ benefiċjarji fil-mira. Fl-aħħar nett, l-appoġġ tal-programm għal soluzzjonijiet emerġenti u rivoluzzjonarji tad-difiża għad-difiża fid-dominju spazjali se jkollu wkoll effett konsegwenzjali pożittiv fuq il-Programm Spazjali tal-UE u fuq il-Programm għal Konnettività Sigura, li fl-aħħar mill-aħħar jikkontribwixxu għall-objettivi tal-politika spazjali tal-Unjoni.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

L-implimentazzjoni ta’ AGILE se tiġi mmonitorjata mill-qrib matul l-2027, b’enfasi fuq il-kapaċità tiegħu li jwassal innovazzjoni rapida u b’impatt għoli fil-qasam tad-difiża. Il-monitoraġġ se jsegwi aspetti ewlenin bħall-veloċità tat-teħid ta’ deċiżjonijiet u ż-żmien għall-għoti, il-parteċipazzjoni ta’ atturi tad-Difiża l-Ġdida, inklużi l-SMEs, inklużi l-istart-ups u l-iscale-ups innovattivi, l-involviment ta’ entitajiet ta’ pajjiżi terzi assoċjati, b’mod partikolari dawk Ukreni, u t-tranżizzjoni mill-innovazzjoni għall-ittestjar jew għall-varar.

Il-Kummissjoni se twettaq evalwazzjoni mmirata fi tmiem il-perjodu ta’ implimentazzjoni biex tivvaluta l-effettività, l-effiċjenza u l-valur miżjud tal-UE tiegħu. Ir-riżultati u t-tagħlimiet meħuda jistgħu jinfurmaw il-ħsieb dwar programmi futuri tal-UE għall-innovazzjoni fid-difiża fil-kuntest tal-proposti tal-Kummissjoni għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali mill-2028 ’il quddiem.

2026/0078 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-istabbiliment tal-Programm għall-innovazzjoni aġli u rapida fid-difiża (AGILE)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 173(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 7 ,

Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Ir-ritorn ta’ gwerra ta’ intensità għolja kkawżata mill-gwerra ta’ aggressjoni mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna jikkostitwixxi sfida eżistenzjali għall-Unjoni, li tirrikjedi żieda sinifikanti u dejjiema fil-kapaċità tal-Istati Membri li jsaħħu l-abbiltajiet tad-difiża u l-prontezza tagħhom. Id-deterjorament fit-tul tas-sigurtà reġjonali u globali jirrikjedi trasformazzjoni profonda tal-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea (EDTIB) biex tiġi żgurata l-kapaċità tagħha li tipprovdi prodotti innovattivi tad-difiża meħtieġa mill-forzi armati tal-Istati Membri fl-iskala u fil-ħin, b’mod partikolari fi żminijiet ta’ gwerra.

(2)L-Istati Membri, fil-laqgħa tal-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern tal-Unjoni f’Versailles fil-11 ta’ Marzu 2022, impenjaw ruħhom li jsaħħu l-abbiltajiet Ewropej tad-difiża u li jżidu n-nefqa tagħhom fid-difiża, iżidu l-kooperazzjoni permezz ta’ proġetti konġunti u akkwist komuni ta’ abbiltajiet ta’ difiża, jindirizzaw in-nuqqasijiet, jagħtu spinta lill-innovazzjoni u jsaħħu u jiżviluppaw l-Industrija tad-Difiża Ewropea.

(3)L-innovazzjoni hija kritika biex tinkiseb u tiġi appoġġata l-prontezza tad-difiża tal-Ewropa, b’mod partikolari fl-era tal-lum ta’ intensifikazzjoni tat-theddid, kompetizzjoni sistemika, u rivalitajiet ġeopolitiċi. Il-proliferazzjoni tat-theddid qanqlet tellieqa tal-armi internazzjonali u kompetizzjoni teknoloġika globali, b’teknoloġiji emerġenti u rivoluzzjonarji f’oqsma bħall-IA, il-kwantistika, ir-robotika, iċ-ċibernetika u l-ispazju, li għandhom rwol deċiżiv fiż-żamma ta’ vantaġġ strateġiku u fl-iżgurar ta’ deterrenza kredibbli. Biex jinkiseb dan huma meħtieġa l-ittestjar, il-validazzjoni u l-integrazzjoni rapidi ta’ dawn it-teknoloġiji fl-abbiltajiet tad-difiża, kif ukoll l-involviment kontinwu mal-ekosistema tat-teknoloġija u tal-innovazzjoni.

(4)Il-gwerra fl-Ukrajna turi kemm qed jevolvu malajr it-teknoloġiji tad-difiża. Iċ-ċikli tal-innovazzjoni qed isiru aktar rapidi, u dan ifisser li l-prodotti tad-difiża jridu jadattaw malajr. Barra minn hekk, dawn il-bidliet qed isawru mill-ġdid id-dinamika tal-kamp tal-battalja. L-SMEs, inklużi l-istart-ups u l-iscale-ups innovattivi, spiss bi sfond ċivili importanti, għandhom rwol ewlieni fl-appoġġ tad-difiża u tal-forzi armati tal-Ukrajna. Dawn l-atturi tad-Difiża l-Ġdida jġibu magħhom innovazzjoni aktar rapida, flessibbiltà akbar, soluzzjonijiet kosteffiċjenti, u ideat u proċessi operazzjonali ġodda. B’riżultat ta’ dan, qed isiru forza mexxejja ewlenija fit-trasformazzjoni tal-EDTIB. Il-White Paper għall-Prontezza tad-Difiża Ewropea 2030 tenfasizza l-importanza ta’ ekosistema tal-innovazzjoni teknoloġika b’saħħitha. Dan huwa essenzjali biex jiġi żgurat li l-industrija tad-difiża tal-Ewropa tkun tista’ żżomm il-pass man-natura tal-gwerra moderna li qed tinbidel malajr.

(5)Biex tipprovdi appoġġ komprensiv għar-riċerka u għall-iżvilupp kollaborattivi (R&Ż) tal-prodotti u tat-teknoloġiji tad-difiża, l-Unjoni stabbiliet il-Fond Ewropew għad-Difiża (EDF). B’baġit ta’ EUR 7,3 biljun fl-ambitu tal-QFP 2021-2027, l-EDF għandu l-għan li jippromwovi l-kompetittività, l-effiċjenza u l-kapaċità tal-innovazzjoni tal-EDTIB, kif ukoll li jnaqqas il-frammentazzjoni fl-EDTIB. Bħala wieħed mill-akbar programmi tar-R&Ż fil-qasam tad-difiża fl-Ewropa, l-EDF jappoġġa l-iżvilupp kollaborattiv tal-aktar sistemi tad-difiża kumplessi li l-ebda Stat Membru ma jista’ jaffordja li jiżviluppa waħdu. Jappoġġa wkoll l-iżvilupp ta’ ktajjen tal-provvista tad-difiża Ewropej ġodda. Bħala parti mill-EDF, l-Iskema tal-UE għall-Innovazzjoni fid-Difiża (EUDIS) ġiet stabbilita fl-2022, biex tipprovdi appoġġ immirat lill-atturi tad-difiża mhux tradizzjonali, b’mod partikolari l-SMEs u l-istart-ups, u biex tnaqqas l-ostakli għad-dħul fis-suq. L-EUDIS tinvolvi diversi inizjattivi, bħal sejħiet immirati għar-R&Ż, aċċellerazzjoni tan-negozju u servizzi ta’ tlaqqigħ, hackathons, u finanzjament mill-bejgħ ta’ ishma, li jammontaw għal madwar 20 % tal-baġit tal-EDF impenjat kull sena. Dawn l-azzjonijiet ikkontribwew b’mod sinifikanti għall-espansjoni tal-EDTIB u għat-trawwim tal-kapaċità tal-innovazzjoni fid-difiża madwar l-Unjoni. Barra minn hekk, l-inizjattiva BraveTech EU tal-EDF tipprovdi aktar appoġġ għall-innovaturi tad-difiża, u toffrilhom aċċess gradwali għall-finanzjament flimkien mal-ittestjar tat-teknoloġija u ċ-ċikli ta’ żvilupp iterattiv. Din tiffoka fuq l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq il-ħtiġijiet tad-difiża identifikati mill-Ukrajna, li jagħtu lill-industrija Ukrena opportunità diretta biex tikkollabora mal-innovaturi tad-difiża tal-UE.

(6)Ir-Regolamenti (UE) 2021/695 8 u (UE) 2024/795 9 jippermettu lill-Aċċelleratur tal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC) jappoġġa t-teknoloġiji b’użu doppju u jistimula l-investiment fit-teknoloġiji tad-difiża skont il-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa (STEP). Barra minn hekk, dan ir-Regolament jippermetti l-appoġġ dirett tal-EIC għat-teknoloġiji tad-difiża fil-forma ta’ finanzjament dirett mill-bejgħ ta’ ishma.

(7)Ir-Regolament (UE) 2025/2653 10 introduċa wkoll bidliet immirati fir-Regolament (UE) 2021/697 11 , b’mod partikolari fir-rigward tal-azzjonijiet dwar it-teknoloġija rivoluzzjonarja għad-difiża. B’mod speċifiku, dawk il-bidliet jipprovdu l-possibbiltà li fil-programm ta’ ħidma jiġu ddefiniti l-aktar forom xierqa ta’ kriterji u proċeduri għall-għażla u għall-aġġudikazzjoni għal kull sejħa għal proposti ta’ proġetti. Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) [referenza tal-omnibus dwar il-prontezza tad-difiża], introduċa aktar emendi tar-Regolament (UE) 2021/697, u espanda din il-possibbiltà biex ikopri s-sejħiet kollha mnedija fl-ambitu tal-Fond Ewropew għad-Difiża, b’mod partikolari dawk immirati lejn l-SMEs.

(8)Minbarra dawk l-isforzi sostanzjali, jenħtieġ li jiġi stabbilit programm ġdid (il-Programm AGILE, “il-Programm”) biex jipprovdi appoġġ rapidu, aġli u mmirat lill-SMEs, inklużi l-istart-ups u l-iscale-ups innovattivi sa fejn dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-definizzjoni tal-SMEs, biex jiżviluppaw soluzzjonijiet innovattivi tad-difiża. Jenħtieġ li l-programm jiffoka fuq l-appoġġ għall-iżvilupp ta’ prodotti u teknoloġiji emerġenti u rivoluzzjonarji għad-difiża sa livell għoli ta’ prontezza teknoloġika, inkluż l-adattament tat-teknoloġiji ċivili għal applikazzjonijiet tad-difiża, biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet l-aktar urġenti tal-iżvilupp tal-abbiltà tal-Istati Membri u tal-pajjiżi terzi assoċjati, b’enfasi partikolari fuq soluzzjonijiet tad-difiża b’kost baxx.

(9)Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effiċjenti tal-baġit tal-UE, il-Programm AGILE se jkun kompletament komplementari għall-istrumenti eżistenti tal-UE li jappoġġaw l-innovazzjoni fid-difiża. L-EUDIS tappoġġa l-atturi tad-difiża mhux tradizzjonali fil-qafas usa’ tal-EDF, inklużi għotjiet għar-R&Ż għal konsorzji u għal azzjonijiet oħra ta’ appoġġ immirati lejn entitajiet uniċi (l-Aċċelleratur tan-Negozju, it-Tlaqqigħ). Iċ-Ċentru ta’ Innovazzjoni fid-Difiża (HEDI), ġestit mill-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA), irawwem il-kooperazzjoni fost l-Istati Membri dwar l-innovazzjoni fid-difiża. L-EIC huwa programm ta’ innovazzjoni ewlieni tal-UE biex jiġu identifikati, żviluppati u miżjuda t-teknoloġiji trasformattivi u l-innovazzjoni rivoluzzjonarja. Wara l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2025/2653, l-Iskema STEP Scale UP tal-EIC se tipprovdi finanzjament dirett mill-bejgħ ta’ ishma biex tgħin lill-kumpaniji tad-difiża u dawk b’użu doppju jżidu l-innovazzjonijiet tagħhom. AGILE jelimina distakk distint, peress li se joffri appoġġ simplifikat u dirett lil SMEs individwali, inklużi start-ups u scale-ups innovattivi, għall-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet innovattivi u għall-adozzjoni tiegħu mill-Istati Membri u mill-industrija, bi skedi ta’ żmien qosra ħafna għall-aġġudikazzjoni u b’rabta ċara mal-ħtiġijiet tal-abbiltà tal-Istati Membri. Għalhekk, jenħtieġ li jippermetti lill-Unjoni tippilota approċċi ġodda biex tappoġġa l-innovazzjoni fid-difiża, filwaqt li tikkomplementa l-istrumenti eżistenti tal-UE f’diversi livelli ta’ maturità, daqsijiet ta’ konsorzji, perjodi ta’ żmien u oqsma teknoloġiċi. L-evoluzzjoni rapida tat-theddid għad-difiża teħtieġ bidla lejn approċċ aktar flessibbli biex il-kumpaniji innovattivi (b’mod partikolari l-SMEs, inklużi l-istart-ups u l-iscale-ups innovattivi) ikunu jistgħu jwieġbu malajr għall-isfidi tal-abbiltà identifikati. Għalhekk, jenħtieġ li l-Programm jagħti prijorità lill-attivitajiet ta’ innovazzjoni bbażati fuq l-isfidi b’ċikli ta’ iterazzjoni rapidi, marbuta direttament mar-rekwiżiti operazzjonali prijoritarji tal-Istati Membri.

(10)B’mod partikolari, jenħtieġ li l-Programm ifittex li jaċċellera b’mod sinifikanti ċ-ċikli tal-innovazzjoni tal-prodotti u t-teknoloġiji tad-difiża b’potenzjal rivoluzzjonarju kbir, li mistennija jkunu jistgħu jiġu sfruttati bis-sħiħ mis-sena li ġejja sa 3 snin wara. Jenħtieġ li joffri lill-innovaturi l-akbar flessibbiltà possibbli biex jipproponu soluzzjonijiet ġodda, inkluż minn entitajiet ġuridiċi uniċi, filwaqt li jippermetti s-sottokuntrattar ta’ kompiti speċifiċi jew il-kollaborazzjoni ma’ entitajiet oħra matul l-implimentazzjoni.

(11)Madankollu, l-isfida strutturali persistenti għall-SMEs Ewropej tad-difiża, inklużi l-istart-ups u l-iscale-ups innovattivi, hija d-distakk bejn l-innovazzjoni ta’ suċċess u l-varar operazzjonali mill-forzi armati tal-Istati Membri u tal-pajjiżi terzi assoċjati. Biex jindirizza dak id-distakk, jenħtieġ li l-Programm jallinja mal-ħtiġijiet tad-difiża ġenwini u ta’ prijorità, tal-Istati Membri u tal-pajjiżi terzi assoċjati. B’dan il-mod, jenħtieġ li jappoġġa l-adozzjoni ta’ soluzzjonijiet ta’ innovazzjoni mill-forzi armati u mill-industrija tad-difiża tagħhom, b’mod partikolari l-kuntratturi ewlenin u s-sottokuntratturi tal-ewwel livell. Jenħtieġ li l-Programm jistabbilixxi proċess rapidu li jippermetti lill-Unjoni tappoġġa l-ittestjar u l-varar ta’ mekkaniżmi tal-appoġġ innovattivi li jindirizzaw l-aktar rekwiżiti urġenti tal-prontezza tad-difiża, inkluż b’appoġġ għall-Inizjattivi Emblematiċi għall-Prontezza Ewropea.

(12)Għal dan l-għan, jenħtieġ li l-Programm jappoġġa l-attivitajiet li jinvolvu l-ittestjar, l-esperimentazzjoni u d-dimostrazzjonijiet fuq il-post. Jenħtieġ li dawn l-attivitajiet jippermettu lill-entitajiet jivvalidaw is-soluzzjonijiet innovattivi f’kundizzjonijiet operazzjonali realistiċi, filwaqt li jiġġeneraw il-feedback f’ħin reali li jista’ jintuża biex jiġu rfinati u jittejbu s-soluzzjonijiet permezz ta’ proċess iterattiv. L-involviment attiv tal-Istati Membri huwa kruċjali f’kull stadju ta’ dan il-proċess, mill-istabbiliment ta’ rekwiżiti tal-ttestjar sal-valutazzjoni tal-abbiltajiet murija. Dan se jgħin biex jinħolqu sinjali kredibbli tad-domanda u jiġu ffaċilitati deċiżjonijiet sussegwenti dwar l-akkwist. Barra minn hekk, il-Programm jista’ jappoġġa l-adozzjoni ta’ teknoloġiji u ta’ prodotti ġodda billi jaggrega d-domanda, u juża mekkaniżmi innovattivi tal-akkwist, bħal sħubijiet għall-innovazzjoni. Jistgħu jiġu żviluppati wkoll pjattaformi u servizzi kondiviżi biex jindirizzaw il-ħtiġijiet operazzjonali komuni ta’ diversi utenti finali.

(13)L-abbiltajiet ibbażati fl-ispazju saru faċilitaturi indispensabbli tal-operazzjonijiet moderni tad-difiża u tas-sigurtà, billi jipprovdu funzjonijiet kritiċi inklużi l-intelligence, is-sorveljanza u r-rikonjizzjoni, il-komunikazzjonijiet siguri, il-pożizzjonament, in-navigazzjoni u s-sinkronizzazzjoni, u t-twissija bikrija. Barra minn hekk, id-dipendenza dejjem akbar tal-forzi armati fuq l-assi bbażati fl-ispazju, flimkien mal-vulnerabbiltà dejjem akbar tal-infrastruttura spazjali għat-theddid, jagħmlu r-reżiljenza u r-rispons tas-settur spazjali Ewropew prijorità strateġika. Fil-White Paper għall-Prontezza tad-Difiża Ewropea 2030, l-ispazju huwa identifikat bħala faċilitatur strateġiku ewlieni fl-oqsma tal-abbiltà ta’ prijorità stabbiliti mill-UE u mill-Istati Membri tagħha, u l-Pjan Direzzjonali għall-Prontezza tad-Difiża jipproponi Tarka Spazjali Ewropea bħala inizjattiva emblematika potenzjali. In-natura b’użu doppju tat-teknoloġiji u tas-servizzi spazjali tfisser li l-innovazzjoni fis-settur spazjali għandha implikazzjonijiet diretti u immedjati għall-abbiltajiet tad-difiża, u li d-domanda mmexxija mid-difiża tista’ taċċellera l-iżvilupp u l-kummerċjalizzazzjoni tat-teknoloġiji spazjali Ewropej. Għalhekk, jenħtieġ li l-Programm jappoġġa l-iżvilupp ta’ abbiltajiet tad-difiża innovattivi bbażati fl-ispazju u ffaċilitati mill-ispazju, billi jinkludi lill-entranti ġodda u l-atturi mhux tradizzjonali, ħalli jittejbu l-awtonomija strateġika tal-Unjoni fl-ispazju u l-EDTIB. Dan jinkludi l-kontribut għall-iżvilupp ta’ Servizz Governattiv għall-Osservazzjoni tad-Dinja (EOGS) futur b’abbiltajiet ta’ osservazzjoni tad-dinja awtonomi, reżiljenti u ta’ grad ta’ difiża. Jenħtieġ li l-Programm jappoġġa wkoll l-attivitajiet fid-dominju spazjali biex jaċċellera l-adozzjoni tal-abbiltajiet tad-difiża bbażati fl-ispazju mill-Istati Membri u mill-UE, f’konformità mal-Programm Spazjali, mal-Programm għal Konnettività Sigura jew fir-rigward tal-attivitajiet taċ-Ċentru Satellitari tal-UE (SatCen), filwaqt li jiżgura l-konsistenza mal-inizjattivi rilevanti tal-Unjoni relatati mal-ispazju.

(14)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni għall-adozzjoni ta’ programmi ta’ ħidma. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 12 . Sabiex jiġu żgurati l-adozzjoni rapida ta’ dawn il-programmi ta’ ħidma u, fl-aħħar mill-aħħar, l-implimentazzjoni tal-Programm għall-benefiċċju tal-ekosistema tal-SMEs Ewropej tad-difiża, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tuża l-proċedura konsultattiva stabbilita fl-Artikolu 4 tar-Regolament imsemmi hawn fuq.

(15)Jenħtieġ li l-programm ta’ ħidma jistabbilixxi sfidi, definiti bħala sejħiet għal proposti, li jindirizzaw ħtiġijiet speċifiċi tad-difiża identifikati f’koordinazzjoni mal-Istati Membri, abbażi ta’ proċess strutturat li jinvolvi lill-Istati Membri sabiex il-proġetti appoġġati jwieġbu għal ħtiġijiet tad-difiża ġenwini u ta’ prijorità tal-Istati Membri. Għal dan l-għan, il-programm ta’ ħidma jista’ jibbaża wkoll fuq il-kontribut mill-industriji ewlenin u l-EDA bil-ħsieb li jiġu indirizzati ħtiġijiet speċifiċi tal-abbiltà mmexxija mill-missjoni. Fil-każijiet kollha, jenħtieġ li tingħata prijorità lill-isfidi li jattiraw l-aktar appoġġ wiesa’ possibbli mill-Istati Membri, u dan jirrifletti domanda komuni ġenwina u allinjament strateġiku, u jikkontribwixxi għall-prontezza tad-difiża tal-UE kollha kemm hi. Sabiex ikopri l-firxa sħiħa tal-innovazzjoni, jenħtieġ li l-Programm jinkludi wkoll sejħiet li jindirizzaw objettivi usa’ tal-innovazzjoni fid-difiża. Fl-għażla tal-proġetti fl-ambitu ta’ tali sejħiet u sfidi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li l-Programm jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-kapaċità industrijali tad-difiża madwar l-Unjoni kollha kemm hi u għall-indirizzar ta’ theddid urġenti u dejjiem.

(16)Il-Programm għandu l-għan li jappoġġa l-isforzi tal-innovazzjoni tal-atturi tad-difiża mhux tradizzjonali, u primarjament tal-SMEs, inklużi l-istart-ups u l-iscale-ups innovattivi. Billi jipprovdi appoġġ immirat, il-Programm ifittex li jaċċellera l-maturazzjoni u l-irfinar tat-teknoloġiji u tal-prodotti rivoluzzjonarji tagħhom, u jressaqhom eqreb lejn is-suq, u fl-aħħar mill-aħħar itejjeb il-kompetittività u t-tkabbir tagħhom.

(17)Peress li l-Programm AGILE għandu l-għan li jappoġġa l-kapaċità tal-innovazzjoni tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni, jenħtieġ li jkunu eliġibbli għall-appoġġ biss l-entitajiet ġuridiċi li huma stabbiliti fl-UE jew f’pajjiżi terzi assoċjati u li ma humiex soġġetti għal kontroll minn pajjiżi terzi mhux assoċjati jew minn entitajiet ta’ pajjiżi terzi mhux assoċjati. Barra minn hekk, biex jiġu protetti l-interessi essenzjali tas-sigurtà u tad-difiża tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, l-infrastruttura, il-faċilitajiet, l-assi u r-riżorsi tar-riċevituri u tas-sottokuntratturi involuti f’azzjoni appoġġata mill-Programm jenħtieġ li jkunu jinsabu fit-territorju ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz assoċjat għad-durata kollha ta’ azzjoni, u r-riċevituri jenħtieġ li jkollhom l-istrutturi maniġerjali eżekuttivi tagħhom fl-UE jew f’pajjiż terz assoċjat. Sabiex jiġu ssalvagwardjati dawn l-interessi essenzjali tas-sigurtà u tad-difiża, jenħtieġ li dawk il-kriterji tal-eliġibbiltà japplikaw ukoll għall-finanzjament ipprovdut permezz tal-akkwist.

(18)L-evalwazzjoni interim tal-Fond Ewropew għad-Difiża (EDF) uriet li l-piż amministrattiv u ż-żmien meħtieġ biex jiġu pprovduti l-garanziji meta riċevitur stabbilit fl-UE jkun ikkontrollat minn pajjiż terz jew minn entità mhux assoċjata huma inkompatibbli mal-veloċità u mal-flessibbiltà neċessarji għall-implimentazzjoni effettiva tal-programm. Sabiex tiġi indirizzata din l-isfida u tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni rapida tal-Programm, jenħtieġ li ma jkunux permessi derogi mill-prinċipju li r-riċevituri ma għandhomx ikunu kkontrollati minn entitajiet stabbiliti barra mill-UE jew minn pajjiżi assoċjati. Il-prattika minn programmi preċedenti tal-industrija tad-difiża tindika wkoll li l-għoti ta’ garanziji jirriżulta f’kumplessità proċedurali addizzjonali u perjodi ta’ evalwazzjoni itwal, filwaqt li t-tneħħija ta’ din l-eċċezzjoni x’aktarx li ma taffettwax b’mod sinifikanti l-għadd ta’ entitajiet eliġibbli.

(19)Sabiex jiġi żgurat li l-forzi armati tal-Istati Membri jkunu jistgħu jibbenefikaw minn teknoloġiji u innovazzjoni mill-aktar avvanzati, jenħtieġ li l-Programm ikun jista’ jipprovdi inċentivi biex jattira l-SMEs, inklużi l-istart-ups u l-iscale-ups innovattivi, stabbiliti barra mill-UE jew minn pajjiżi terzi assoċjati iżda li jkollhom il-potenzjal li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-kisba tal-objettivi tal-Programm.  Għal dan l-għan, jenħtieġ li l-programm ta’ ħidma jkun jista’ jidentifika ċerti proċeduri ta’ aġġudikazzjoni li fihom tali SMEs jistgħu jipparteċipaw fil-programm AGILE anke jekk ikunu għadhom ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-eliġibbiltà relatati mal-istabbiliment tagħhom jew mal-istabbiliment tal-istruttura maniġerjali eżekuttiva tagħhom fl-UE jew f’pajjiż terz assoċjat (intervent inċentivanti). Fl-ambitu ta’ dan l-approċċ, ir-riċevituri jingħataw rinunzja temporanja u kundizzjonali ta’ tali rekwiżiti tal-eliġibbiltà, li jkollhom jikkonformaw magħhom fl-iskeda taż-żmien speċifikata fl-impenn legali biex jirċievu l-appoġġ tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jiġu protetti kif xieraq, u jenħtieġ li l-pagamenti jsiru biss ladarba r-rekwiżiti tal-eliġibbiltà jkunu ġew issodisfati sa tmiem il-perjodu ta’ rinunzja.

(20)Sabiex l-intervent inċentivanti jkun jista’ jikseb l-iskop maħsub tiegħu, jenħtieġ li jkun possibbli li ssir deroga mir-rekwiżit tal-eliġibbiltà li r-riċevituri jkunu stabbiliti u jkollhom l-istruttura maniġerjali eżekuttiva tagħhom fl-UE jew f’pajjiż terz assoċjat biex jirċievu l-appoġġ tal-Unjoni, dment li tali appoġġ ikollu l-għan speċifiku li jiffaċilita l-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti tal-eliġibbiltà, inkluż billi jkopri l-kostijiet assoċjati mar-rilokazzjoni tal-kumpanija jew l-istabbiliment tal-istruttura maniġerjali eżekuttiva tagħha fl-UE jew f’pajjiż terz assoċjat.

(21)Minħabba l-ħtieġa li l-azzjonijiet appoġġati fl-ambitu tal-Programm AGILE jiġu implimentati f’perjodu ta’ żmien qasir, filwaqt li jiġi mminimizzat il-piż amministrattiv fuq l-applikanti, jenħtieġ li jintuża finanzjament mhux marbut mal-kost, jew għażliet ta’ kostijiet simplifikati, inklużi somom f’daqqa uniċi, meta l-appoġġ tal-Unjoni jiġi pprovdut fil-forma ta’ għotja. Jenħtieġ li l-appoġġ tal-Unjoni jingħata biss fil-forma ta’ rimborż tal-kostijiet eliġibbli reali meta l-objettivi ta’ azzjoni speċifika ma jkunux jistgħu jinkisbu b’xi mod ieħor.

(22)Il-funzjonament tas-settur tal-industrija tad-difiża ma jsegwix ir-regoli konvenzjonali u l-mudelli kummerċjali li jirregolaw swieq aktar tradizzjonali. Id-domanda tiġi kważi esklużivament mill-gvernijiet nazzjonali, li jikkontrollaw ukoll l-akkwist kollu ta’ prodotti u ta’ teknoloġiji relatati mad-difiża, inklużi l-esportazzjonijiet. Għalhekk, l-industrija tad-difiża, b’mod partikolari l-innovaturi tad-difiża żgħar u mhux tradizzjonali, ma tinvolvix ruħha fi proġetti ta’ innovazzjoni awtofinanzjati sostanzjali, u l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi assoċjati spiss jiffinanzjaw bis-sħiħ il-kostijiet relatati kollha. Barra minn hekk, dawn l-atturi jiffaċċjaw ostakli persistenti fl-aċċess għall-finanzjament, inkluż il-kofinanzjament, b’mod partikolari l-finanzjament privat għall-investimenti, minħabba r-riskji li l-atturi tas-suq jassoċjaw ma’ tali investimenti. Għalhekk, l-ingranaġġ tal-investiment pubbliku għas-settur tad-difiża tal-Unjoni huwa vitali, minħabba l-ħtieġa urġenti li tingħata spinta lill-investiment fl-innovazzjoni fid-difiża. Peress li dawn il-miżuri ma jitwettqux mod ieħor, jidher iġġustifikat li l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni jista’ jkopri sa 100 % tal-kostijiet eliġibbli għal azzjonijiet eliġibbli fl-ambitu tal-Programm AGILE.

(23)Sabiex jiġi ssimplifikat u aċċellerat aktar il-proċess ta’ sottomissjoni u evalwazzjoni, jenħtieġ li l-appoġġ tal-Unjoni jiġi pprovdut permezz ta’ proċedura tal-evalwazzjoni apposta, li tinvolvi ċerti kontrolli wara li tkun ittieħdet id-deċiżjoni ta’ aġġudikazzjoni. Jenħtieġ li l-applikanti jiġu mistiedna jissottomettu proposti flimkien ma’ sommarju qasir. Jenħtieġ li dan is-sommarju jiġi evalwat qabel ma l-proposti jiġu evalwati bis-sħiħ skont il-kriterji għall-aġġudikazzjoni rilevanti stabbiliti fil-programm ta’ ħidma. Dan l-approċċ huwa maħsub biex inaqqas il-piż amministrattiv fuq l-applikanti u jipprovdi ċertezza finanzjarja malajr kemm jista’ jkun, filwaqt li jiġi aċċettat livell raġonevoli ta’ riskju finanzjarju jew legali għall-Unjoni, proporzjonat għall-objettivi segwiti. Jenħtieġ li l-interess finanzjarju tal-Unjoni jiġi protett kif xieraq, u jenħtieġ li ma jiġi pprovdut l-ebda finanzjament sakemm titlesta l-evalwazzjoni sħiħa.

(24)Għall-istess għan, jenħtieġ li jkun possibbli li ssir deroga minn ċerti obbligi skont ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 li jikkonċernaw il-kontenut tal-applikazzjonijiet għal għotja, il-kriterji għall-għażla, u l-proċedura tal-evalwazzjoni. Dan jippermetti li d-deċiżjoni ta’ aġġudikazzjoni tiġi adottata u li l-ftehim ta’ għotja jiġi ffirmat abbażi ta’ valutazzjoni preliminari tal-kriterji tal-eliġibbiltà u dawk għall-għażla, li tibbaża b’mod partikolari fuq id-dikjarazzjonijiet tal-applikanti fuq l-unur, inkluż fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ kontroll. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta deċiżjonijiet ta’ aġġudikazzjoni mingħajr dewmien u tlesti l-evalwazzjoni finali tal-kriterji rilevanti fi żmien 4 xhur mill-iskadenza tal-applikazzjoni. Jenħtieġ li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jiġu protetti kif xieraq, u jenħtieġ li l-pagamenti jiġu pprovduti biss ladarba titlesta l-evalwazzjoni finali.

(25)Bħala alternattiva għal din il-proċedura ta’ evalwazzjoni aċċellerata, u sabiex l-Unjoni tappoġġa s-soluzzjoni innovattiva mingħajr tnaqqis jew limitazzjoni artifiċjali inizjali marbuta mal-forma speċifika meħuda mill-appoġġ tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Programm AGILE jippermetti approċċ aktar flessibbli u aċċessibbli għall-identifikazzjoni, għall-għażla u għall-appoġġ ta’ proġetti u ta’ ideat innovattivi, inkluż permezz ta’ proċeduri ta’ aġġudikazzjoni newtrali għall-istrumenti. Fl-ambitu ta’ tali approċċ, jenħtieġ li l-ideat jiġu vvalutati u jintgħażlu abbażi tal-mertu tagħhom bħala kontribut għall-objettivi tal-Programm AGILE. L-aktar strument ta’ implimentazzjoni baġitarja xieraq u effettiv fl-ambitu tal-Programm, kemm jekk għotja, akkwist jew forma oħra ta’ appoġġ, jenħtieġ li jiġi ddeterminat biss wara l-għażla, abbażi tal-karatteristiċi, tar-rekwiżiti u tal-merti speċifiċi tal-proġett individwali.

(26)Sabiex il-Programm jibqa’ attraenti għal firxa usa’ ta’ applikanti potenzjali u sabiex jiġi indirizzat distakk eżistenti fiċ-ċiklu tal-innovazzjoni fid-difiża, huwa neċessarju u proporzjonat li l-kostijiet imġarrba qabel ma tiġi sottomessa l-applikazzjoni għal għotja jkunu eliġibbli għall-finanzjament, kif previst fl-Artikolu 196(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509. Il-Programm AGILE jiffoka fuq l-attivitajiet ta’ żvilupp fi stadju avvanzat li jnaqqsu d-distakk kritiku bejn il-kummerċjalizzazzjoni u l-akkwist, u jqarrbu l-prodotti u t-teknoloġiji emerġenti u rivoluzzjonarji għad-difiża lejn il-prontezza tas-suq u l-varar operazzjonali. Il-kumpaniji innovattivi, b’mod partikolari l-SMEs, spiss jibdew xogħol ta’ żvilupp u jiffinanzjawh huma stess qabel ma jsiru disponibbli opportunitajiet ta’ finanzjament formali. B’hekk, il-Programm se jkun jista’ jappoġġa l-azzjonijiet tal-innovazzjoni kritiċi li jkunu bdew sa 3 xhur qabel l-għeluq tas-sejħa għal proposti, biex dawn jirċievu l-appoġġ tal-UE u jaċċelleraw it-tlestija tagħhom, filwaqt li jiġi żgurat it-twassil f’waqtu tar-riżultati li jindirizzaw l-aktar sfidi urġenti li jiffaċċjaw il-forzi armati tal-Istati Membri u l-pajjiżi terzi assoċjati.

(27)Id-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 13 tipprevedi esklużjoni speċifika mill-obbligi li tipprevedi għall-kuntratti mogħtija fl-ambitu ta’ ċerti programmi kooperattivi bbażati fuq ir-riċerka u fuq l-iżvilupp. Wara l-adozzjoni tad-Direttiva XXX [id-Direttiva Omnibus 2025/0177 (COD)], id-Direttiva dwar l-Akkwist Pubbliku fl-Oqsma tad-Difiża u tas-Sigurtà tagħmilha ċara li l-proġett ta’ riċerka u ta’ żvilupp ġestit mill-istituzzjonijiet jew mill-korpi tal-UE u implimentat f’konformità mar-regoli tal-Unjoni u ffinanzjat mill-baġit tal-Unjoni, jikkostitwixxi programm kooperattiv imwettaq b’mod konġunt minn mill-inqas żewġ Stati Membri u jista’ jitkompla għall-fażijiet ta’ wara l-fażi tar-riċerka u tal-iżvilupp. F’dan il-każ, il-kuntratti aġġudikati skont il-programm ta’ segwitu jistgħu jkunu esklużi wkoll. Din l-eżenzjoni tapplika, b’mod partikolari, għal kuntratti aġġudikati fil-qafas ta’ proġetti appoġġati mill-Programm AGILE.

(28)Sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-informazzjoni klassifikata fil-livell meħtieġ, huwa essenzjali li jkun hemm konformità mal-istandards minimi dwar is-sigurtà industrijali meta jiġu ffirmati ftehimiet klassifikati ta’ fondi u ta’ finanzjament. Għal dak l-għan, u f’konformità mal-liġijiet nazzjonali applikabbli, l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi assoċjati li r-riċevituri huma stabbiliti fit-territorju tagħhom, jenħtieġ li jistabbilixxu qafas ta’ sigurtà –– li jinkludi Struzzjonijiet ta’ Sigurtà ta’ Proġett u Gwida tal-Klassifikazzjoni ta’ Sigurtà relatata –– f’każijiet fejn l-implimentazzjoni tal-Programm AGILE tkun tinvolvi jew tiġġenera informazzjoni li tiġġustifika livell ta’ klassifikazzjoni.

(29)Jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE, b’mod partikolari l-Artikoli 101 sa 109 TFUE u l-atti legali li jagħtu effett lil dawk l-Artikoli.

(30)Minħabba l-ħtieġa urġenti li jiġu appoġġati investimenti kruċjali fl-abbiltajiet tad-difiża u b’mod partikolari fl-innovazzjoni fid-difiża fil-kuntest ta’ sfidi ġeopolitiċi urġenti, jixraq li tiġi prevista eċċezzjoni għall-perjodu ta’ 8 ġimgħat imsemmi fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-TUE, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. Fuq l-istess bażi, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(31)Jixraq li jiġi stabbilit pakkett finanzjarju indikattiv għall-Programm AGILE.

(32)Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 14 japplika għall-Programm. Dan jistabbilixxi r-regoli dwar l-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni, inkluż ir-regoli dwar l-għotjiet, il-premjijiet, id-donazzjonijiet mhux finanzjarji, l-akkwist, il-ġestjoni indiretta, l-assistenza finanzjarja, l-istrumenti finanzjarji u l-garanziji baġitarji.

(33)F’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 15 , ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 16 , ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 17 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 18 , l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jridu jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inklużi l-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet u ta’ frodi, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett u, fejn xieraq, l-impożizzjoni ta’ penali amministrattivi.

(34)B’mod partikolari, f’konformità mar-Regolamenti (UE, Euratom) Nru 883/2013 u (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq investigazzjonijiet, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. F’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jista’ jinvestiga u jieħu azzjoni kriminali kontra każijiet ta’ frodi u attivitajiet illegali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 19 .

(35)F’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Programm għall-innovazzjoni aġli u rapida fid-difiża (il-Programm AGILE) għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2027 sal-31 ta’ Diċembru 2027, u jistabbilixxi l-objettivi u l-baġit tiegħu, il-forom ta’ finanzjament fl-ambitu tal-Programm u r-regoli għall-għoti ta’ tali finanzjament.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)“entità ġuridika” tfisser persuna ġuridika maħluqa u rikonoxxuta bħala tali skont id-dritt tal-Unjoni, id-dritt nazzjonali jew internazzjonali, inklużi Strutturi għall-Programm Ewropew dwar l-Armamenti (SEAP), stabbilita f’konformità mar-Regolament (UE) 2025/2643, li għandha personalità ġuridika u l-kapaċità li taġixxi f’isimha stess, teżerċita drittijiet u tkun soġġetta għal obbligi, jew entità li ma għandhiex personalità ġuridika kif imsemmi fl-Artikolu 200(2), il-punt (c), tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509;

(2)“kontroll” tfisser il-kapaċità li tiġi eżerċitata influwenza deċiżiva fuq entità ġuridika direttament, jew indirettament permezz ta’ entità ġuridika intermedja waħda jew aktar;

(3)“prodott tad-difiża” tfisser oġġetti, servizzi u xogħlijiet li huma fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/81/KE;

(4)“prodott jew teknoloġija emerġenti u rivoluzzjonarja għad-difiża” tfisser prodott jew teknoloġija tad-difiża li ġġib magħha bidla radikali, inkluża bidla fundamentali fil-kunċett u fit-twettiq tal-affarijiet tad-difiża, inkluż billi tissostitwixxi t-teknoloġiji tad-difiża eżistenti jew tagħmilhom obsoleti, u li hija mistennija li tkun tista’ tiġi sfruttata bis-sħiħ fi tmiem l-azzjoni;

(5)“intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju” jew “SMEs” tfisser intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju kif definiti fl-Artikolu 2 tal-Anness tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE.

(6)“informazzjoni ġenerali” tfisser kwalunkwe informazzjoni neċessarja għall-implimentazzjoni tal-Programm, jew utli għaliha, iġġenerata qabel il-qafas tal-Azzjoni jew barra minnu, u pprovduta u użata għall-finijiet tal-Azzjoni.

(7)“informazzjoni ġġenerata” tfisser data, għarfien prattiku jew informazzjoni ġġenerata fl-operazzjoni tal-Programm, tkun xi tkun il-forma jew in-natura tagħha.

Artikolu 3

Objettivi

1.L-objettiv ġenerali tal-Programm huwa li jappoġġa l-kapaċità tal-innovazzjoni rapida tal-SMEs, inklużi l-istart-ups u l-iscale-ups innovattivi, bil-ħsieb li jappoġġa t-twassil rapidu ta’ prodotti u ta’ teknoloġiji emerġenti u rivoluzzjonarji għad-difiża, jindirizza l-aktar sfidi reċenti u li qed jevolvu malajr li jiffaċċjaw il-forzi armati tal-Istati Membri, b’mod partikolari dawk li jirriżultaw mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, b’enfasi fuq il-kosteffiċjenza. B’hekk, il-Programm għandu jrawwem il-kompetittività tal-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea (EDTIB) u jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-prontezza tad-difiża tal-Unjoni, filwaqt li jnaqqas id-dipendenzi strateġiċi minn pajjiżi terzi mhux assoċjati.

2.Il-Programm għandu l-objettivi speċifiċi li ġejjin:

(a)li jaċċellera b’mod sinifikanti ċ-ċikli tal-innovazzjoni ta’ prodotti u ta’ teknoloġiji emerġenti u rivoluzzjonarji għad-difiża żviluppati madwar l-Unjoni mill-SMEs, inklużi l-istart-ups, filwaqt li jqis il-ħtiġijiet urġenti tal-Istati Membri u jisfrutta l-potenzjal tal-innovazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi.

(b)li jappoġġa l-adozzjoni mill-forzi armati tal-Istati Membri, u mill-kuntratturi industrijali tad-difiża ewlenin Ewropej ta’ prodotti u teknoloġiji emerġenti u rivoluzzjonarji għad-difiża żviluppati mill-SMEs, inklużi l-istart-ups u l-iscale-ups innovattivi, u ż-żieda tagħhom madwar l-Ewropa, biex b’hekk jissaħħaħ il-vantaġġ teknoloġiku tal-forzi armati tal-Istati Membri u jittejbu r-reżiljenza u s-sigurtà tal-provvista għal tali prodotti u teknoloġiji tad-difiża madwar l-UE.

Artikolu 4

Baġit

1.Il-pakkett finanzjarju indikattiv għall-implimentazzjoni tal-Programm, bejn l-1 ta’ Jannar 2027 u l-31 ta’ Diċembru 2027, għandu jkun ta’ EUR 115 000 000 fi prezzijiet attwali.

2.L-impenji baġitarji għal attivitajiet mifruxa fuq aktar minn sena finanzjarja waħda jistgħu jinqasmu fuq diversi snin f’pagamenti parzjali annwali.

3.L-approprjazzjonijiet jistgħu jiddaħħlu fil-baġit tal-Unjoni lil hinn mill-2027 biex ikopru l-ispejjeż neċessarji u biex jippermettu l-ġestjoni ta’ azzjonijiet li ma jkunux tlestew sa tmiem il-Programm, kif ukoll l-ispejjeż li jkopru attivitajiet u servizzi operazzjonali kritiċi.

4.Il-pakkett finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-ammonti ta’ riżorsi addizzjonali msemmija fl-Artikolu 5 jistgħu jintużaw ukoll għal assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Programm bħal attivitajiet preparatorji, ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll, ta’ awditjar u ta’ evalwazzjoni, inkluż it-tfassil, l-istabbiliment, l-ittestjar u ċ-ċertifikazzjoni, l-operazzjoni u l-manutenzjoni ta’ sistemi u pjattaformi korporattivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni, kif ukoll attivitajiet tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, inkluża l-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, u l-assistenza teknika u amministrattiva l-oħra kollha jew l-ispejjeż relatati mal-persunal imġarrba mill-Kummissjoni fil-ġestjoni tal-Programm.

Artikolu 5

Riżorsi addizzjonali

1.L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE, il-pajjiżi terzi, l-organizzazzjonijiet internazzjonali, l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, jew partijiet terzi oħra, jistgħu jagħmlu kontribuzzjonijiet finanzjarji jew mhux finanzjarji addizzjonali disponibbli għall-Programm, jew għal kwalunkwe waħda mill-attivitajiet jew mill-objettivi speċifiċi tiegħu msemmija fl-Artikolu 3. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji addizzjonali għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat estern skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2), il-punti (a), (d), jew (e) jew l-Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509.

2.Fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat, ir-riżorsi allokati lill-Istati Membri taħt ġestjoni kondiviża jistgħu jiġu ttrasferiti għall-Programm soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2021/1060. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawk ir-riżorsi direttament f’konformità mal-Artikolu 62(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 jew indirettament f’konformità mal-punt (c) ta’ dak is-subparagrafu. Dawk ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat. Meta l-Kummissjoni ma tkunx daħlet f’impenn legali taħt ġestjoni diretta jew indiretta għal ammonti addizzjonali li b’hekk ikunu saru disponibbli għall-Istrument, l-ammonti mhux impenjati korrispondenti jistgħu, fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat, jiġu ttrasferiti lura għall-programmi sors, f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1060.

Artikolu 6

Finanzjament alternattiv, kombinat u kumulattiv

1.Il-Programm għandu jiġi implimentat f’sinerġija ma’ programmi oħrajn tal-Unjoni. Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni tal-Unjoni minn programm ieħor tista’ tirċievi wkoll kontribuzzjoni fl-ambitu tal-Programm. Ir-regoli tal-programm rilevanti tal-Unjoni għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni korrispondenti, jew jista’ jiġi applikat sett wieħed ta’ regoli għall-kontribuzzjonijiet kollha, u jista’ jiġi konkluż impenn legali wieħed. Jekk il-kontribuzzjoni tal-Unjoni tkun ibbażata fuq il-kostijiet eliġibbli, l-appoġġ kumulattiv mill-baġit tal-Unjoni ma għandux jaqbeż it-total tal-kostijiet eliġibbli tal-azzjoni u jista’ jiġi kkalkolat fuq bażi pro rata f’konformità mad-dokumenti li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-appoġġ.

2.Il-proċeduri ta’ aġġudikazzjoni fl-ambitu tal-Programm jistgħu jitwettqu b’mod konġunt taħt ġestjoni diretta jew indiretta mal-Istati Membri, mal-istituzzjonijiet, mal-korpi u l-aġenziji tal-UE, mal-pajjiżi terzi, mal-organizzazzjonijiet internazzjonali, mal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, jew ma’ partijiet terzi oħra, dment li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu protetti. Tali proċeduri għandhom ikunu soġġetti għal sett uniku ta’ regoli u jwasslu għall-konklużjoni ta’ impenn legali uniku. Għal dak l-għan, is-sħab għall-proċedura ta’ aġġudikazzjoni konġunta jistgħu jagħmlu r-riżorsi disponibbli għall-Programm f’konformità mal-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament, jew is-sħab jistgħu jiġu fdati bl-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ aġġudikazzjoni, meta applikabbli, f’konformità mal-Artikolu 62(1)(c) tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509. Għall-finijiet tal-Artikolu 153(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509, fil-proċeduri ta’ aġġudikazzjoni konġunti, il-kumitat tal-evalwazzjoni jista’ jkun parzjalment magħmul minn membri li huma rappreżentanti tas-sħab f’dik il-proċedura.

Artikolu 7

Pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm

1.Il-Programm jista’ jinfetaħ għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi terzi li ġejjin permezz ta’ assoċjazzjoni sħiħa jew parzjali mal-Programm, f’konformità mal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3 u f’konformità mal-ftehimiet internazzjonali rilevanti jew ma’ kwalunkwe deċiżjoni adottata skont dawk il-ftehimiet u applikabbli għal dawn:

(a)il-membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles, li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea;

(b)l-Ukrajna, f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Ukrajna.

2.Il-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni għall-parteċipazzjoni fil-Programmi mal-pajjiżi msemmija fl-Artikolu 7(1) għandhom:

(a)jiżguraw bilanċ ġust fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet u tal-benefiċċji tal-pajjiż terz li jkun qiegħed jipparteċipa fil-Programm;

(b)jistabbilixxu l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni fil-Programm, inkluż il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji, li jikkonsistu f’kontribuzzjoni operazzjonali u f’tariffa ta’ parteċipazzjoni, għal programm u għall-kostijiet amministrattivi ġenerali tiegħu;

(c)ma għandhomx jagħtu lill-pajjiż terz xi setgħa ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-Programm;

(d)jiggarantixxu d-drittijiet tal-Unjoni biex tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja tajba u jiġu protetti l-interessi finanzjarji tagħha;

(e)fejn rilevanti, jiżguraw il-protezzjoni tas-sigurtà u l-interessi tal-ordni pubbliku tal-Unjoni.

3.Għall-finijiet tal-punt (d), il-pajjiż terz assoċjat għandu jagħti d-drittijiet u l-aċċess neċessarji skont ir-Regolamenti (UE, Euratom) 2024/2509 u (UE, Euratom) Nru 883/2013, u jiggarantixxi li d-deċiżjonijiet ta’ infurzar li jimponu obbligu pekunarju abbażi tal-Artikolu 299 tat-TFUE, kif ukoll is-sentenzi u l-ordnijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ikunu eżegwibbli u jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tiegħu jikkooperaw mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) fl-investigazzjonijiet u fil-prosekuzzjonijiet ta’ reati kriminali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni f’konformità mal-ftehimiet internazzjonali applikabbli jew ma’ regoli applikabbli oħra.

Artikolu 8

Implimentazzjoni u forom ta’ finanzjament tal-Unjoni

1.Il-Programm għandu jiġi implimentat f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509, taħt ġestjoni diretta jew taħt ġestjoni indiretta mal-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 62(1)(c) ta’ dak ir-Regolament.

2.Il-finanzjament tal-Unjoni jista’ jiġi pprovdut fi kwalunkwe forma f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509.

3.F’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 196(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji jistgħu, fejn rilevanti u neċessarju għall-implimentazzjoni ta’ azzjoni, ikopru l-azzjonijiet mibdija u l-kostijiet imġarrba qabel id-data tas-sottomissjoni tal-proposta għal dawk l-azzjonijiet, dment li dawk l-azzjonijiet ma jkunux bdew aktar minn 3 xhur qabel l-għeluq tas-sejħa għal proposti u ma jkunux tlestew qabel l-iffirmar tal-ftehim ta’ għotja.

4.Meta l-finanzjament tal-Unjoni jiġi pprovdut fil-forma ta’ għotja, il-finanzjament għandu jiġi pprovdut bħala finanzjament mhux marbut mal-kostijiet jew għażliet ta’ kostijiet simplifikati, f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509. Il-finanzjament jista’ jingħata fil-forma ta’ rimborż reali tal-kost eliġibbli biss meta l-objettivi ta’ azzjoni ma jkunux jistgħu jintlaħqu mod ieħor.

5.F’konformità mal-Artikolu 153(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509, il-kumitat ta’ evalwazzjoni jista’ jkun magħmul parzjalment jew kompletament minn esperti esterni indipendenti.

Artikolu 9

Eliġibbiltà

1.Għandhom jiġu stabbiliti kriterji tal-eliġibbiltà biex jgħinu fil-kisba tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3, f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 u għandhom japplikaw għall-proċeduri ta’ aġġudikazzjoni kollha fl-ambitu tal-Programm.

2.Fi proċeduri ta’ aġġudikazzjoni taħt ġestjoni diretta u indiretta, waħda jew aktar mill-entitajiet ġuridiċi li ġejjin jistgħu jkunu eliġibbli biex jirċievu finanzjament mill-Unjoni:

(a)entitajiet stabbiliti fi Stat Membru;

(b)entitajiet stabbiliti f’pajjiż terz assoċjat;

(c)organizzazzjonijiet internazzjonali;

3.Għall-azzjonijiet appoġġati fl-ambitu tal-Programm kif elenkati fl-Artikolu 10, bl-eċċezzjoni tal-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 10(1), il-punt (d), ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom ikunu SMEs, inklużi start-ups u scale-ups innovattivi, u għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà stabbiliti f’dan l-Artikolu.

4.Ħlief għall-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 10(1), il-punt (c), ir-riċevituri għandhom ikunu stabbiliti fl-UE jew f’pajjiż terz assoċjat, ikollhom l-istrutturi maniġerjali eżekuttivi tagħhom fl-UE jew f’pajjiż terz assoċjat.

5.Ir-riċevituri ma għandhomx ikunu soġġetti għal kontroll minn pajjiż terz mhux assoċjat jew minn entità ta’ pajjiż terz mhux assoċjat.

6.L-infrastruttura, il-faċilitajiet, l-assi u r-riżorsi tar-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni li jintużaw għall-finijiet tal-azzjoni ffinanzjata għandhom ikunu jinsabu fit-territorju ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz assoċjat għad-durata kollha tal-azzjoni.

7.Meta r-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni involuti f’azzjoni ma jkollhom l-ebda alternattiva jew infrastruttura, faċilitajiet, assi u riżorsi rilevanti disponibbli faċilment fl-Unjoni jew f’pajjiż terz assoċjat, dawn jistgħu jużaw l-infrastruttura, il-faċilitajiet, l-assi jew ir-riżorsi tagħhom li jinsabu jew li jinżammu barra mit-territorju tal-Istati Membri jew tal-pajjiżi terzi assoċjati, dment li dan l-użu ma jmurx kontra l-interessi tas-sigurtà u tad-difiża tal-UE u tal-Istati Membri tagħha, inkluż ir-rispett għall-prinċipju ta’ relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat, u jkun konsistenti mal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3. Il-kostijiet relatati mal-attivitajiet li jużaw tali infrastruttura, faċilitajiet, assi jew riżorsi ma għandhomx ikunu eliġibbli għal appoġġ mill-Programm.

8.L-entitajiet ġuridiċi jistgħu jitqiesu li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà msemmija f’dan il-paragrafu meta jkunu ssodisfaw kundizzjonijiet ekwivalenti skont ir-Regolamenti (UE) 2018/1092 20 , (UE) 2021/697 21 , (UE) 2023/1525 22 , jew (UE) 2023/2418 23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew skont ir-Regolament (UE) 2025/1106 24 u dment li l-ebda bidla sussegwenti ma tqajjem dubji dwar l-issodisfar ta’ dawk il-kundizzjonijiet.

9.Fil-proċeduri ta’ aġġudikazzjoni, l-azzjonijiet li ġejjin ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-finanzjament:

(a)azzjonijiet jew partijiet minnhom, li diġà huma ffinanzjati kompletament minn sorsi pubbliċi jew privati oħrajn, bl-eċċezzjoni ta’ kontribuzzjonijiet mill-Unjoni fil-kuntest tal-azzjonijiet ta’ sinerġija msemmija fl-Artikolu 6;

(b)azzjonijiet għall-iżvilupp ta’ prodotti u ta’ teknoloġiji li l-użu, l-iżvilupp jew il-produzzjoni tagħhom hija pprojbita mid-dritt internazzjonali applikabbli.

Artikolu 10

Azzjonijiet ta’ AGILE

1.L-azzjonijiet eliġibbli għall-finanzjament fl-ambitu tal-Programm għandhom jimplimentaw l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament u jistgħu jieħdu waħda mill-forom li ġejjin, jew kombinazzjoni tagħhom:

(a)l-appoġġ għall-iżvilupp rapidu ta’ prodotti u teknoloġiji emerġenti u rivoluzzjonarji għad-difiża, inkluż fejn dan ikun ibbażat fuq l-integrazzjoni u l-adattament tat-teknoloġiji ċivili b’potenzjal ta’ użu doppju għall-finijiet tad-difiża;

(b)l-appoġġ għall-adozzjoni mis-suq ta’ prodotti u ta’ teknoloġiji emerġenti u rivoluzzjonarji għad-difiża, inkluż permezz tal-ittestjar u d-dimostrazzjonijiet fuq il-post apposta u iterattivi u inkluż permezz ta’ appoġġ għall-aggregazzjoni tad-domanda;

(c)l-appoġġ għall-istabbiliment ta’ entità jew tal-istruttura maniġerjali eżekuttiva tagħha fl-UE jew f’pajjiż terz assoċjat għall-implimentazzjoni effettiva tal-azzjonijiet skont il-punti (a) u (b);

(d)l-appoġġ għall-azzjoni neċessarja għall-implimentazzjoni effettiva tal-azzjonijiet skont il-punti (a) u (b), inkluż iżda mhux limitat għall-kwalifiki, għaċ-ċertifikazzjoni, għall-aċċess għall-infrastruttura, għall-aċċess għal kapaċitajiet u għal proċessi innovattivi ta’ manifattura, għall-iżvilupp tal-ħiliet, għall-akkwist ta’ studji u għall-attivitajiet ta’ bini u ta’ tisħiħ tal-ekosistema.

2.Il-Programm jista’ jipprovdi appoġġ għall-azzjonijiet li jkopru l-aġġornament rapidu ta’ prodotti u ta’ teknoloġiji eżistenti dment li l-użu ta’ informazzjoni, ta’ proprjetà intellettwali, jew ta’ drittijiet oħra preeżistenti neċessarji biex titwettaq l-azzjoni ma jkunux soġġetti għal restrizzjoni minn pajjiż terz mhux assoċjat jew minn entità ta’ pajjiż terz mhux assoċjat direttament, jew indirettament permezz ta’ entità ġuridika intermedjarja waħda jew aktar, li tipprevjeni l-implimentazzjoni effettiva tal-azzjoni.

3.Ir-riċevituri tal-Programm għandhom jibbenefikaw, fejn possibbli u xieraq, minn aċċess rapidu għall-faċilitajiet tal-ittestjar u tal-esperimentazzjoni tal-UE u għall-Aċċelleratur tan-Negozju tal-EUDIS.

Artikolu 11

Kriterji għall-aġġudikazzjoni

1.Fejn rilevanti u xieraq skont in-natura tal-proċedura ta’ aġġudikazzjoni, u f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509, il-kriterji għall-aġġudikazzjoni għandhom jiġu stabbiliti fil-programmi ta’ ħidma msemmija fl-Artikolu 16 u għandhom iqisu l-prinċipji li ġejjin:

(a)il-potenzjal rivoluzzjonarju;

(b)il-kwalità tal-proposta u l-ħila li tiġi implimentata l-azzjoni;

(c)l-impatt fil-qasam tad-difiża, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-Istati Membri u tal-pajjiżi terzi assoċjati, inkluż fir-rigward tal-kosteffiċjenza, il-veloċità tat-twassil, u l-prontezza għall-użu operazzjonali.

2.Il-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 16 għandu jistabbilixxi dettalji addizzjonali dwar l-applikazzjoni tal-kriterji għall-aġġudikazzjoni stabbiliti fil-paragrafu 1, filwaqt li jitqiesu l-objettivi tas-sejħa għal proposti, kif ukoll il-proċedura ta’ għażla u ta’ evalwazzjoni.

Artikolu 12

Proċedura ta’ għażla u ta’ aġġudikazzjoni

1.Sabiex jiġi żgurat li l-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 10 jistgħu jiġu implimentati b’mod effettiv mingħajr dewmien żejjed, il-programm ta’ ħidma jista’ jidentifika proċeduri ta’ aġġudikazzjoni, taħt ġestjoni diretta jew indiretta, li jibbenefikaw minn proċedura ta’ aġġudikazzjoni aċċellerata u simplifikata.

2.B’deroga mill-Artikoli 199, 201 u 203 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 dwar l-għotjiet, u l-Artikolu 170(1), il-punti (b) u (c), u (2) dwar l-akkwist għall-proċeduri ta’ aġġudikazzjoni identifikati fil-programm ta’ ħidma, jistgħu japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)Il-limitazzjoni tar-rekwiżiti għad-deċiżjoni ta’ aġġudikazzjoni u l-iffirmar ta’ impenji legali għal evalwazzjoni preliminari tal-kriterji għall-aġġudikazzjoni u għall-esklużjoni; id-deċiżjoni ta’ aġġudikazzjoni tista’ tittieħed biss abbażi ta’ awtodikjarazzjoni tal-applikanti u tal-offerenti dwar il-kriterji għall-għażla u dawk tal-eliġibbiltà, speċjalment fir-rigward tal-kontroll, mingħajr talba għal dokumenti ta’ sostenn korrispondenti matul l-evalwazzjoni preliminari. Il-Kummissjoni għandha tiffinalizza l-evalwazzjoni finali mingħajr dewmien żejjed.

(b)In-notifika tar-riżultati tal-evalwazzjoni preliminari lill-applikanti u lill-offerenti għandha titlesta f’perjodu speċifikat fil-programm ta’ ħidma; id-deċiżjoni ta’ aġġudikazzjoni għandha tittieħed f’perjodu speċifikat fil-programm ta’ ħidma.

3.Meta l-evalwazzjoni finali msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2 tikkonkludi li r-riċevitur ma jissodisfax il-kriterji kollha tal-eliġibbiltà u dawk għall-għażla, l-impenn legali għandu jiġi tterminat.

4.Il-programm ta’ ħidma jista’ jistabbilixxi proċeduri mmirati ta’ aġġudikazzjoni minn isfel għal fuq f’żewġ stadji f’konformità mar-regoli li ġejjin:

(a)matul l-ewwel stadju, tista’ titnieda sejħa għal espressjoni ta’ interess mingħajr ma jiġi speċifikat it-tip ta’ attivitajiet jew l-istrument ta’ implimentazzjoni tal-baġit li għandu jintuża, biex l-applikanti u l-offerenti jkunu jistgħu jissottomettu proposti għal proġetti jew offerti għal oġġetti, għal xogħlijiet jew għal servizzi li jistgħu jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ dan ir-Regolament, kif stabbilit fil-Programm ta’ Ħidma msemmi fl-Artikolu 16.

Il-proposti u l-offerti għandhom jiġu evalwati u kklassifikati abbażi ta’ kriterji komuni għall-aġġudikazzjoni, stabbiliti fil-Programm ta’ Ħidma, bħall-kontribut komparattiv tagħhom għall-objettivi. Il-kumitat ta’ evalwazzjoni għandu jiddetermina l-aktar strument xieraq ta’ implimentazzjoni tal-baġit taħt ġestjoni diretta jew indiretta, kif ukoll jipproponi l-ammont massimu u l-forma tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni.

(b)matul it-tieni stadju, fil-baġit disponibbli, il-proġetti jew l-offerti evalwati b’suċċess għandhom jiġu mistiedna jaġġustaw u jlestu l-proposta jew l-offerta tagħhom f’konformità mal-konklużjonijiet tal-kumitat ta’ evalwazzjoni.

Inkella, il-proċedura ta’ aġġudikazzjoni għandha tipproċedi f’konformità mar-regoli kif stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 applikabbli għall-istrument rispettiv tal-implimentazzjoni tal-baġit.

Artikolu 13

Intervent inċentivanti

1.B’deroga mill-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament, il-programm ta’ ħidma jista’ jispeċifika li proċedura ta’ aġġudikazzjoni tieħu l-forma ta’ intervent inċentivanti biex tippermetti rinunzja temporanja u kundizzjonali tal-konformità mar-rekwiżiti tal-eliġibbiltà relatati mal-post tal-istabbiliment jew mal-ġestjoni eżekuttiva.

2.Il-konformità mal-kriterji tal-eliġibbiltà li jkunu ġew rinunzjati temporanjament f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tinkiseb u tiġi evalwata f’perjodu ta’ żmien speċifikat fl-impenn legali. L-appoġġ tal-Unjoni għandu jingħata ladarba r-rekwiżiti kollha jkunu ġew issodisfati.

3.Jekk il-kriterji tal-eliġibbiltà li jkunu ġew rinunzjati temporanjament f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma jiġux irrispettati fil-perjodu ta’ żmien speċifiku speċifikat fl-impenn legali, l-azzjoni għandha titqies ineliġibbli u kwalunkwe finanzjament tal-Unjoni għandu jiġi rkuprat kompletament.

4.Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, ma għandu jitħallas l-ebda prefinanzjament.

Artikolu 14

Rati ta’ finanzjament

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 193 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509, il-Programm jista’ jiffinanzja sa 100 % tal-kostijiet eliġibbli.

Artikolu 15

Sjieda tar-riżultati

1.Ir-riżultati tal-azzjonijiet appoġġati mill-Programm ma għandhom ikunu soġġetti għall-ebda kontroll jew restrizzjoni minn pajjiżi terzi mhux assoċjati jew minn entitajiet ta’ pajjiżi terzi mhux assoċjati, direttament, jew indirettament permezz ta’ entità ġuridika intermedjarja waħda jew aktar, inkluż f’termini tat-trasferiment tat-teknoloġija.

2.Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa d-diskrezzjoni tal-Istati Membri fir-rigward tal-politika tagħhom dwar l-esportazzjoni ta’ teknoloġija u ta’ tagħmir militari.

3.It-trasferimenti tat-teknoloġija għandhom jitwettqu f’konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2009/43/KE dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità u, fejn rilevanti, fir-Regolament (UE) 2021/821 li jistabbilixxi reġim tal-Unjoni għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, is-senserija, l-assistenza teknika, it-tranżitu u t-trasferiment ta’ oġġetti b’użu doppju.

4.Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, kwalunkwe trasferiment tas-sjieda jew għoti ta’ liċenzji esklużivi lil pajjiż terz mhux assoċjat jew lil entità ta’ pajjiż terz mhux assoċjat għar-riżultati ġġenerati permezz tal-Programm, li jseħħ fi żmien 3 snin wara l-pagament finali tal-azzjoni, għandu jkun soġġett għal notifika u għal approvazzjoni minn qabel mill-Kummissjoni jew mill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz assoċjat skont kundizzjonijiet li jiżguraw il-protezzjoni tal-interessi tas-sigurtà u tad-difiża tal-Unjoni. Meta tali trasferiment tas-sjieda jmur kontra l-interessi tas-sigurtà u tad-difiża tal-UE u tal-Istati Membri tagħha jew l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3, l-appoġġ ipprovdut mill-Programm għandu jiġi rimborżat.

5.Meta l-appoġġ tal-Unjoni jingħata fil-forma ta’ akkwist pubbliku ta’ studju, ir-riżultati għandhom ikunu proprjetà tal-UE u l-Istati Membri jew il-pajjiżi terzi assoċjati kollha għandu jkollhom id-dritt, mingħajr ħlas, għal liċenzja mhux esklużiva għall-użu tal-istudju fuq talba bil-miktub.

6.Meta l-appoġġ tal-Unjoni jiġi pprovdut fil-forma ta’ għotja, l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji tal-UE kif ukoll l-awtoritajiet tal-għoti għandhom igawdu, fuq talba, drittijiet ta’ aċċess għar-riżultati mingħajr royalties, mingħajr ma jkollhom impatt fuq is-sjieda tar-riżultati, inklużi d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (DPI) fuq l-informazzjoni ġenerali, għall-uniku skop ta’ żvilupp, ta’ implimentazzjoni u ta’ monitoraġġ tal-politiki jew tal-programmi eżistenti tal-Unjoni fl-oqsma tal-kompetenza tagħha u tad-dritt ta’ għoti.

Artikolu 16

Programm ta’ Ħidma

1.Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz ta’ programm ta’ ħidma kif imsemmi fl-Artikolu 110(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509.

2.Il-programm ta’ ħidma għandu jistabbilixxi fid-dettall il-kategoriji ta’ azzjonijiet li għandhom jiġu appoġġati mill-Programm. Dawk il-kategoriji għandhom ikunu konformi mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 3.

3.Bl-eċċezzjoni tal-proċedura ta’ aġġudikazzjoni definita fl-Artikolu 12(5), il-programm ta’ ħidma għandu jkun fih rekwiżiti funzjonali fejn xieraq u għandu jispeċifika l-forma ta’ finanzjament tal-Unjoni skont l-Artikolu 8, filwaqt li ma jipprevjenix il-kompetizzjoni fost is-sejħiet għal proposti.

4.Il-Kummissjoni għandha tadotta l-programm ta’ ħidma permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni. Dan l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 17(3).

Artikolu 17

Proċedura ta’ Kumitat

1.Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.L-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA) għandha tiġi mistiedna tipprovdi l-fehmiet u l-għarfien espert tagħha lill-kumitat bħala osservatur. Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandu jiġi mistieden ukoll jassisti fil-ħidma tal-kumitat.

3.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 18

Relazzjoni mad-Direttiva 2009/81/KE

Il-kuntratt tal-akkwist ta’ Stat Membru li jikkonċerna kwalunkwe prodott tad-difiża li jirriżulta minn azzjoni appoġġata fl-ambitu tal-Programm għandu jitqies bħala kuntratt mogħti fil-qafas ta’ programm kooperattiv ibbażat fuq ir-riċerka u fuq l-iżvilupp kif imsemmi fl-Artikolu 13(c) tad-Direttiva 2009/81/KE [wara l-adozzjoni tad-Direttiva Omnibus 2025/0177 (COD)].

Artikolu 19

Applikazzjoni tar-regoli dwar informazzjoni klassifikata

1.Fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament:

(a)L-Istati Membri u l-pajjiżi terzi assoċjati li fit-territorju tagħhom ikunu stabbiliti r-riċevituri għandhom jivvalutaw in-natura sensittiva tal-informazzjoni ġenerali u tal-informazzjoni ġġenerata ttrattata matul l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet iffinanzjati.

(b)Jekk tali informazzjoni jkollha livell ta’ klassifikazzjoni nazzjonali, l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi assoċjati msemmija fil-punt (a) għandhom jistabbilixxu l-qafas ta’ sigurtà adegwat, f’konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti nazzjonali.

(c)Kull Stat Membru għandu jiżgura li joffri livell ta’ protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata tal-UE ekwivalenti għal dak ipprovdut mir-regoli ta’ sigurtà tal-Kunsill stabbiliti fid-Deċiżjoni 2013/488/UE;

(d)Il-Kummissjoni għandha tipproteġi l-informazzjoni klassifikata riċevuta fir-rigward tal-Programm f’konformità mar-regoli tas-sigurtà stabbiliti fid-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2015/444.

2.Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli sistema akkreditata ta’ skambju sigur sabiex tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata u sensittiva bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi assoċjati u, fejn xieraq, mal-applikanti u mar-riċevituri. Dik is-sistema għandha tqis ir-regolamenti tas-sigurtà nazzjonali tal-Istati Membri.

Artikolu 20

Awditi

L-awditi dwar l-użu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni mwettqa minn persuni jew entitajiet, inkluż minn persuni jew entitajiet għajr dawk li l-mandat tagħhom ingħata mill-istituzzjonijiet, mill-korpi, mill-uffiċċji jew mill-aġenziji tal-UE, għandhom jiffurmaw il-bażi tal-aċċertazzjoni globali skont l-Artikolu 127 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509. Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandha teżamina l-kontijiet tad-dħul u tan-nefqa kollha tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 287 tat-TFUE.

Artikolu 21

Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità

1.Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini tal-fondi u jiżguraw il-viżibbiltà ta’ dak il-finanzjament, inkluż meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom, billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, inkluż lill-media u lill-pubbliku.

2.Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni relatati ma’ dan ir-Regolament, mal-azzjonijiet meħuda skont dan ir-Regolament, u mar-riżultati miksuba.

3.Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm jistgħu jikkontribwixxu għall-organizzazzjoni ta’ attivitajiet ta’ disseminazzjoni, avvenimenti ta’ tlaqqigħ u attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni, inkluż biex jinfetħu ktajjen tal-provvista biex titrawwem il-parteċipazzjoni transfruntiera tal-SMEs.

Artikolu 22

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA U DIĠITALI LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA3

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva3

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)3

1.3.Objettiv(i)3

1.3.1.Objettiv(i) ġenerali3

1.3.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi3

1.3.3.Riżultat(i) u impatt mistennija3

1.3.4.Indikaturi tal-prestazzjoni3

1.4.Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’:4

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva4

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva4

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, pereż. gwadanji mill-koordinazzjoni, ċertezza legali, aktar effettività jew komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ din it-taqsima, “valur miżjud tal-involviment tal-UE” huwa l-valur li jirriżulta mill-azzjoni tal-UE, li huwa addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.4

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi4

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra5

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni5

1.6.Durata tal-proposta/tal-inizjattiva u tal-impatt finanzjarju tagħha6

1.7.Metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i)6

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI8

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar8

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll8

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta8

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom8

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon bejn il-kostijiet tal-kontroll u l-valur tal-fondi relatati ġestiti) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)8

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet9

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA10

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i10

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet12

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali12

3.2.1.1.Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat12

3.2.1.2.Approprjazzjonijiet minn dħul assenjat estern17

3.2.2.Output stmat iffinanzjat minn approprjazzjonijiet operazzjonali22

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi24

3.2.3.1. Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat24

3.2.3.2.Approprjazzjonijiet minn dħul assenjat estern24

3.2.3.3.Total tal-approprjazzjonijiet24

3.2.4.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani25

3.2.4.1.Iffinanzjati mill-baġit ivvutat25

3.2.4.2.Iffinanzjati minn dħul assenjat estern26

3.2.4.3.Rekwiżiti totali ta’ riżorsi umani26

3.2.5.Ħarsa ġenerali lejn l-impatt stmat fuq l-investimenti relatati mat-teknoloġija diġitali28

3.2.6.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali28

3.2.7.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi28

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul29

4.Dimensjonijiet diġitali29

4.1.Rekwiżiti ta’ rilevanza diġitali30

4.2.Data30

4.3.Soluzzjonijiet diġitali31

4.4.Valutazzjoni tal-interoperabbiltà31

4.5.Miżuri li jappoġġaw l-implimentazzjoni diġitali32

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi

l-Programm għall-Innovazzjoni Aġli u Rapida fid-Difiża (AGILE)

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) 

L-Industrija tad-Difiża, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, il-Kompetittività.

1.3.Objettiv(i)

1.3.1.Objettiv(i) ġenerali

L-objettiv ġenerali tal-Programm huwa li jappoġġa t-twassil rapidu ta’ prodotti u teknoloġiji emerġenti u rivoluzzjonarji għad-difiża li jindirizzaw l-aktar sfidi reċenti u li qed jevolvu malajr li jiffaċċjaw il-forzi armati tal-Istati Membri, b’mod partikolari dawk li jirriżultaw mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Dan għandu l-għan li jtejjeb il-kapaċità tal-innovazzjoni rapida u tar-rispons tal-bażi industrijali u teknoloġika tad-difiża Ewropea (EDTIB), irawwem il-kompetittività tagħha u jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-prontezza tad-difiża tal-Unjoni, kif ukoll inaqqas id-dipendenzi strateġiċi fuq il-pajjiżi terzi mhux assoċjati.

1.3.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

Il-Programm għandu żewġ objettivi speċifiċi:

li jaċċellera b’mod sinifikanti ċ-ċikli tal-innovazzjoni ta’ prodotti u teknoloġiji emerġenti u rivoluzzjonarji għad-difiża żviluppati madwar l-Unjoni mill-SMEs, inklużi l-istart-ups u l-iscale-ups innovattivi, filwaqt li jqis il-ħtiġijiet urġenti tal-Istati Membri u jisfrutta l-potenzjal ta’ innovazzjoni tal-industrija tal-UE kollha kemm hi;

li jappoġġa l-adozzjoni mill-forzi armati tal-Istati Membri, u mill-kuntratturi industrijali tad-difiża ewlenin Ewropej, ta’ prodotti u teknoloġiji emerġenti u rivoluzzjonarji għad-difiża żviluppati mill-SMEs, inklużi l-istart-ups u l-iscale-ups innovattivi, u ż-żieda tagħhom madwar l-Ewropa, biex b’hekk jissaħħaħ il-vantaġġ teknoloġiku tal-forzi armati tal-Istati Membri u jittejbu r-reżiljenza u s-sigurtà tal-provvista għal prodotti u teknoloġiji tad-difiża madwar l-Unjoni.

1.3.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

AGILE huwa mistenni juri perkorsi ġodda għal appoġġ aktar effiċjenti għall-innovazzjoni fid-difiża li jistgħu jinformaw il-ħsieb dwar programmi futuri tal-UE għall-innovazzjoni fid-difiża fil-kuntest tal-proposti tal-Kummissjoni għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali mill-2028 ’il quddiem.

Dan se jittestja mekkaniżmi ta’ finanzjament simplifikati għall-istart-ups, għall-iscale-ups u għall-SMEs innovattivi fis-settur tad-difiża, u b’hekk juri rotot aktar rapidi lejn is-suq għall-innovazzjoni fid-difiża. Se jagħti spinta lill-prontezza tad-difiża billi jipprovdi soluzzjonijiet innovattivi tad-difiża allinjati mal-ħtiġijiet tal-forzi armati fl-Istati Membri tal-UE u fil-pajjiżi assoċjati.

Se jikkontribwixxi għal protezzjoni mtejba tan-nies fl-UE, billi jtejjeb il-vantaġġ teknoloġiku tal-forzi armati u jsaħħaħ id-deterrenza.

Se juri l-fattibbiltà ta’ li jitnaqqas il-piż amministrattiv u jiġu aċċellerati l-proċeduri għall-kumpaniji appoġġati (b’mod partikolari l-SMEs, inklużi l-istart-ups u l-iscale-ups innovattivi) li attwalment huma mtaqqla b’mod sproporzjonat bi skedi taż-żmien twal tal-programmi eżistenti tar-R&Ż fil-qasam tad-difiża, u b’hekk se jipprovdi tagħlimiet siewja għall-programmi futuri.

1.3.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.

Il-progress lejn l-objettiv speċifiku 1 (SO1) se jiġi mmonitorjat permezz tal-għadd ta’ applikazzjonijiet riċevuti u proposti mogħtija għal kull sejħa, inkluża l-parteċipazzjoni ta’ innovaturi tad-difiża għall-ewwel darba; iż-żmien medju għall-aġġudikazzjoni/għall-iffirmar tal-ftehim ta’ għotja, imkejjel mill-għeluq tas-sejħa għall-iffirmar tal-aġġudikazzjoni ta’ finanzjament tal-Unjoni u l-iżborż tal-fondi rilevanti. Il-mira hija li ż-żmien għall-aġġudikazzjoni jinżamm għal 4 xhur, b’linja bażi ta’ 8 xhur (abbażi tal-esperjenza tal-EDF).

Il-progress lejn l-objettiv speċifiku 2 (SO2) se jiġi mmonitorjat permezz tal-għadd ta’ proposti aġġudikati għal kull sejħa, b’mod partikolari għall-azzjonijiet relatati mal-adozzjoni transfruntiera ta’ prodotti u ta’ teknoloġiji emerġenti u rivoluzzjonarji għad-difiża, tat-traċċar tal-progress tal-parteċipanti fil-Programm u tal-punt sa fejn il-proġetti ffinanzjati jwasslu għall-adozzjoni mill-forzi armati tal-Istati Membri jew mill-kuntratturi ewlenin. Il-linji bażi u l-miri se jiġu stabbiliti mat-tnedija tal-programm u se jiġu rieżaminati fi tmiem il-perjodu ta’ programmazzjoni (durata ta’ sena).

1.4.Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’: 

 azzjoni ġdida 

 azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 25  

 l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva 

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

Minħabba li l-Programm huwa limitat għall-QFP attwali, ir-rekwiżiti kollha huma għal terminu qasir sa medju. Il-prijorità immedjata hija li jiġu stabbiliti l-governanza u l-istrutturi operazzjonali tal-Programm u li jiġu ppubblikati sejħiet għal proposti mill-aktar fis possibbli biex jiġi mmassimizzat iż-żmien disponibbli għall-implimentazzjoni tal-proġetti u għall-assorbiment tal-baġit, sabiex il-proġetti ffinanzjati jkunu jistgħu jagħtu riżultati tanġibbli qabel tmiem il-perjodu ta’ programmazzjoni.

Skeda ta’ żmien indikattiva għat-tnedija: l-adozzjoni tar-Regolament sa tmiem l-2026, il-pubblikazzjoni tal-ewwel Programm ta’ Ħidma u tas-sejħiet għal proposti fil-bidu tal-2027, u l-iffirmar tal-ftehimiet ta’ għotja sat-tieni jew sat-tielet trimestru tal-2027.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, pereż. gwadanji mill-koordinazzjoni, ċertezza legali, aktar effettività jew komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ din it-taqsima, “valur miżjud tal-involviment tal-UE” huwa l-valur li jirriżulta mill-azzjoni tal-UE, li huwa addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

Azzjoni koordinata fil-livell tal-UE hija kruċjali biex jinkisbu malajr id-deterrenza kredibbli u t-tmexxija teknoloġika fid-difiża. Iċ-ċikli rapidi tal-innovazzjoni li dehru fil-gwerra moderna, kif enfasizzati mill-gwerra fl-Ukrajna, jeħtieġu li l-UE tkun tista’ tiżviluppa u tvara malajr soluzzjonijiet innovattivi tad-difiża. L-azzjoni tal-Istati Membri waħedhom ma tistax tindirizza b’mod suffiċjenti l-isfidi identifikati fuq l-iskala u l-veloċità meħtieġa f’konformità mal-interessi strateġiċi tal-UE. Mhux l-Istati Membri kollha għandhom il-mekkaniżmi biex jappoġġaw l-innovazzjoni rapida fid-difiża, u minħabba f’hekk, il-kumpaniji innovattivi f’xi pajjiżi jispiċċaw mingħajr aċċess għal opportunitajiet ta’ finanzjament. Anke fejn jeżistu strumenti nazzjonali, dawn tipikament ikollhom enfasi domestika u ma jkollhomx l-iskala meħtieġa biex jappoġġaw il-varar transfruntier ta’ soluzzjonijiet li jissodisfaw il-ħtiġijiet operazzjonali fl-UE kollha. Dan jirriżulta fi sforzi frammentati, f’investimenti duplikati, u f’opportunitajiet mitlufa għal kollaborazzjoni fil-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża (EDTIB) tal-UE.

Azzjoni fil-livell tal-UE bħal AGILE tipprovdi valur miżjud ċar billi tiżgura li l-kumpaniji kollha fl-Istati Membri jkollhom aċċess ugwali għal finanzjament rapidu u simplifikat irrispettivament mill-politika nazzjonali f’pajjiżhom. Billi jopera fuq skala tal-UE bi proċeduri simplifikati u bi żminijiet qosra ta’ aġġudikazzjoni, AGILE jista’ jwieġeb għall-pass tal-gwerra moderna b’mod aktar effettiv minn approċċi nazzjonali frammentati. Dan jindirizza l-isfidi transfruntiera billi jappoġġa s-soluzzjonijiet li jissodisfaw ir-rekwiżiti operazzjonali tal-Istati Membri tal-UE, jisfrutta l-potenzjal innovattiv tal-ekosistema industrijali tal-UE kollha kemm hi u jippermetti li jitfaċċaw atturi tad-Difiża l-Ġdida madwar l-UE. Dan l-approċċ koordinat inaqqas id-duplikazzjoni, jimmassimizza l-impatt tal-investimenti tal-UE, u jnaqqas id-dipendenza kollettiva minn sistemi mhux tal-UE b’modi li l-azzjonijiet tal-Istati Membri individwali ma jistgħux jiksbu.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

It-tfassil tal-Programm huwa bbażat fuq it-tagħlimiet meħuda mill-programmi eżistenti tad-difiża, inkluż il-Fond Ewropew għad-Difiża (EDF) u r-rapport ta’ evalwazzjoni interim tiegħu. Filwaqt li jibbaża fuq dawn l-esperjenzi u f’komplementarjetà sħiħa, AGILE għandu l-għan li jintroduċi approċċ aktar aġli u risponsiv għall-appoġġ għall-innovazzjoni fid-difiża, imfassal għall-ħtiġijiet li qed jevolvu malajr tas-settur tad-difiża tal-UE. Dan jibbaża wkoll fuq konsultazzjonijiet estensivi mal-partijiet ikkonċernati fil-qasam tad-difiża (inkluż permezz tad-Djalogu Strateġiku tal-2025 mal-Industrija tad-Difiża Ewropea u d-Djalogu dwar l-Implimentazzjoni biex jitħejja l-pakkett Omnibus dwar il-Prontezza tad-Difiża).

AGILE se jadotta metodoloġiji u proċessi simplifikati, inkluż dwar il-governanza, il-proċedura tal-għażla, tal-evalwazzjoni u tal-aġġudikazzjoni, u l-valutazzjoni tal-eliġibbiltà, biex jippermetti t-teħid aktar rapidu ta’ deċiżjonijiet u jnaqqas il-piż amministrattiv (kemm għall-applikanti kif ukoll għall-Kummissjoni). Dan l-approċċ simplifikat se jiffaċilita l-appoġġ rapidu għal soluzzjonijiet innovattivi tad-difiża.

AGILE se jiffoka fuq l-għoti ta’ appoġġ immirat lil entitajiet uniċi, b’mod partikolari l-SMEs, inklużi l-istart-ups u l-iscale-ups innovattivi, li spiss ikunu fuq quddiem nett tal-innovazzjoni. Dan l-approċċ mhux biss se jissimplifika l-proċess ta’ applikazzjoni u ta’ finanzjament iżda se jippermetti wkoll appoġġ aktar dirett u effettiv għal dawn l-atturi ewlenin fl-ekosistema tal-innovazzjoni fid-difiża.

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Il-Programm propost huwa kompatibbli bis-sħiħ mal-QFP attwali 2021-2027, peress li ma jeħtieġ l-ebda baġit ġdid jew tibdil fl-allokazzjoni baġitarja ġenerali għall-programmi eżistenti. Minflok, dan jinvolvi r-riallokazzjoni tal-pakketti eżistenti għall-ispazju u d-difiża biex tiġi appoġġata l-innovazzjoni rapida fid-difiża.

Il-Programm se jopera fil-qafas finanzjarju eżistenti, billi jingrana s-sinerġiji ma’ strumenti oħra tal-UE, bħall-Fond Ewropew għad-Difiża (EDF) u l-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC). Billi jibbaża fuq il-punti b’saħħithom ta’ dawn il-programmi, jindirizza distakki speċifiċi u jaħdem f’komplementarjetà sħiħa, AGILE se jtejjeb l-effettività u l-effiċjenza ġenerali tal-finanzjament tal-UE f’dan il-qasam.

L-implimentazzjoni ta’ AGILE fl-2027 se tipprovdi tagħlimiet u informazzjoni intuwittiva li jistgħu jservu biex jinfurmaw l-approċċ għall-innovazzjoni fid-difiża fil-QFP li jmiss.

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

Minħabba l-istadju attwali tal-QFP 2021-2027, id-disponibbiltà ta’ sorsi ġodda ta’ finanzjament hija limitata. Għaldaqstant, il-finanzjament tal-Programm jiddependi minn riallokazzjonijiet interni fil-QFP eżistenti.

Il-finanzjament totali allokat għall-Programm huwa ta’ EUR 115-il miljun, li se jiġi ffinanzjat kompletament permezz tar-riallokazzjoni tar-riżorsi minn programmi eżistenti taħt id-Direttorat Ġenerali għall-Industrija tad-Difiża u l-Ispazju (DĠ DEFIS). Id-diżaggregazzjoni tas-sorsi ta’ finanzjament hija kif ġej:

EUR 35 miljun mill-Programm Ewropew għall-Industrija tad-Difiża (EDIP)

EUR 35 miljun mill-Fond Ewropew għad-Difiża (EDF)

EUR 22,5 miljun mill-Programm Spazjali tal-UE

EUR 22,5 miljun mill-Programm għal Konnettività Sigura

Dan l-approċċ jippermetti l-aħjar użu tar-riżorsi disponibbli b’appoġġ għad-difiża, filwaqt li jiżgura li l-Programm ikun jista’ jiġi implimentat mingħajr ma jkun meħtieġ finanzjament addizzjonali mill-baġit tal-UE.

1.6.Durata tal-proposta/tal-inizjattiva u tal-impatt finanzjarju tagħha

 durata limitata

   b’effett minn XX/XX/XX sa XX/XX/XX

   impatt finanzjarju mill-2027 għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u mill-2027 sal-2029 għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

 durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,

segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i) 

Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit:

lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom

lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (għandhom jiġu speċifikati)

lill-Bank Ewropew tal-Investiment u lill-Fond Ewropew tal-Investiment

lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju

lill-korpi tad-dritt pubbliku

lill-korpi rregolati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn ikollhom garanziji finanzjarji adegwati

lill-korpi rregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jkollhom garanziji finanzjarji adegwati

lill-korpi jew lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u identifikati fl-att bażiku rilevanti

lill-korpi stabbiliti fi Stat Membru, irregolati bid-dritt privat ta’ Stat Membru jew bid-dritt tal-Unjoni u eliġibbli biex jiġu fdati, f’konformità mar-regoli speċifiċi għas-settur, bl-implimentazzjoni ta’ fondi jew ta’ garanziji baġitarji tal-Unjoni, sa fejn tali korpi jkunu kkontrollati minn korpi rregolati bid-dritt pubbliku jew minn korpi rregolati bid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku, u jkunu pprovduti b’garanziji finanzjarji adegwati fil-forma ta’ responsabbiltà in solidum mill-korpi kontrollanti jew b’garanziji finanzjarji ekwivalenti u li jistgħu, għal kull azzjoni, ikunu limitati għall-ammont massimu tal-appoġġ tal-Unjoni.

Kummenti

Ir-Regolament AGILE jiżgura li jistgħu jintgħażlu diversi metodi ta’ implimentazzjoni: ġestjoni diretta, ġestjoni indiretta, jew kombinazzjoni tat-tnejn. L-għażla tal-metodu ta’ implimentazzjoni se ssir fuq bażi ta’ każ b’każ biex jiġu mmassimizzati l-impatt, l-effiċjenza u l-effettività tar-riżorsi allokati għall-Programm. Pereżempju, il-ġestjoni indiretta tista’ tintuża għal ċerti attivitajiet, bħal kampanji tal-ittestjar u tal-validazzjoni, fejn l-għarfien espert u l-abbiltajiet eżistenti jistgħu jiġu ingranati, inkluż eż. għall-Aġenzija Ewropea għad-Difiża. Dan l-approċċ flessibbli se jippermetti l-aħjar użu tar-riżorsi u jiżgura li l-objettivi tal-Programm jintlaħqu fil-ħin u b’mod effettiv.

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI 

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar 

Minħabba d-durata limitata tal-istrument, il-Kummissjoni se tħejji rapport ta’ implimentazzjoni fi tmiem il-perjodu ta’ implimentazzjoni biex tippreżenta l-kisbiet ewlenin u t-tagħlimiet meħuda. Dan se jinforma d-deċiżjonijiet dwar it-tfassil tal-appoġġ għall-innovazzjoni fid-difiża skont il-QFP li jmiss mill-2028.

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

Il-Programm se juża l-forom kollha ta’ finanzjament tal-UE disponibbli fl-ambitu tar-Regolament Finanzjarju, inklużi għotjiet, premjijiet, u akkwisti. Dan se jippermetti lill-Programm iwieġeb għall-ħtiġijiet diversi tal-kumpaniji, mill-iżvilupp tal-prototipi sal-ittestjar u l-validazzjoni, b’enfasi fuq it-teknoloġiji u l-prodotti f’livelli għoljin ta’ preparatezza teknoloġika.

Bl-użu ta’ firxa ta’ strumenti tal-finanzjament, il-Programm jista’ jipprovdi appoġġ li jkun imfassal għall-ħtiġijiet speċifiċi ta’ kull proġett, u jista’ jgħin biex jitnaqqas id-distakk bejn ir-riċerka u l-varar fis-suq. Il-Programm se jkollu l-għan li jħallas abbażi tal-istadji importanti miksuba, filwaqt li jiżgura li l-finanzjament ikun marbut ma’ riżultati konkreti. Il-Programm se jitfassal biex jibbilanċja l-ħtieġa għall-veloċità u għall-flessibbiltà mal-ħtieġa għall-kontroll effettiv u għall-ġestjoni tar-riskju. Barra minn hekk, il-Programm se jkollu fis-seħħ mekkaniżmu għall-irkupru tal-finanzjament jekk jinstab li l-applikanti ma jissodisfawx il-kriterji tal-eliġibbiltà u dawk għall-għażla, u se jirsisti biex ikollu żmien għall-għotja rapidu filwaqt li jiżgura li l-kontrolli neċessarji jkunu fis-seħħ.

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

Il-Programm identifika r-riskju li fl-aħħar mill-aħħar, xi applikanti jistgħu jinstabu li ma jikkonformawx bis-sħiħ mal-kriterji tal-eliġibbiltà. Sabiex jittaffa dan ir-riskju, il-Programm se jwettaq evalwazzjoni preliminari tal-kriterji għall-għażla u dawk tal-eliġibbiltà abbażi tad-dikjarazzjonijiet fuq l-unur mill-applikanti. Sabiex jipprovdi saff addizzjonali ta’ kontroll, il-Programm se jwettaq ukoll kampjunar aleatorju tal-applikanti għal valutazzjonijiet sħaħ tas-sjieda u tal-kontroll (OCAs) mill-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA).

Dan l-approċċ huwa meqjus bilanċjat u ġġustifikat, minħabba l-enfasi tal-Programm fuq l-appoġġ għall-SMEs fis-settur tad-difiża. Id-data interna mill-programmi tad-difiża tal-UE tissuġġerixxi li l-maġġoranza l-kbira tal-SMEs tad-difiża fl-Unjoni Ewropea huma kkontrollati mill-UE, u għalhekk ir-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità jitqies li huwa relattivament baxx. Jekk fl-aħħar mill-aħħar, l-applikant jitqies li ma jissodisfax il-kriterji tal-eliġibbiltà, il-Programm jipprevedi li kwalunkwe fond imħallas tal-Unjoni għandu jiġi rkuprat.

Barra minn hekk, il-Programm se jinkludi intervent inċentivanti, fejn il-kriterji tal-eliġibbiltà (b’mod partikolari l-istabbiliment tal-UE) jistgħu jiġu rrinunzjati taħt ċerti kundizzjonijiet, dment li l-benefiċjarju jissodisfa dawn il-kriterji fi skeda ta’ żmien speċifikata. Sabiex jiġu mminimizzati r-riskji assoċjati ma’ dan l-intervent, ma hu se jitħallas l-ebda prefinanzjament lill-benefiċjarji li jirċievu finanzjament skont din l-iskema. Is-sistema ta’ kontroll intern se titfassal biex tiżgura li dawn ir-riskji jiġu ġestiti b’mod effettiv u li jintlaħqu l-objettivi tal-Programm.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon bejn il-kostijiet tal-kontroll u l-valur tal-fondi relatati ġestiti) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq) 

Il-kost tal-kontrolli għall-Programm huwa stmat għal madwar 2-3 % tal-baġit totali tal-programm, li huwa meqjus bħala ammont raġonevoli u proporzjonat minħabba l-objettivi u l-profil tar-riskju tal-programm. Din l-istima tqis il-kostijiet tat-twettiq ta’ evalwazzjonijiet preliminari, kampjunar aleatorju għall-OCAs, u miżuri oħra ta’ kontroll.

Il-livell ta’ riskju ta’ errur mistenni huwa stmat li jkun baxx, minħabba l-enfasi tal-Programm fuq il-pagamenti bbażati fuq l-objettivi intermedji u l-mekkaniżmu għall-irkupru tal-finanzjament jekk jinstab li l-applikanti ma jissodisfawx il-kriterji tal-eliġibbiltà u dawk għall-għażla. Il-Programm għandu l-għan li jżomm rata ta’ errur taħt it-2 %, f’konformità mal-mira ġenerali tal-Kummissjoni. Il-kosteffettività tal-kontrolli se tiġi rieżaminata u vvalutata regolarment biex jiġi żgurat li jibqgħu proporzjonati u effettivi fil-ġestjoni tar-riskji tal-Programm.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet 

AGILE se jibbaża fuq il-miżuri u l-oqfsa eżistenti għall-prevenzjoni u għad-detezzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet. Il-Programm se jkun soġġett għall-qafas ġenerali tal-Kummissjoni kontra l-frodi, li jinkludi monitoraġġ u rapportar regolari dwar ir-riskji u l-inċidenti ta’ frodi. Il-Kummissjoni se tkompli taħdem mill-qrib mal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) u ma’ awtoritajiet rilevanti oħra biex tipprevjeni u tinvestiga l-frodi u l-irregolaritajiet.

Barra minn hekk, l-awditi dwar l-użu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni se jitwettqu minn persuni jew entitajiet, inkluż minn persuni jew entitajiet għajr dawk li l-mandat tagħhom ingħata mill-istituzzjonijiet, mill-korpi, mill-uffiċċji jew mill-aġenziji tal-Unjoni, u se jiffurmaw il-bażi tal-aċċertazzjoni globali skont l-Artikolu 127 tar-Regolament Finanzjarju. Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri se teżamina wkoll il-kontijiet tad-dħul u tan-nefqa kollha tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 287 tat-TFUE.

IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i 

·Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’ nefqa

Kontribuzzjoni

Numru  

Diff./Mhux diff 26 .

mill-pajjiżi tal-EFTA 27

minn pajjiżi kandidati u minn kandidati potenzjali 28

Minn pajjiżi terzi oħra

dħul assenjat ieħor

[XX.YY.YY.YY]

Diff./Mhux diff.

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

·Linji baġitarji ġodda mitluba

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’ nefqa

Kontribuzzjoni

Numru  

Diff./Mhux diff.

mill-pajjiżi tal-EFTA

minn pajjiżi kandidati u minn kandidati potenzjali

minn pajjiżi terzi oħra

dħul assenjat ieħor

5

13.0901 Programm għall-Innovazzjoni Aġli u Rapida fid-Difiża

Diff.

IVA

LE

LE

LE

[XX.YY.YY.YY]

Diff./Mhux diff.

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet 

3.2.1.Sors ta’ finanzjament tal-approprjazzjonijiet fl-ambitu tal-Programm għall-innovazzjoni aġli u rapida fid-difiża (AGILE)

Kontribuzzjoni mill-Intestatura 1

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Total

E.04020100.02 Galileo

-11,250

-11,250

E.04020200 Copernicus

-11,250

-11,250

E.04030100 Konettività sigura

+22,500

+22,500

Total tal-Intestatura 1

0,000

0,000

Kontribuzzjoni mill-Intestatura 5

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Total

E.13030100 EDF

-35,000

-35,000

E.13010600 EDIP

-3,500

-3,500

E.13080100 EDIP

-31,500

-31,500

E.13050100 Konettività Sigura

-45,000

-45,000

Total tal-Intestatura 5

-115,000

-115,000

3.2.2.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali 

   Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt

3.2.2.1.Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

5

Sigurtà u Difiża – Cluster13 Difiża

DĠ DEFIS

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2021-2027

2024

2025

2026

2027

Approprjazzjonijiet operazzjonali

13.0901 Programm għall-Innovazzjoni Aġli u Rapida fid-Difiża

Impenji

(1a)

 

 

 

115,000

115,000

Pagamenti

(2a)

 

 

 

30,000

30,000

Linja baġitarja

Impenji

(1b)

 

 

 

 

0,000

Pagamenti

(2b)

 

 

 

 

0,000

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 

 

(3)

 

 

 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet

għad-DĠ DEFIS

Impenji

=1a+1b+3

0,000

0,000

0,000

115,000

115,000

Pagamenti

=2a+2b+3

0,000

0,000

0,000

30,000

30,000

 

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2021-2027

2024

2025

2026

2027

TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali  

Impenji

(4)

0,000

0,000

0,000

115,000

115,000

Pagamenti

(5)

0,000

0,000

0,000

30,000

30,000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 5

Impenji

=4+6

0,000

0,000

0,000

115,000

115,000

tal-qafas finanzjarju pluriennali

Pagamenti

=5+6

0,000

0,000

0,000

30,000

30,000

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2021-2027

2024

2025

2026

2027

• TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali (l-intestaturi operazzjonali kollha)

Impenji

(4)

0,000

0,000

0,000

115,000

115,000

Pagamenti

(5)

0,000

0,000

0,000

30,000

30,000

• TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi (l-intestaturi operazzjonali kollha)

(6)

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURI 1 sa 6

Impenji

=4+6

0,000

0,000

0,000

115,000

115,000

tal-qafas finanzjarju pluriennali 
(Ammont ta’ referenza)

Pagamenti

=5+6

0,000

0,000

0,000

30,000

30,000



Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

7

“Nefqa amministrattiva” 

DĠ DEFIS

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2021-2027

2024

2025

2026

2027

 Riżorsi umani

0,000

0,000

0,582

1,164

1,746

 Nefqa amministrattiva oħra

0,000

0,000

0,018

0,161

0,179

TOTAL DĠ DEFIS

Approprjazzjonijiet

0,000

0,000

0,600

1,325

1,925

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Total tal-impenji = Total tal-pagamenti)

0,000

0,000

0,600

1,325

1,925

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

 

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2021-2027

2024

2025

2026

2027

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURI 1 sa 7

Impenji

0,000

0,000

0,600

116,325

116,925

tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Pagamenti

0,000

0,000

0,600

31,325

31,925

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi 

   Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt

3.2.3.1. Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat

APPROPRJAZZJONIJIET IVVUTATI

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL 2021 - 2027

2024

2025

2026

2027

INTESTATURA 7

Riżorsi umani

0,000

0,000

0,582

1,164

1,746

Nefqa amministrattiva oħra

0,000

0,000

0,018

0,161

0,179

Subtotal tal-INTESTATURA 7

0,000

0,000

0,600

1,325

1,925

Barra mill-INTESTATURA 7

Riżorsi umani

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Subtotal barra mill-INTESTATURA 7

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

 

TOTAL

0,000

0,000

0,600

1,325

1,925

3.2.3.2.Total tal-approprjazzjonijiet

TOTAL 
APPROPRJAZZJONIJIET IVVUTATI + DĦUL ASSENJAT ESTERN

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL 2021 - 2027

2024

2025

2026

2027

INTESTATURA 7

Riżorsi umani

0,000

0,000

0,582

1,164

1,746

Nefqa amministrattiva oħra

0,000

0,000

0,018

0,161

0,179

Subtotal tal-INTESTATURA 7

0,000

0,000

0,600

1,325

1,925

Barra mill-INTESTATURA 7

Riżorsi umani

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Subtotal barra mill-INTESTATURA 7

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

 

TOTAL

0,000

0,000

0,600

1,325

1,925

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew diġà riallokati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.4.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani 

   Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani

Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt

3.2.4.1.Iffinanzjati mill-baġit ivvutat

L-istima għandha tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time (FTEs, Full-Time Equivalent)

APPROPRJAZZJONIJIET IVVUTATI

Sena

Sena

Sena

Sena

2024

2025

2026

2027

 Pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal (uffiċjali u persunal temporanju)

20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

0

0

3

6

20 01 02 03 (Delegazzjonijiet tal-UE)

0

0

0

0

01 01 01 01 (Riċerka indiretta)

0

0

0

0

01 01 01 11 (Riċerka diretta)

0

0

0

0

Linji baġitarji oħra (speċifika)

0

0

0

0

• Persunal estern (f’FTEs)

20 02 01 (AC, END mill-“pakkett globali”)

0

0

0

0

20 02 03 (AC, AL, END u JPD fid-Delegazzjonijiet tal-UE)

0

0

0

0

Linja ta’ appoġġ amministrattiv 
[XX.01.YY.YY]

- fil-Kwartieri Ġenerali

0

0

0

0

- fid-Delegazzjonijiet tal-UE

0

0

0

0

01 01 01 02 (AC, END - Riċerka indiretta)

0

0

0

0

01 01 01 12 (AC, END - Riċerka diretta)

0

0

0

0

Linji baġitarji oħra (speċifika) - Intestatura 7

0

0

0

0

Linji baġitarji oħra (speċifika) - Barra mill-Intestatura 7

0

0

0

0

TOTAL

0

0

3

6

Il-persunal meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-proposta (f’FTEs):

Għandu jiġi kopert mill-persunal attwali disponibbli fis-servizzi tal-Kummissjoni

Persunal addizzjonali eċċezzjonali *

Għandu jiġi ffinanzjat skont l-Intestatura 7 jew skont ir-Riċerka

Għandu jiġi ffinanzjat mil-linja BA

Għandu jiġi ffinanzjat mit-tariffi

Pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal

6

M/A

Persunal estern (CA, SNEs, INT)

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu minn:

Uffiċjali u persunal temporanju

L-FTEs imfittxija se jaħdmu fuq l-iżvilupp tal-politika bħala maniġer tal-programm biex jistabbilixxu l-oqsma ta’ prijorità (5 AD). L-assistent se jkopri l-parti amministrattiva kollha marbuta b’mod partikolari mas-sejħiet, eċċ

Persunal estern

3.2.5.Ħarsa ġenerali lejn l-impatt stmat fuq l-investimenti relatati mat-teknoloġija diġitali

TOTAL tal-approprjazzjonijiet diġitali u tal-IT

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2021 - 2027

2024

2025

2026

2027

INTESTATURA 7

Nefqa tal-IT (korporattiva) 

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Subtotal tal-INTESTATURA 7

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Barra mill-INTESTATURA 7

Nefqa tal-IT marbuta mal-politika fil-qafas ta’ programmi operazzjonali

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Subtotal barra mill-INTESTATURA 7

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

 

TOTAL

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

3.2.6.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 

Il-proposta/L-inizjattiva:

   tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP)

Ara t-tabella 3.2.1

   tirrikjedi l-użu tal-marġni mhux allokat skont l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali kif definiti fir-Regolament QFP

   tirrikjedi reviżjoni tal-QFP

3.2.7.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi 

Il-proposta/L-inizjattiva:

   ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi

   tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena  
2024

Sena  
2025

Sena  
2026

Sena  
2027

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

 
3.3.    Impatt stmat fuq id-dħul 

   Il-proposta/L-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/L-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq dħul ieħor

   indika jekk id-dħul huwiex assenjat għal-linji tan-nefqa

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja kurrenti

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 29

Sena 2024

Sena 2025

Sena 2026

Sena 2027

Artikolu ………….

Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

Rimarki oħra (pereż. il-metodu/il-formula li ntużaw biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).


4.Dimensjonijiet diġitali

Il-Programm ma jistabbilixxi l-ebda rekwiżit ġdid ta’ rilevanza diġitali. Se jibbaża fuq is-sistemi diġitali u tal-IT eżistenti u diġà vvalutati, b’mod partikolari għall-EDF.

4.1.Rekwiżiti ta’ rilevanza diġitali

Il-Programm se jibbaża fuq is-sistemi tal-IT u l-infrastruttura diġitali eżistenti diġà fis-seħħ għall-programmi tad-difiża tal-UE, b’mod partikolari l-EDF. Dawn is-sistemi diġà kienu soġġetti għal valutazzjonijiet tal-interoperabbiltà fil-kuntest tad-dikjarazzjoni finanzjarja u diġitali leġiżlattiva (LFDS) rilevanti u tad-Dikjarazzjonijiet Diġitali assoċjati.

Peress li dan ir-Regolament ma jintroduċi l-ebda dispożizzjoni vinkolanti ġdida jew modifikata b’mod sinifikanti dwar is-servizzi pubbliċi diġitali, u minħabba li l-implimentazzjoni diġitali tal-Programm se titwettaq permezz ta’ sistemi diġà vvalutati mingħajr modifika fl-arkitettura ewlenija jew fil-karatteristiċi ta’ interoperabbiltà transfruntiera tagħhom, ma hija meħtieġa l-ebda valutazzjoni ulterjuri.

4.2.Data

Il-ġbir, l-ipproċessar u l-iskambju tad-data relatati mal-Programm (inklużi s-sottomissjoni tal-applikazzjoni, il-valutazzjoni tal-eliġibbiltà, il-ġestjoni tal-għotjiet u r-rapportar) se jsegwu l-oqfsa, l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tal-governanza tad-data diġà stabbiliti fl-ambitu tal-EDF u tal-programmi relatati tal-UE.

Il-prinċipju ta’ “darba biss” ġie osservat, u ma ġie introdott l-ebda obbligu ġdid għall-ġbir tad-data. Il-flussi tad-data, ir-rwoli tal-partijiet ikkonċernati u l-obbligi ta’ rapportar jibqgħu konsistenti ma’ dawk diġà vvalutati. Għalhekk, ma hija meħtieġa l-ebda valutazzjoni addizzjonali skont din it-taqsima.

4.3.Soluzzjonijiet diġitali

Il-Programm mhux se jintroduċi soluzzjonijiet diġitali ġodda. L-implimentazzjoni se tibbaża fuq il-pjattaformi u s-sistemi eżistenti diġà varati għall-programmi ta’ finanzjament tad-difiża tal-UE, b’mod partikolari dawk użati fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-EDF, li diġà għaddew mill-valutazzjonijiet rilevanti rigward il-funzjonalità, il-korp responsabbli, l-aċċessibbiltà, l-użu mill-ġdid, il-konformità mal-Att dwar l-IA fejn applikabbli, u l-konformità mal-qafas taċ-ċibersigurtà tal-UE u politiki diġitali applikabbli oħra inkluż l-eIDAS.

4.4.Valutazzjoni tal-interoperabbiltà

Minħabba li l-Programm jibbaża kompletament fuq is-sistemi tal-IT eżistenti diġà vvalutati fil-kuntest tal-EDF, ma ġie introdott l-ebda rekwiżit ġdid ta’ interoperabbiltà transfruntiera. Is-servizzi pubbliċi diġitali affettwati mill-Programm (inklużi l-ġestjoni tas-sejħiet, is-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet, l-appoġġ għall-evalwazzjoni u l-monitoraġġ tal-għotjiet) huma appoġġati minn sistemi tan-network u tal-informazzjoni li l-interoperabbiltà transfruntiera tagħhom diġà ġiet evalwata. Ma ġie identifikat l-ebda ostaklu li fadal għall-interoperabbiltà transfruntiera li mhux diġà kopert mill-valutazzjonijiet eżistenti.

4.5. Miżuri li jappoġġaw l-implimentazzjoni diġitali

Peress li l-Programm jibbaża fuq l-infrastruttura diġitali eżistenti u diġà vvalutata, ma hija meħtieġa l-ebda miżura ta’ implimentazzjoni diġitali apposta ġdida. Se tiġi żgurata implimentazzjoni diġitali bla xkiel permezz tal-applikazzjoni ta’ proċeduri operazzjonali eżistenti, gwida għall-utenti u mekkaniżmi ta’ appoġġ diġà fis-seħħ fl-ambitu l-EDF u tal-programmi relatati.

Jekk matul l-implimentazzjoni jkun meħtieġ kwalunkwe aġġustament fis-sistemi eżistenti, dan jiġi indirizzat fi ħdan l-oqfsa ta’ governanza tal-programmi rilevanti mingħajr ma jwassal għal rekwiżiti ġodda ta’ rilevanza diġitali.

(1)    Mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 101 tat-TFUE
(2)     Il-Pjan Direzzjonali għall-Prontezza 2030 Inseddqu l-Paċi – Nippreparaw id-Difiża
(3)     Il-White Paper għall-Prontezza tad-Difiża Ewropea 2030
(4)     Il-Pjan Direzzjonali għat-Trasformazzjoni tad-Difiża Ewropea
(5)     Ir-Regolament - UE - 2025/2653 - MT - EUR-Lex
(6)     L-Omnibus dwar il-Prontezza tad-Difiża - l-Industrija tad-Difiża u l-Ispazju
(7)    ĠU C , , p. .
(8)

   Ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 1–68, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2021/695/oj ).

(9)

   Ir-Regolament (UE) 2024/795 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Frar 2024 li jistabbilixxi l-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa (“STEP”), u li jemenda d-Direttiva 2003/87/KE u r-Regolamenti (UE) 2021/1058, (UE) 2021/1056, (UE) 2021/1057, (UE) 1303/2013, (UE) 223/2014, (UE) 2021/1060, (UE) 2021/523, (UE) 2021/695, (UE) 2021/697 u (UE) 2021/241, (ĠU L, 2024/795, 29.2.2024, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2024/795/oj ).

(10)

   Ir-Regolament (UE) 2025/2653 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2025 li jemenda r-Regolamenti (UE) 2021/694, (UE) 2021/695, (UE) 2021/697, (UE) 2021/1153 u (UE) 2024/795, fir-rigward tal-inċentivar ta’ investiment relatat mad-difiża fil-baġit tal-UE biex jiġi implimentat il-Pjan ReArm Europe (ĠU L, 2025/2653, 22.12.2025, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2025/2653/oj ).

(11)

   Ir-Regolament (UE) 2021/697 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/1092 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 149–177, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2021/697/oj ).

(12)     Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni
(13)

   Id-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, u li temenda d-Direttiva 2004/17/KE u d-Direttiva 2004/18/KE

(14)    Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj).
(15)    Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1., ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2013/883/oj )
(16)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.95, p. 1, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/1995/2988/oj ).
(17)    Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292,15.11.96, p. 2, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/1996/2185/oj )
(18)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/1939/oj).
(19)    Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29, ELI:  http://data.europa.eu/eli/dir/2017/1371/oj ).
(20)

   Ir-Regolament (UE) 2018/1092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 li jistabbilixxi l-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża bil-għan li jappoġġa l-kompetittività u l-kapaċità ta’ innovazzjoni tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni (ĠU L 200, 7.8.2018, p. 30, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1092/oj).

(21)

   Ir-Regolament (UE) 2021/697 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/1092 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 149, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/697/oj).

(22)

   Ir-Regolament (UE) 2023/1525 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Lulju 2023 dwar l-appoġġ għall-produzzjoni tal-munizzjon (ASAP) (ĠU L 185, 24.7.2023, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/1525/oj).

(23)

   Ir-Regolament (UE) 2023/2418 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ottubru 2023 dwar l-istabbiliment ta’ strument għat-tisħiħ tal-industrija Ewropea tad-Difiża permezz tal-Akkwist Komuni (EDIRPA) (ĠU L, 2023/2418, 26.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2418/oj).

(24)

   Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2025/1106 tas-27 ta’ Mejju 2025 li jistabbilixxi l-Istrument ta’ Azzjoni għas-Sigurtà tal-Ewropa (SAFE) permezz tat-Tisħiħ tal-Industrija Ewropea tad-Difiża, ĠU L, 2025/1106, 28.5.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/1106/oj

(25)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2), il-punt (a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(26)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati/Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(27)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(28)    Pajjiżi kandidati u, meta jkun applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(29)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % għall-kostijiet tal-ġbir.